Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/737 tal-4 ta’ April 2023 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawżi magħquda T-30/19 u T-72/19

In forceVersion 2023-04-04from 2018-05-08
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/737@2023-04-04/mt

Contents
  1. Preamble
  2. (99) Tabella 1 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni
  3. (101) Tabella 2 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni — Livell 3
  4. (103) Tabella 3 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni — Livell 3: Kumpaniji kbar biss
  5. (104) Tabella 4 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni — Livell 3: SMEs biss
  6. (105) Tabella 5 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
  7. (107) Tabella 6 Inventarji
  8. (109) Tabella 7 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
  9. (116) Tabella 8 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti: Livell 2
  10. (120) Tabella 9 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti: Livell 3
  11. (121) Tabella 10 Kumpaniji kbar - Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti – Livell 3
  12. (122) Tabella 11 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti – Livell 3 – SMEs
  13. (138) Tabella 12 Sehem tal-bejgħ tal-SMEs fil-bejgħ totali tal-Unjoni (f’%)
  14. Artikolu 1
  15. ANNEX

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi: PROĊEDURA

(1) Fl-4 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea (il-Kummissjoni) adottat ir-Regolament (UE) 2018/683 (ir-Regolament provviżorju) li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 (it-tajers jew il-prodott ikkonċernat) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(2) Fit-18 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-Regolament ikkontestat).

(3) Fid-9 ta’ Novembru 2018, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ir-Regolament (UE) 2018/1690).

IS-SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI TAL-UNJONI EWROPEA

(4) L-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Lastiku taċ-Ċina (China Rubber Industry Association, CRIA) u l-Kamra tal-Kummerċ tal-Esportaturi u l-Importaturi tal-Metalli, il-Minerali u s-Sustanzi Kimiċi (China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters, CCCMC) (flimkien l-applikanti), ikkontestaw ir-Regolament quddiem il-Qorti Ġenerali f’isem xi wħud mill-membri tagħhom elenkati fil-premessi (9) u (10) (il-produtturi esportaturi kkonċernati). Fl-4 ta’ Mejju 2022, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (il-Qorti Ġenerali) tat is-sentenza tagħha fil-Kawżi T-30/19 u T-72/19 (is-sentenza).

(5) Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ikkontestat, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690.

(6) Is-CRIA u s-CCCMC qajmu diversi argumenti kontra r-Regolament kkontestat u l-Qorti Ġenerali ddeċidiet fuq tnejn minnhom: (i) l-argument li jallega n-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq paragun ġust tal-prezzijiet fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u l-marġni tad-dannu sa fejn huma kkonċernati l-produtturi esportaturi, u (ii) ċerti lmenti li jallegaw, essenzjalment, inkonsistenzi u ksur tad-drittijiet tad-difiża fir-rigward tal-indikaturi tad-dannu u l-ponderazzjoni tad-data mill-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni.

(7) Rigward il-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ, il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel paragun ġust meta għamlet aġġustament fil-prezz tal-esportazzjoni (jiġifieri, it-tnaqqis tal-SG&A tal-importatur relatat u profitt nozzjonali — meta l-bejgħ sar permezz ta’ entità ta’ bejgħ relatata fl-Unjoni. Il-Qorti nnutat li l-produtturi tal-Unjoni għamlu wkoll xi bejgħ permezz ta’ entitajiet ta’ bejgħ relatati, u l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom ma ġewx aġġustati bl-istess mod. Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz imwettaq mill-Kummissjoni fir-Regolament ikkontestat kien ivvizzjat minn żball fil-liġi u minn żball manifest ta’ valutazzjoni u li, b’riżultat ta’ dan, dak il-kalkolu kiser l-Artikolu 3(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping) u l-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament bażiku kontra s-sussidji). Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali sabet li l-iżbalji kellhom impatt fuq is-sejbiet globali tad-dannu u tal-kawżalità kif ukoll fuq il-marġnijiet tad-dannu, u li ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat b’mod preċiż sa liema punt id-dazji anti-dumping definittivi baqgħu parzjalment fondati.

(8) Fir-rigward tat-tieni punt, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni ma wettqitx eżami oġġettiv (kif jeżiġi l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping u l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji) peress li, billi ma rrevedietx il-kalkoli tal-indikaturi mikroekonomiċi kollha, minbarra l-profittabilità, u billi ma stabbilietx iċ-ċifri riveduti fir-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ma użatx id-data rilevanti kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali sabet ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali ma qablitx li xi informazzjoni li ma ġietx żvelata lill-partijiet interessati setgħet titqies kunfidenzjali, u sabet li d-data kollha inkwistjoni kienet marbuta ma’ sejbiet ta’ fatt fir-Regolament ikkontestat. Għalhekk, kienu fatti u kunsiderazzjonijiet essenzjali li kellhom jiġu żvelati lill-partijiet.

