Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/595 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi l-formola għad-dikjarazzjoni relatata mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770

In forceVersion 2023-03-16from 2023-04-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/595@2023-03-16/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Suġġett
  3. Artikolu 2 Definizzjonijiet
  4. (14)
  5. Artikolu 3 Dikjarazzjoni annwali
  6. 2.
  7. 6.
  8. Artikolu 4 Struttura tad-data
  9. Artikolu 5 Trażmissjoni tad-dikjarazzjoni u tar-reviżjonijiet
  10. Artikolu 6 Id-dħul fis-seħħ
  11. ANNEX
  12. ANNESS I Dikjarazzjonijiet b’rabta mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat
  13. A.
  14. B.
  15. C.
  16. D.
  17. E.
  18. F.
  19. ANNESS II Spjegazzjoni tad-differenzi
  20. A.
  21. B.
  22. C.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2021/770 tat-30 ta’ April 2021 dwar il-kalkolu tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ li mhux qed jiġi riċiklat, dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex titqiegħed għad-dispożizzjoni dik ir-riżorsa proprja, fuq il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti, u fuq ċerti aspetti tar-riżorsa proprja bbażata fuq id-dħul nazzjonali gross, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

Wara li kkonsulta mal-kumitat li jistabbilixxi l-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/770, jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni data statistika dwar il-piż f’kilogrammi tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat u riċiklat, kif ukoll il-kalkolu tal-ammont tar-riżorsa proprja bbażat fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat.

(2) Biex ikun limitat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jittrażmettu d-data statistika u l-ammont tar-riżorsa proprja f’dikjarazzjoni unika.

(3) Id-data dwar il-ġenerazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ tikkostitwixxi l-bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet nazzjonali għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, huwa neċessarju li jissaħħu il-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza ta’ dik id-data.

(4) Sabiex jiġu ggarantiti l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza tad-data bejn l-Istati Membri, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar id-data li għandha tiġi inkluża fid-dikjarazzjoni li għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni.

(5) Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tippermetti r-rapportar ta’ data dwar it-tqegħid fis-suq bħala skart mill-imballaġġ iġġenerat. Madankollu, dan il-metodu ta’ rapportar tad-data jista’ jwassal għal ammonti ta’ skart ikkalkulati b’mod differenti madwar l-Istati Membri, u għaldaqstant għal data inqas komparabbli bejn l-Istati Membri li jużaw l-approċċ ta’ tqegħid fis-suq u l-Istati Membri li jużaw l-approċċ tal-analiżi tal-iskart.

(6) Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi dwar ir-rappurtar tad-data sabiex l-Istati Membri kollha jirrapportaw l-informazzjoni dwar l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ f’termini komparabbli, sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tagħhom matul il-verifika tad-data u tiġi ċċarata l-metodoloġija applikabbli għall-fini tar-riżorsa proprja tal-plastik. Għalhekk, il-metodoloġija tal-kalkoli stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/270/KE jenħtieġ li tiġi dettaljata aktar.

(7) Meta jintuża l-approċċ ta’ tqegħid fis-suq biex jiġi stmat l-ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat, jenħtieġ li d-data tat-tqegħid fis-suq tiġi kkomplementata b’fatturi ta’ korrezzjoni sabiex tkopri l-iskart kollu tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat fi Stat Membru, biex jiġu żgurati l-affidabbiltà u l-preċiżjoni tad-data rrapportata.

(8) L-ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat jenħtieġ li jiġi ddeterminat biż-żewġ approċċi disponibbli sabiex ikun hemm stima soda, ikkalkulata b’mod komparabbli għall-Istati Membri kollha.

(9) Sabiex jiġu mmonitorjati l-bidliet fid-data pprovduta, huwa essenzjali li, meta l-Istati Membri jirrevedu dikjarazzjoni preċedenti, huma jindikaw liema data nbidlet u jispjegaw ir-raġunijiet għad-differenzi fl-istess ħin li tiġi ppreżentata d-data riveduta.

