Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/728 tal-31 ta’ Marzu 2023 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/728@2023-03-31/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna.
(2) Fil-25 ta’ Frar 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/434, li emendat id-Deċiżjoni 2014/512/PESK u introduċiet aktar miżuri restrittivi biex jiġu sospiżi l-attivitajiet tax-xandir fl-Unjoni, jew diretti lejn l-Unjoni, ta’ ċerti strumenti tal-media. Dawk l-istrumenti tal-media huma stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434. Skont l-Artikolu 1, il-punt (11), tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434, l-applikabbiltà ta’ tali miżuri fir-rigward ta’ wieħed jew diversi minn dawk l-istrumenti tal-media hija soġġetta għal deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.
(3) Wara li eżamina l-każijiet rispettivi, il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri restrittivi msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li japplikaw mill-10 ta’ April 2023 fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 4g tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK għandhom japplikaw mill-10 ta’ April 2023 fir-rigward tal-entitajiet imsemmija fil-punt (3) tal-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2023/434.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2023. Għall-Kunsill Il-President J. Roswall