(9) Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ikkontestat sa fejn kienu kkonċernati l-kumpaniji rrappreżentati minn CRIA u CCCMC (elenkati fit-Tabella hawn taħt). ISEM IL-KUMPANIJA KODIĊI ADDIZZJONALI TARIC Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd C338 Triangle Tyre Co., Ltd C375 Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd C366 Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd C347 Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd C345 Guizhou Tyre Co., Ltd C340 Aeolus Tyre Co., Ltd C877 Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd C360 Chongqing Hankook Tire Co., Ltd C334 Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd C346 Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd C334 Shandong Linglong Tire Co., Ltd C363 Shandong Jinyu Tire Co., Ltd C362 Sailun Group Co., Ltd C351 Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd C353 Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd C875 Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd C377 Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd C358 Jiangsu General Science Technology Co., Ltd C341 Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd C878 Hefei Wanli Tire Co., Ltd C876 GITI Tire (Anhui) Company Ltd C332 GITI Tire (Fujian) Company Ltd C332 GITI Tire (Hualin) Company Ltd C332 GITI Tire (Yinchuan) Company Ltd C332 Qingdao GRT Rubber Co., Ltd C350

(10) Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament (UE) 2018/1690 sa fejn kienu kkonċernati l-kumpaniji rrappreżentati minn CRIA u CCCMC (elenkati fit-Tabella hawn fuq), u Zhongce Rubber Group Co., Ltd (kodiċi addizzjonali TARIC C379).

IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI

(11) Skont l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom l-obbligu li jieħdu l-passi neċessarji sabiex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti. F’każ ta’ annullament ta’ att adottat mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fil-kuntest ta’ proċedura amministrattiva, bħall-investigazzjoni anti-dumping f’dan il-każ, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tikkonsisti fis-sostituzzjoni tal-att annullat b’att ġdid, fejn l-illegalità identifikata mill-Qorti Ġenerali tiġi eliminata.

(12) Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-proċedura għas-sostituzzjoni ta’ att annullat tista’ titkompla fil-punt stess li fih seħħet l-illegalità. Dan jimplika, b’mod partikolari, li f’sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, dak l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-bidu tal-proċedura anti-dumping. Pereżempju, fejn jiġi annullat regolament li jimponi miżuri anti-dumping definittivi, il-proċediment jibqa’ miftuħ minħabba li huwa biss l-att li jikkonkludi l-proċediment li sparixxa mill-ordni legali tal-Unjoni, ħlief f’każijiet fejn l-illegalità tkun seħħet fl-istadju tal-bidu. It-tkomplija tal-proċedura amministrattiva bl-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet li jkunu saru matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-regolament annullat ma tistax titqies li tmur kontra r-regola ta’ nonretroattività.

(13) F’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali annullat ir-Regolament ikkontestat fir-rigward tal-produtturi esportaturi kkonċernati għar-raġuni li l-Kummissjoni għamlet żball meta ddeterminat l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz sinifikanti, li kellu effett fuq l-analiżi tal-kawżalità. L-istess żball metodoloġiku nstab meta ġew ikkalkulati l-marġnijiet tad-dannu tal-esportaturi kkonċernati. Il-Qorti sabet ukoll żbalji meta naqset milli tiżvela ċerta informazzjoni: (i) l-indikaturi tad-dannu gross, qabel l-applikazzjoni tal-aġġustamenti tal-ponderazzjoni, u d-data relatata mal-SMEs, minn naħa waħda, u intrapriżi kbar, min-naħa l-oħra; (ii) indikaturi tad-dannu għajr il-profittabilità wara r-reviżjoni tal-ponderazzjoni; (iii) ċerta informazzjoni relatata mas-sorsi tad-data dwar id-dannu makroekonomiku u l-lista ta’ SMEs tal-industrija tal-Unjoni li waqqfu l-produzzjoni; u (iv) il-volum eżatt totali tal-bejgħ tal-SMEs tal-industrija tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjonijiet u fl-informazzjoni relatata mal-proporzjon ta’ SMEs fl-industrija tal-Unjoni.

(14) Is-sejbiet fir-Regolament ikkontestat, li ma ġewx ikkontestati, jew li ġew ikkontestati iżda miċħuda mill-Qorti Ġenerali jew li ma ġewx eżaminati mill-Qorti Ġenerali, u għalhekk ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu kompletament validi u ma humiex affettwati minn dan il-ftuħ mill-ġdid.

(15) Wara s-sentenzi tal-Qorti fil-Kawżi T-30/19 u T-72/19 tal-4 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ parzjalment mill-ġdid l-investigazzjonijiet anti-dumping u kontra s-sussidji dwar l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li terġa’ tibda l-investigazzjoni fil-punt li fih seħħet l-irregolarità. Il-ftuħ mill-ġdid, permezz ta’ Avviż (l-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid), kien limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-kumpaniji rrappreżentati minn CRIA u CCCMC u elenkati fl-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid.

(16) Fl-istess data, il-Kummissjoni ddeċidiet ukoll li tagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina prodotti minn dawn il-kumpaniji soġġetti għal reġistrazzjoni u tat struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jistennew il-pubblikazzjoni tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni rilevanti li jimponu mill-ġdid id-dazji qabel ma jiddeċiedu dwar kwalunkwe talba għal ħlas lura u għal remissjoni tad-dazji anti-dumping fejn huma kkonċernati l-importazzjonijiet li jikkonċernaw dawn il-kumpaniji (ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni).

(17) Il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati kollha dwar il-ftuħ mill-ġdid u stednithom jikkummentaw.

PERJODU TA’ INVESTIGAZZJONI

(18) Dan il-perjodu ta’ investigazzjoni jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2016 sat-30 ta’ Ġunju 2017 (il-perjodu ta’ investigazzjoni). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (il-perjodu taħt kunsiderazzjoni).