(10) F’każ li jeżistu differenzi fid-data dwar l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ irrapportata skont id-Direttiva 94/62/KE, jenħtieġ li l-Istati Membri jispjegaw ukoll ir-raġunijiet għad-differenzi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-formola għad-dikjarazzjoni relatati mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) skart tfisser skart kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/98/KE;

(2) miġbur separatament tfisser l-ammont ta’ skart miġbur permezz tal-ġbir separat kif definit fl-Artikolu 3(11) tad-Direttiva 2008/98/KE;

(3) riċiklat tfisser l-ammont ta’ skart ittrattat permezz tar-riċiklaġġ kif definit fl-Artikolu 3(17) tad-Direttiva 2008/98/KE;

(4) plastik tfisser imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3(1a) tad-Direttiva 94/62/KE;

(5) imballaġġ tfisser imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 94/62/KE;

(6) imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża tfisser imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża kif definit fl-Artikolu 3(2a) tad-Direttiva 94/62/KE;

(7) skart mill-imballaġġ tfisser skart mill-imballaġġ kif definit fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/62/KE;

(8) punt tal-kalkolu tfisser il-punt tal-kalkolu kif definit fl-Artikolu 2(1)(d) u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2005/270/KE;

(9) suq online tfisser suq online kif definit fl-Artikolu 2(17) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(10) skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat tfisser l-ammont ta’ imballaġġ tal-plastik, inklużi l-komponenti tal-plastik ta’ imballaġġ kompost u imballaġġ ieħor, li jsir skart fi Stat Membru f’sena kalendarja, espress f’kilogrammi;

(11) skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat tfisser l-ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ, inklużi l-komponenti tal-plastik ta’ imballaġġ kompost u imballaġġ ieħor, fil-punt tal-kalkolu tal-plastik, espress f’kilogrammi;

(12) organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tfisser organizzazzjoni li timplimenta l-obbligi ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur f’isem il-produtturi tal-prodotti;

(13) tqegħid fis-suq tfisser kwalunkwe provvista ta’ prodott għall-ewwel darba għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru matul attività kummerċjali, kemm jekk isir bi ħlas kif ukoll jekk ikun mingħajr ħlas;

(14) approċċ ta’ tqegħid fis-suq tfisser metodu biex jiġi stmat l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat abbażi ta’ data dwar it-tqegħid fis-suq minn organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi u/jew sorsi oħra; id-data għandha tiġi kkomplementata, fejn rilevanti u applikabbli, bl-ammonti stmati għal dawn li ġejjin:

(14)

(a) profittaturi,

(b) produtturi taħt il-livell limitu de minimis,

(c) awtokonformi,

(d) esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq,

(e) kummerċ online,

(f) importazzjonijiet privati,

(g) esportazzjonijiet privati,

(h) imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba,

(i) imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li sar skart,

(j) kwalunkwe stima oħra;

(15) approċċ ta’ analiżi tal-iskart tfisser metodu biex jiġi stmat l-ammont annwali totali ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat billi tiġi kkombinata d-data tal-iskart mill-imballaġġ (tal-plastik) miġbur separatament ma’ data dwar l-iskart muniċipali mħallat abbażi ta’ analiżi tal-kompożizzjoni tal-iskart li ma tkunx eqdem minn erba’ snin, u ma’ kwalunkwe data rilevanti oħra dwar l-iskart, inkluż l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ industrijali u kummerċjali;

(16) profittatur tfisser produttur jew distributur li jqiegħed fis-suq imballaġġ tal-plastik jew prodotti ppakkjati li ma jirrappurtax lil organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jew lil awtorità pubblika, u lanqas li b’xi mod ieħor jieħu responsabbiltà finanzjarja jew responsabbiltà finanzjarja u organizzattiva għall-immaniġġjar tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ; jew jirrapporta ammont iżgħar minn dak attwalment imqiegħed fis-suq;

(17) de minimis tfisser livell limitu minimu li jista’ jiġi definit mill-Istati Membri, li taħtu ma jkunx meħtieġ rappurtar lil organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi jew awtorità pubblika;

(18) awtokonformi tfisser produttur li jieħu responsabbiltà finanzjarja jew responsabbiltà finanzjarja u organizzattiva għall-ġestjoni tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ, u għalhekk mhuwiex meħtieġ jirrapporta lil organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi;

(19) esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq tfisser prodotti ppakkjati u/jew imballaġġ esportati fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz wara li jkunu tqiegħdu fis-suq fi Stat Membru wieħed;

(20) kummerċ online tfisser kummerċ ta’ merkanzija fl-Unjoni miksub b’mezzi elettroniċi;

(21) importazzjonijiet privati tfisser imballaġġ ta’ prodotti importati minn persuna fiżika għall-użu finali proprju minn Stat Membru ieħor minn ħanut fiżiku, jew minn pajjiż terz minn ħanut fiżiku jew permezz ta’ suq online;

(22) esportazzjonijiet privati tfisser l-imballaġġ ta’ prodotti esportati minn persuna fiżika għall-użu finali proprju lejn Stat Membru ieħor, jew lejn pajjiż terz minn ħanut fiżiku;

(23) imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba tfisser l-ewwel provvista ta’ imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mimli bi prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq ta’ Stat Membru matul attività kummerċjali.

