Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/452 tal-24 ta’ Frar 2023 li jirreġistra indikazzjoni ġeografika ta’ xarba spirituża skont l-Artikolu 30, il-paragrafu 2, tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Grappa della Valle d’Aosta/Grappa de la Vallée d’Aoste)

In forceVersion 2023-02-24from 2023-03-23
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/452@2023-02-24/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008, u b’mod partikolari l-Artikolu 30, il-paragrafu 2 tiegħu,

Billi:

(1) F’konformità mal-Artikolu 17, il-paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja tat-30 ta’ Awwissu 2018 li jiġi rreġistrat l-isem Grappa della Valle d’Aosta/Grappa de la Vallée d’Aoste bħala indikazzjoni ġeografika.

(2) Ir-Regolament (UE) 2019/787, li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 110/2008 daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Mejju 2019. F’konformità mal-Artikolu 49, il-paragrafu 1, ta’ dak ir-Regolament, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 110/2008, dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, tħassar b’effett mit-8 ta’ Ġunju 2019.

(3) Wara li kkonkludiet li t-talba tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 110/2008, il-Kummissjoni ppubblikat l-ispeċifikazzjonijiet ewlenin tal-formola ta’ informazzjoni teknika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 17, il-paragrafu 6 ta’ dak ir-Regolament, u f’konformità mal-Artikolu 50, il-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2019/787.

(4) Lill-Kummissjoni ma ntbagħtitilha ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 27, il-paragrafu 1, tar-Regolament (UE) 2019/787.

(5) Għaldaqstant jenħtieġ li l-isem Grappa della Valle d’Aosta/Grappa de la Vallée d’Aoste jiġi rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-indikazzjoni ġeografika Grappa della Valle d’Aosta/Grappa de la Vallée d’Aoste hija rreġistrata. F’konformità mal-Artikolu 30, il-paragrafu 4, tar-Regolament (UE) 2019/787, dan ir-Regolament jagħti lill-indikazzjoni ġeografika l-protezzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2019/787.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2023. Għall-Kummissjoni F’isem il-President, Janusz Wojciechowski Membru tal-Kummissjoni

Versions

  1. 2023-02-24