PROĊEDURA SUSSEGWENTI

(19) Fl-10 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi mill-ġdid id-dazji anti-dumping (divulgazzjoni). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(20) Waslu kummenti mingħand iċ-China Rubber Industry Association (CRIA), GITI Group u l-importatur mhux relatat Hämmerling The Tyre Company GmbH (Hämmerling). Il-kummenti diġà tqiesu mill-Kummissjoni u ttieħed kont tagħhom, fejn xieraq. Hämmerling u CRIA talbu u ngħataw seduti ta’ smigħ.

(21) Wara talba mis-CRIA fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, sussegwentement il-Kummissjoni ddivulgat l-elementi addizzjonali li ġejjin (divulgazzjoni addizzjonali): (1) Fit-30 ta’ Jannar 2023, permezz ta’ nota fil-fajl, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni addizzjonali rigward l-analiżi tagħha tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni meta tbigħ direttament, indirettament u lil tipi differenti ta’ klijenti. (2) Fit-30 u l-31 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni pprovdiet ukoll lil Hankook Group u lil Aeolus/Pirelli t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati, li ntużaw biex jiġu stabbiliti l-kalkoli riveduti tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Dawn it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ għall-esportazzjoni kienu l-istess bħal dawk diġà ddivulgati fl-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat. (3) Fil-31 ta’ Jannar 2023, permezz ta’ nota fil-fajl, il-Kummissjoni ċċarat u kkoreġiet il-livelli tad-dazju finali għall-produtturi esportaturi kollha kkonċernati, wara li nstab żball fir-rigward tal-kalkoli tad-dannu għal Hankook Group u Aeolus/Pirelli. Kompliet tikkjarifika wkoll is-sitwazzjoni legali ta’ Zhongce Rubber Group Co., Ltd.

Fit-30 ta’ Jannar 2023, permezz ta’ nota fil-fajl, il-Kummissjoni pprovdiet informazzjoni addizzjonali rigward l-analiżi tagħha tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni meta tbigħ direttament, indirettament u lil tipi differenti ta’ klijenti.

Fit-30 u l-31 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni pprovdiet ukoll lil Hankook Group u lil Aeolus/Pirelli t-tranżazzjonijiet tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati, li ntużaw biex jiġu stabbiliti l-kalkoli riveduti tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Dawn it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ għall-esportazzjoni kienu l-istess bħal dawk diġà ddivulgati fl-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat.

Fil-31 ta’ Jannar 2023, permezz ta’ nota fil-fajl, il-Kummissjoni ċċarat u kkoreġiet il-livelli tad-dazju finali għall-produtturi esportaturi kollha kkonċernati, wara li nstab żball fir-rigward tal-kalkoli tad-dannu għal Hankook Group u Aeolus/Pirelli. Kompliet tikkjarifika wkoll is-sitwazzjoni legali ta’ Zhongce Rubber Group Co., Ltd.

(22) CRIA biss ipprovdiet kummenti dwar id-divulgazzjoni addizzjonali, u fejn xieraq ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni.

ARGUMENTI TAS-CRIA DWAR ID-DRITTIJIET TAD-DIFIŻA

(23) Wara d-divulgazzjoni, is-CRIA sostniet li d-drittijiet tad-difiża tagħha kienu nkisru peress li: (1) Is-CRIA ma rċevietx il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz għall-produtturi esportaturi li mingħandhom is-CRIA rċeviet ittra ta’ awtorizzazzjoni; (2) Is-CRIA ma ngħatatx biżżejjed żmien biex tikkummenta dwar id-divulgazzjoni; (3) Il-Kummissjoni ma organizzatx seduta ta’ smigħ fil-perjodu kif mitlub mis-CRIA; (4) Il-Kummissjoni ma indirizzatx l-argumenti kollha li ma ġewx indirizzati mill-Qorti Ġenerali.

Is-CRIA ma rċevietx il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz għall-produtturi esportaturi li mingħandhom is-CRIA rċeviet ittra ta’ awtorizzazzjoni;

Is-CRIA ma ngħatatx biżżejjed żmien biex tikkummenta dwar id-divulgazzjoni;

Il-Kummissjoni ma organizzatx seduta ta’ smigħ fil-perjodu kif mitlub mis-CRIA;

Il-Kummissjoni ma indirizzatx l-argumenti kollha li ma ġewx indirizzati mill-Qorti Ġenerali.

(24) Kif imsemmi fil-premessa (160) hawn taħt, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid id-dazji tal-produtturi esportaturi kollha kkonċernati, b’mod partikolari għall-produtturi esportaturi li kienu inklużi fil-kampjun fir-Regolament ikkontestat u li kienu soġġetti għad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali (jiġifieri GITI Group, Hankook Group u Aeolus/Pirelli). Jenħtieġ li jitfakkar li l-marġnijiet tad-dannu tal-produtturi esportaturi kkonċernati fil-kampjun ġew stabbiliti abbażi ta’ data sensittiva tal-kumpaniji. Għaldaqstant, il-kalkoli ma setgħux jiġu ddivulgati lill-partijiet interessati kollha, iżda biss lill-kumpaniji kkonċernati.