Artikolu 3 Dikjarazzjoni annwali

1. Id-dikjarazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 5(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2021/770, għandu jkun fihom data statistika dwar il-piż tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat u riċiklat u jipprovdu l-kalkolu tal-ammont tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat. Id-dikjarazzjoni annwali għandhom iservu bħala dokument ta’ sostenn għall-kontroll u s-superviżjoni tal-Kummissjoni tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat.

2. L-approċċi li ġejjin għandhom ikunu aċċettabbli għall-istima tal-iskart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat:

2.

(a) approċċ ta’ tqegħid fis-suq;

(b) approċċ ta’ analiżi tal-iskart.

3. Kalkoli bbażati fuq iż-żewġ approċċi msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu aġġustati biex jiġu żgurati l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza tar-riżultati.

4. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-istimi miż-żewġ approċċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), u jipprovdu stima unika tal-iskart iġġenerat billi jibbilanċjaw ir-riżultati disponibbli, sabiex jużaw id-data mis-sors bażika kollha disponibbli sottostanti għall-approċċi differenti għall-kompilazzjoni tal-ġenerazzjoni tal-iskart b’mod effettiv.

5. Kwalunkwe differenza bejn id-data miksuba miż-żewġ approċċi msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) u (b), għandha tiġi spjegata fid-dettall f’konformità mal-format stabbilit fit-tabella 3 tal-Anness I.

6. Minbarra d-data statistika, id-dikjarazzjonijiet annwali għandu jkun fihom, jekk applikabbli, spjegazzjonijiet ta’ dawn li ġejjin: L-ispjegazzjonijiet għandhom jingħataw skont il-format stabbilit fl-Anness II.

6.

(a) bidliet metodoloġiċi;

(b) reviżjonijiet ta’ data statistika rrappurtata qabel;

(c) kwalunkwe differenza bejn id-data dwar l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ irrappurtata sat-30 ta’ Ġunju skont id-Direttiva 94/62/KE u d-data statistika rrapportata sal-31 ta’ Lulju tal-istess sena skont ir-Regolament (UE, Euratom) 2021/770, minbarra d-differenzi mit-trasformazzjoni ta’ kilogrammi f’tunnellati.

Artikolu 4 Struttura tad-data

1. Id-data statistika fid-dikjarazzjoni annwali għandha ssegwi l-istruttura stabbilita fit-tabella 1 tal-Anness I.

2. Il-kalkolu tal-ammont tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat fid-dikjarazzjoni annwali għandu jiġi inkluż fit-tabella 2 tal-Anness I.

3. Analiżi dettaljata tad-data statistika għandha tiġi pprovduta skont it-tabella 3 tal-Anness I.

4. Id-dikjarazzjoni għall-ewwel sena ta’ rappurtar għandu jkun fihom id-data għall-2021.

Artikolu 5 Trażmissjoni tad-dikjarazzjoni u tar-reviżjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu b’mod elettroniku lill-Kummissjoni (Eurostat) id-dikjarazzjoni annwali għas-sena li tkun sentejn qabel is-sena attwali (n-2).

2. It-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni annwali msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena.

3. Kwalunkwe reviżjoni tad-data għas-snin preċedenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni (Eurostat) billi terġa’ tintbagħat id-dikjarazzjoni annwali, flimkien ma’ spjegazzjonijiet għall-bidliet li jkunu saru.