(25) Is-CRIA ddikjarat li l-kumpaniji msemmija fil-premessa (10) iffirmaw ittri ta’ awtorizzazzjoni li kienu jinkludu aċċess għal data sensittiva tal-kumpaniji, u għalhekk il-Kummissjoni kellha tiddivulga lis-CRIA l-kalkoli individwali tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-marġni tad-dannu għal dawn il-kumpaniji. Barra minn hekk, il-kontenut tal-ittri ta’ awtorizzazzjoni kien identiku għal prokura regolari li tawtorizza konsulent legali biex jirrappreżenta kumpanija, skont is-CRIA.

(26) Il-Kummissjoni analizzat l-ittri ta’ awtorizzazzjoni ppreżentati mis-CRIA. Diversi produtturi Ċiniżi soġġetti għad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali ffirmaw dawn l-ittri ta’ awtorizzazzjoni individwali. Il-Kummissjoni osservat li l-ittri ta’ awtorizzazzjoni kienu bbażati fuq test standard għall-produtturi kollha (inklużi fil-kampjun jew le) u ma speċifikatx jekk il-kumpanija rispettiva awtorizzatx lis-CRIA biex tirċievi data kunfidenzjali tal-kumpanija. Barra minn hekk, mhux il-produtturi esportaturi kollha fil-kampjun ikkonċernati mill-investigazzjoni attwali qablu li jipprovdu aċċess għad-data kunfidenzjali tagħhom lis-CRIA. Barra minn hekk, fir-rigward tal-allegazzjoni li l-prokura kienet identika għall-ittri ta’ awtorizzazzjoni inkwistjoni, il-Kummissjoni qieset li d-differenza sostantiva bejn prokura u ittra ta’ awtorizzazzjoni lil assoċjazzjoni hija l-entità li hija awtorizzata li tirċievi d-data. Fil-każ ta’ prokura, il-konsulent legali huwa marbut bir-regoli tal-etika tal-Avukatura Legali rispettiva fejn l-avukat huwa rreġistrat, li, fost l-oħrajn, teżiġi li ma jiżvelax data kunfidenzjali tal-kumpanija. Għalhekk, il-fatt li prokura jista’ ma jkunx fiha dispożizzjoni speċifika dwar tali data ma jeżentax lill-avukat(i) inkwistjoni milli jikkonforma(w) mal-ogħla regoli etiċi dwar il-kwistjoni u li jiżgura(w) il-kunfidenzjalità tad-data riċevuta. Min-naħa l-oħra, huwa eċċezzjonali li l-assoċjazzjonijiet jibbenefikaw minn aċċess illimitat għad-data kunfidenzjali tal-kumpaniji tal-membri tagħhom, li jista’, fost oħrajn, jikser ir-regoli tal-kompetizzjoni rispettivi fis-seħħ. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-ittri ta’ awtorizzazzjoni ffirmati mill-kumpaniji ma kinux speċifiċi u espliċiti biżżejjed dwar jekk il-kumpaniji inkwistjoni awtorizzawx l-assoċjazzjoni biex ikollha aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali tagħhom.

(27) Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq u d-diliġenza dovuta tal-Kummissjoni fil-ġestjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kumpaniji għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiddivulga d-data kunfidenzjali tal-kumpanija direttament lill-produtturi esportaturi kkonċernati biss, u mhux lis-CRIA, sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità ta’ din id-data. Għalhekk, is-sett ta’ data ntbagħat lir-rappreżentant legali tal-Grupp GITI u lir-rappreżentant tal-kumpanija ta’ Hankook fl-10 ta’ Jannar 2023. Peress li la Aeolus/Pirelli, u lanqas xi wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati f’dak il-grupp, ma ġew irreġistrati bħala partijiet interessati, il-Kummissjoni identifikat il-persuni ta’ kuntatt ta’ Aeolus/Pirelli u pprovditilhom id-divulgazzjoni speċifika tal-produtturi esportaturi rispettivi fis-17 ta’ Jannar 2023. Dawn ingħataw sal-31 ta’ Jannar 2023 biex jikkummentaw.

(28) Fis-16 ta’ Jannar 2023, is-CRIA talbet li tirċievi l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz tal-kumpaniji kkonċernati, abbażi tal-ittri ta’ awtorizzazzjoni ffirmati. Bi tweġiba, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (26) u (27), il-Kummissjoni stiednet lis-CRIA biex tikkuntattja lil dawn il-kumpaniji u tikseb id-data direttament mingħandhom.

(29) Fid-19 ta’ Jannar 2023, Aeolus Tyre Co., Ltd ħadet pożizzjoni u awtorizzat b’mod espliċitu li l-Kummissjoni tista’ tipprovdi lis-CRIA bid-divulgazzjoni speċifika tagħha. Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddivulgat il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz ta’ Aeolus/Pirelli lis-CRIA. Sa fejn kienu kkonċernati t-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ dettaljati, il-Kummissjoni żvelat lil Aeolus Tyre Co., Ltd u lil Pirelli Tyre Co., Ltd, separatament, is-sett ta’ data rispettiv tagħhom biss. Dan għaliex is-CRIA ssottomettiet ittra ta’ awtorizzazzjoni ffirmata biss minn Aeolus Tyre Co., Ltd, iżda mhux minn Pirelli Tyre Co., Ltd.

(30) Sa fejn kien ikkonċernat Hankook Group, il-Kummissjoni ma rċevietx awtorizzazzjoni espliċita biex taqsam id-data tagħha mas-CRIA. Madankollu, fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni, is-CRIA sostniet li l-grupp ipprovda d-divulgazzjoni speċifika tiegħu lill-assoċjazzjoni.

(31) Fil-kummenti dwar id-divulgazzjoni, is-CRIA informat lill-Kummissjoni li GITI Group irtira l-ittra ta’ awtorizzazzjoni tiegħu lis-CRIA. Sussegwentement, fit-3 ta’ Frar 2023, GITI Group ipprovda ittra ta’ awtorizzazzjoni ġdida għas-CRIA li tawtorizza lill-assoċjazzjoni espliċitament biex tirċievi d-divulgazzjoni speċifika tal-kumpanija li waslet fl-10 ta’ Jannar 2023. Wara din l-ittra u fuq talba mis-CRIA, fit-8 ta’ Frar 2023 il-Kummissjoni qiegħdet għad-dispożizzjoni tas-CRIA d-divulgazzjoni speċifika inkwistjoni.

(32) Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li d-drittijiet tad-difiża tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u tal-produtturi esportaturi l-oħra kollha kkonċernati kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tas-CRIA ma nkisrux. Il-kumpaniji kkonċernati rċevew id-divulgazzjoni tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz u ngħataw biżżejjed żmien biex jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni.

(33) Is-CRIA sostniet li l-Kummissjoni ma qisitx ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri s-Sena l-Ġdida Ċiniża bejn il-21 u d-29 ta’ Jannar 2023, meta rrifjutat it-talba tagħha għall-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tal-kummenti dwar id-divulgazzjoni u għall-organizzazzjoni ta’ seduta ta’ smigħ ferm wara t-tmiem tas-Sena l-Ġdida Ċiniża. It-tim legali ta’ CRIA sostna li s-Sena l-Ġdida Ċiniża għamlitha impossibbli għalihom li jirċievu struzzjonijiet jew input xierqa mis-CRIA biex iressqu l-kummenti. Barra minn hekk, minkejja talba għal intervent mill-Uffiċjal tas-Seduta, ma ngħatat l-ebda estensjoni sinifikanti u l-Uffiċjal tas-Seduta ma organizzax seduta ta’ smigħ biex jindirizza din it-talba.

(34) Il-Kummissjoni nnotat li t-talba għal estensjoni kienet sas-6 ta’ Frar 2023 li kienet eċċezzjonalment twila, jiġifieri estensjoni ta’ 14-il jum. Sabiex ma tiġix prekluża t-tlestija tal-investigazzjoni fi żmien xieraq, il-Kummissjoni, minkejja li kienet diġà tat 13-il jum biex tikkummenta, tat estensjoni ta’ jumejn ta’ xogħol addizzjonali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2023. Fir-rigward tat-talba għas-smigħ, il-Kummissjoni inizjalment ipproponiet li torganizza s-seduta fit-18 ta’ Jannar 2023, u għalhekk qabel is-Sena l-Ġdida Ċiniża. Is-CRIA sussegwentement ipproponiet li s-seduta ta’ smigħ issir wara l-vaganza tas-Sena l-Ġdida Ċiniża, u idealment fi Frar. Il-Kummissjoni qablet u aċċettat li torganizza seduta ta’ smigħ fil-31 ta’ Jannar 2023, għalhekk wara s-Sena l-Ġdida Ċiniża u l-iskadenza estiża għas-sottomissjoni tal-kummenti.

(35) Il-Kummissjoni osservat li l-perjodu ta’ żmien statutorju għall-kummenti mill-partijiet huwa ta’ 10 ijiem kalendarji f’konformità mal-Artikolu 20(3) tar-Regolament anti-dumping bażiku. L-iskadenza stabbilita għas-CRIA u l-partijiet interessati l-oħra kollha, wara l-estensjoni tal-iskadenza, marret ferm lil hinn mill-10 ijiem kalendarji, u s-CRIA saħansitra ngħatat 15-il jum. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, wara kummenti li saru wara d-divulgazzjoni, żvelat informazzjoni addizzjonali u tat perjodu ta’ żmien addizzjonali ta’ 4 ijiem lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni addizzjonali, jiġifieri sat-3 ta’ Frar 2023. Barra minn hekk, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tas-CRIA, ma hemm l-ebda rekwiżit għal divulgazzjoni provviżorja fil-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjonijiet.

(36) Fl-aħħar nett, ikun diskriminatorju fil-konfront tal-partijiet interessati l-oħra kollha rreġistrati f’din l-investigazzjoni ta’ ftuħ mill-ġdid li estensjoni ta’ aktar minn ġimagħtejn addizzjonali tingħata lis-CRIA biss.

(37) Sa fejn il-kumment li l-Kummissjoni ma indirizzatx l-affermazzjonijiet kollha li ma ġewx indirizzati mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni diġà ttrattat dan il-punt fil-premessa (65) hawn taħt u l-ebda argument ġdid ma ġie pprovdut. Għalhekk, din ġiet miċħuda.

Intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta

(38) Is-CRIA talbet l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta skont l-Artikoli 12, 13 u 16 tat-Termini ta’ Referenza tal-Uffiċjal tas-Seduta minħabba l-estensjoni inadegwata għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni, iż-żmien mhux raġonevoli tas-seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni proposta skont id-divulgazzjoni, u n-nuqqas ta’ divulgazzjoni ta’ ċerta informazzjoni.

(39) L-Uffiċjal tas-Seduta nnota li s-CRIA kisbet estensjoni tal-iskadenza sal-25 ta’ Jannar 2023. B’kunsiderazzjoni xierqa taċ-ċirkostanzi speċifiċi deskritti u l-limiti ta’ żmien tal-proċediment ikkonċernat, u wara li kkonsulta mas-servizzi tal-Kummissjoni responsabbli għall-investigazzjoni, l-Uffiċjal tas-Seduta qabel mal-estensjoni tal-iskadenza pprovduta u rrifjuta estensjonijiet ulterjuri. Fir-rigward tas-sustanza tad-divulgazzjoni, l-Uffiċjal tas-Seduta rrakkomanda li s-CRIA u s-servizzi tal-Kummissjoni jenħtieġ li jorganizzaw seduta ta’ smigħ l-ewwel qabel ma jmorru għand l-Uffiċjal tas-Seduta.

(40) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li s-CRIA setgħet teżerċita bis-sħiħ id-drittijiet ta’ difiża tagħha, sal-iskadenzi mogħtija u estiżi, filwaqt li qieset ukoll is-sustanza tad-divulgazzjoni u l-informazzjoni addizzjonali li tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati, wara li saru kummenti wara d-divulgazzjoni. Wara s-seduta ta’ smigħ li saret mas-servizzi tal-Kummissjoni fil-31 ta’ Jannar 2023, is-CRIA ma talbitx seduta ta’ smigħ mal-Uffiċċju tas-Seduta dwar xi waħda mill-kwistjonijiet li tqajmu qabel.

KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(41) Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand l-industrija tal-Unjoni, CRIA, GITI Group u Hämmerling u Opoltrans sp. z o.o. (Opoltrans).

(42) Is-CRIA ppreżentat lill-Kummissjoni ittri ta’ awtorizzazzjoni ffirmati minn diversi produtturi esportaturi li għalihom ir-Regolament ikkontestat ġie annullat mill-Qorti Ġenerali, inklużi dawk il-produtturi esportaturi kkonċernati li kienu inklużi fil-kampjun matul l-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat, b’mod partikolari GITI Group, Aeolus Tyre Co., Ltd, Chongqing Hankook Tire Co., Ltd u Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd.

(43) Is-CRIA u GITI Group opponew id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirreġistra l-importazzjonijiet, peress li f’dan il-każ speċifiku r-reġistrazzjoni ma hijiex awtorizzata b’mod espliċitu mir-Regolamenti bażiċi dwar l-anti-dumping u kontra s-sussidji. Dawn iż-żewġ partijiet tennew l-affermazzjoni tagħhom wara d-divulgazzjoni. L-industrija tal-Unjoni qieset li r-reġistrazzjoni kienet fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni.

(44) Fir-rigward ta’ dan l-argument, il-Kummissjoni qieset li l-Qorti Ġenerali sostniet li l-Kummissjoni għandha s-setgħa li titlob lill-awtoritajiet nazzjonali jieħdu miżuri xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ applikazzjoni ġenerali, kif jidher mill-intestatura Dispożizzjonijiet ġenerali tal-Artikolu 14 tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping tal-2016. Barra minn hekk, l-Artikolu 14(5) ta’ dak ir-Regolament ma huwiex soġġett għal xi restrizzjoni fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom il-Kummissjoni għandha s-setgħa li titlob lill-awtoritajiet doganali nazzjonali jirreġistraw beni. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet rifjutata.

(45) Barra minn hekk, il-GITI Group iddikjara li s-sentenza xorta waħda tista’ tiġi appellata f’dak iż-żmien u għalhekk ma pprovdietx bażi legali valida biex wieħed jipproċedi bir-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni qieset li s-sentenza ma ġietx appellata, u r-reġistrazzjoni kienet il-pass xieraq li għandu jittieħed sabiex jiġi żgurat li d-dazji jkunu jistgħu jiġu imposti mill-ġdid fil-livell korrett, jekk ikun hemm, u biex l-awtoritajiet doganali jingħataw struzzjonijiet biex jistennew il-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(46) Is-CRIA, il-GITI Group, Hämmerling u Opoltrans iddikjaraw li l-Kummissjoni ma setgħetx titlob lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex ma jħallsux lura u/jew ma jagħmlux remissjoni tad-dazji li kienu nġabru skont ir-Regolament ikkontestat. Tali ħlas lura jrid iseħħ immedjatament u kompletament. Huma argumentaw ukoll li s-sitwazzjoni f’dan il-każ hija differenti minn dik fis-sentenza Deichmann peress li, skont il-partijiet, in-nuqqas ta’ valutazzjoni tal-argumenti dwar trattament ta’ ekonomija tas-suq u trattament individwali f’dak il-każ ma kellux impatt fuq il-livell tad-dazji. Il-partijiet iddikjaraw ukoll li d-dazji ma jistgħux jiġu imposti mill-ġdid b’mod retroattiv. Skont il-partijiet, ir-Regolament ikkontestat kien annullat fis-sħuħija tieħu, li jfisser li tneħħa mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni b’effett retroattiv, filwaqt li fis-sentenza Deichmann ma kien hemm l-ebda fattur li kapaċi jaffettwa l-validità tar-regolament definittiv. Barra minn hekk, il-partijiet iddikjaraw li l-illegalità li nstabet fir-rigward tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz kellha r-riżultat li tinvalida l-analiżi sħiħa tar-rabta ta’ kawżalità tal-Kummissjoni. Dan, fl-opinjoni tal-partijiet, ifisser li d-dazji fl-intier tagħhom la kellhom jiġu imposti, u lanqas kellhom jiġu imposti mill-ġdid, peress li l-analiżi sħiħa tad-dannu u tar-rabta ta’ kawżalità kienet żbaljata.