Artikolu 6 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

ANNESS I Dikjarazzjonijiet b’rabta mar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat

Tabella 1. Ammont ta’ skart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat (kilogrammi) Sena ta’ referenza: Tabella 2. Ammont tar-riżorsa proprja bbażata fuq l-iskart tal-plastik mill-imballaġġ mhux riċiklat (EUR) Sena ta’ referenza: Tabella 3. Komprensività tal-istimi; miżuri ta’ kontroll u verifika Sena ta’ referenza: Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi kg Spjegazzjoni (jekk applikabbli) Imqiegħda fis-suq abbażi tad-data tal-iskema tal-EPR qabel kwalunkwe aġġustament Produtturi taħt il-livell limitu (de minimis) Awtokonformi Profittaturi Esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq Kummerċ online Importazzjonijiet privati Esportazzjonijiet privati Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li sar skart Aġġustamenti oħra mwettqa Lista ta’ aġġustamenti Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data għajr dik tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi kg Spjegazzjoni (jekk applikabbli) Mqiegħed fis-suq abbażi ta’ data għajr dik tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi - qabel kwalunkwe aġġustament Statistika tal-produzzjoni Statistika tal-kummerċ barrani Stħarriġiet speċifiċi Reġistru elettroniku u komunikazzjoni ta’ data amministrattiva Importazzjonijiet privati Esportazzjonijiet privati Aġġustamenti oħra mwettqa Lista ta’ aġġustamenti Skart totali tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq kg Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ analiżi tal-iskart kg Spjegazzjoni (jekk applikabbli) Miġbur separatament Skart muniċipali Skart industrijali u kummerċjali Aġġustamenti oħra mwettqa Lista ta’ aġġustamenti Skart totali tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ analiżi tal-iskart kg Id-differenza bejn id-data tat-tqegħid fis-suq u l-istima ta’ approċċ tal-analiżi tal-iskart kg Deċiżjoni ta’ bbilanċjar Spjegazzjoni Ammont ibbilanċjat (kif irrapportat fit-tabella 1): Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat kg Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat kg Spjegazzjoni (jekk applikabbli) Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fl-Istat Membru Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fi Stat Membru ieħor Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat barra mill-UE Lista ta’ aġġustamenti mwettqa Spjegazzjoni Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat kg

A.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat

B.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat

C.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali mhux riċiklat (A-B)

D.

Total tar-riżorsi proprji tal-plastik (C × 0,8)

E.

Tnaqqis gross

F.

Total tar-riżorsi proprji tal-plastik wara t-tnaqqis (D-E)

ANNESS II Spjegazzjoni tad-differenzi

Tabella 1. Spjegazzjoni tad-differenzi mad-data rrapportata skont id-Direttiva 94/62/KE (irrapporta biss fejn japplika) Partita Ammont tad-differenza (kg) Spjegazzjoni Tabella 2. Spjegazzjonijiet tal-bidliet metodoloġiċi meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (irrapporta biss fejn applikabbli) Partita Spjegazzjoni għall-bidla metodoloġika (jekk applikabbli) Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi Imqiegħda fis-suq abbażi tad-data tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi qabel kwalunkwe aġġustament Produtturi taħt il-livell limitu (de minimis) Awtokonformi Profittaturi Esportazzjonijiet ta’ wara t-tqegħid fis-suq Kummerċ online Importazzjonijiet privati Esportazzjonijiet privati Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża mqiegħed fis-suq għall-ewwel darba Imballaġġ li jista’ jerġa’ jintuża li sar skart Aġġustamenti oħra mwettqa Lista ta’ aġġustamenti Skart tal-plastik mill-imballaġġ iġġenerat - approċċ ta’ tqegħid fis-suq ibbażat fuq data għajr dik tal-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi Imqiegħed fis-suq abbażi ta’ data għajr l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi - qabel kwalunkwe aġġustament Statistika tal-produzzjoni Statistika tal-kummerċ barrani Stħarriġiet speċifiċi Reġistru elettroniku u komunikazzjoni ta’ data amministrattiva Importazzjonijiet privati Esportazzjonijiet privati Aġġustamenti oħra mwettqa Lista ta’ aġġustamenti Skart iġġenerat - approċċ ta’ analiżi tal-iskart Lista ta’ aġġustamenti mwettqa Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fl-Istat Membru Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat fi Stat Membru ieħor Skart tal-plastik mill-imballaġġ riċiklat barra mill-UE Lista ta’ aġġustamenti mwettqa Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat

A.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali ġġenerat

B.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali riċiklat

C.

Skart tal-plastik mill-imballaġġ totali mhux riċiklat (A-B)

Versions

  1. 2023-03-16