(47) Wara d-divulgazzjoni, GITI Group sostna li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex ma jħallsux lura d-dazji tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja minqux fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni minflok jenħtieġ li tippermetti l-ħlas lura tad-dazji kif kien il-każ meta l-multi miġbura għall-ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ġew annullati mill-Qorti Ġenerali. B’mod partikolari, il-GITI Group irrefera għas-sejbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja li meta l-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara invalidu regolament li jimponi dazji anti-dumping […], dawn id-dazji għandhom jiġu kkunsidrati li ma humiex legalment dovuti fis-sens tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali u li għandhom, fil-prinċipju, jiġu rrimborsati mill-awtoritajiet doganali nazzjonali, fil-kundizzjonijiet previsti f’dan is-sens. Barra minn hekk, skont GITI Group, dewmien fil-ħlas lura tad-dazji għandu implikazzjonijiet importanti li jaffettwaw b’mod negattiv is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpaniji kkonċernati u r-redditu tagħhom fuq l-investimenti.

(48) Il-Kummissjoni fakkret li hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni tista’ tidderieġi lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jistennew sakemm il-Kummissjoni tkun iddeterminat ir-rati li bihom dawn id-dazji jenħtieġ li jkunu ġew stabbiliti, f’konformità ma’ sentenza tal-qrati tal-Unjoni, qabel ma tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal ħlas lura sottomessi minn operaturi li jkunu ħallsu dawn id-dazji. Il-Qorti ddikjarat ukoll li l-ambitu eżatt ta’ dikjarazzjoni ta’ invalidità mill-Qorti f’sentenza u, konsegwentement, tal-obbligi li jirriżultaw minnha jridu jiġu stabbiliti f’kull każ speċifiku billi titqies mhux biss il-parti operazzjonali ta’ dik is-sentenza, iżda wkoll ir-raġunijiet li jikkostitwixxu l-bażi essenzjali tagħha.

(49) F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali qajmet dubji dwar il-metodu tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u l-impatt tiegħu fuq il-kawżalità kif ukoll l-impatt tal-istess żball fuq il-marġni tad-dannu tal-kumpaniji soġġetti għas-sentenza tal-Qorti. Il-Qorti talbet ukoll lill-Kummissjoni tirrevedi u tiżvela ċerta informazzjoni dwar l-indikaturi tad-dannu. Madankollu, dawk l-elementi ma qajmux dubji dwar il-validità tas-sejbiet l-oħra kollha li saru fir-Regolament ikkontestat. Barra minn hekk, il-Qorti ddeċidiet li, wara t-tkomplija tal-proċediment, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżura biex tissostitwixxi l-miżura annullata u għalhekk timponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv billi tirrimedja, f’dak il-kuntest, l-illegalitajiet li speċifikament instabu li seħħew. F’dan il-kuntest, huwa irrilevanti jekk l-illegalitajiet jikkonċernawx il-livell tad-dazji jew le. Fi kwalunkwe każ, anki jekk is-sejbiet tal-investigazzjoni miftuħa mill-ġdid kienu li jenħtieġ li ma jiġi impost mill-ġdid l-ebda dazju anti-dumping, l-awtoritajiet doganali jkollhom il-possibbiltà li jħallsu lura l-ammont sħiħ tad-dazji, li jkunu nġabru minn meta ġie adottat ir-Regolament ikkontestat, f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali rilevanti. Barra minn hekk, dan il-ħlas lura jinkludi wkoll imgħax xieraq f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali rilevanti. Konsegwentement, kuntrarjament għal dak li jsostni GITI Group, il-kumpaniji jkunu debitament ikkumpensati talli ħallsu d-dazji inkwistjoni.

(50) Il-Qorti tal-Ġustizzja konsistentement sostniet li l-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping ma jipprekludix atti milli jimponu mill-ġdid dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet li saru matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tar-regolamenti ddikjarati invalidi.

(51) Għall-kuntrarju tar-reġistrazzjoni li sseħħ matul il-perjodu ta’ qabel l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping ma humiex applikabbli għall-każ inkwistjoni. L-għan tar-reġistrazzjoni fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sejbiet tal-Qorti ma huwiex li tippermetti l-ġbir retroattiv possibbli ta’ miżuri ta’ difiża tal-kummerċ kif previst f’dawk id-dispożizzjonijiet. Pjuttost, huwa li tiġi ssalvagwardjata l-effettività tal-miżuri fis-seħħ, mingħajr interruzzjoni żejda mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ikkontestat sal-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji kkoreġuti, jekk ikun hemm, billi jiġi żgurat li l-ġbir ta’ miżuri fl-ammont korrett ikun possibbli fil-futur. Konsegwentement, kif spjegat fil-premessa (20) tar-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni, it-tkomplija tal-proċedura amministrattiva u l-impożizzjoni mill-ġdid eventwali tad-dazji ma jistgħux jitqiesu li jmorru kontra r-regola ta’ nonretroattività. Barra minn hekk, kif rikonoxxut mill-partijiet, dan l-istess approċċ ġie kkonfermat reċentement mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha f’T-440/20. Għaldaqstant, l-argument li d-dazji ma jistgħux jiġu imposti mill-ġdid ġie miċħud.

(52) F’dak li jirrigwarda l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, hija ġurisprudenza stabbilita li l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja ma jistax jipprekludi lil istituzzjoni tal-Unjoni, li att tagħha jkun diġà ġie annullat, milli tadotta att ġdid li jikkawża preġudizzju, ibbażat fuq raġunijiet differenti. Fil-każ preżenti, is-sejbiet li saru huma bbażati fuq raġunijiet differenti minn dawk li wasslu għall-annullament tar-Regolament ikkontestat. Għaldaqstant, f’konformità mas-sejbiet li saru mill-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva għar-raġuni li, permezz tar-Regolament attwali, hija imponiet mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv wara l-annullament mill-Qorti tar-Regolament ikkontestat.

(53) CRIA argumentat li minħabba li ma kien hemm l-ebda dejn doganali l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji tmur lil hinn mill-perjodu legali li fih l-awtoritajiet doganali nazzjonali huma intitolati li jimponu wara li titqies il-limitazzjoni ta’ 3 snin (…). Il-GITI Group iddikjara l-impożizzjoni retroattiva mill-ġdid (…) anke lil hinn mill-iskadenza ta’ 3 snin, tirriskja li tinterferixxi (billi jiġi implikat li d-dazji jistgħu jinġabru lil hinn minn din l-iskadenza ta’ 3 snin) f’dan il-proċess awtonomu tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill-awtoritajiet doganali nazzjonali u, b’hekk, tirriskja li tfixkel id-diviżjoni kalibrata bir-reqqa tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE kif stabbilit fit-Trattati tal-UE. Il-GITI Group tenna dan l-argument wara d-divulgazzjoni.

(54) Il-Kummissjoni qieset li ż-żewġ argumenti kellhom jiġu miċħuda. L-ewwel nett, il-Qorti ddikjarat li r-regola ta’ preskrizzjoni ma tistax tostakola lill-Kummissjoni milli tadotta regolament li jistabbilixxi jew jistabbilixxi mill-ġdid dazji anti-dumping, u lanqas, iktar u iktar, milli din tiftaħ jew tkompli l-proċedura preċedenti għal tali adozzjoni. Bl-istess mod, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li [l-Artikolu 103(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni] japplika biss għan-notifika tal-ammont ta’ dazji doganali lid-debitur u l-implimentazzjoni tiegħu hija għalhekk kwistjoni għall-awtoritajiet doganali nazzjonali waħedhom, li huma kompetenti biex jagħmlu tali notifika. Konsegwentement, ma jipprekludix lill-Kummissjoni milli tadotta regolament li jimponi jew jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv. Fir-rigward tal-argument li l-impożizzjoni mill-ġdid tinterferixxi mad-diviżjoni tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-Kummissjoni osservat li l-GITI Group naqas milli jispeċifika liema dispożizzjoni tat-Trattati tikser l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazji. Il-Qorti sostniet b’mod konsistenti li l-Kummissjoni hija intitolata timponi mill-ġdid id-dazji meta tikkoreġi l-iżbalji li jiġu identifikati mill-Qorti. Barra minn hekk, dan ir-Regolament kien soġġett fl-intier tiegħu għall-proċedura ta’ eżami prevista fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew miċħuda.

(55) Il-GITI Group iddikjara li impożizzjoni mill-ġdid b’mod retroattiv tad-dazji anti-dumping u kumpensatorji (riveduti) tkun ukoll sproporzjonata u tmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikoli 5(1) u 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-GITI Group iddikjara li l-impożizzjoni mill-ġdid b’mod retroattiv tad-dazji ma tipprovdix – u ma tista’ tipprovdi – protezzjoni addizzjonali lill-industrija tal-Unjoni u ma tipprevjenix importazzjonijiet ulterjuri. Għalhekk, dan jikser il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-GITI Group tenna dan l-argument wara d-divulgazzjoni.

(56) Il-Kummissjoni fakkret li hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kummissjoni ma tkunx kisret il-prinċipju tal-proporzjonalità meta, sabiex tagħti effett lil sentenza, hija imponiet mill-ġdid dazju definittiv b’rata xierqa u mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-miżuri definittivi. Hija sabet ukoll li kien proporzjonat li r-rati tad-dazju imposti mill-ġdid jitnaqqsu u li d-differenza tiġi ordnata li tiġi rimborżata jew rimessa. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-argument li ma jkunx proporzjonali li l-industrija tal-Unjoni tirċievi protezzjoni addizzjonali għall-passat, il-Qorti Ġenerali sabet li dan l-argument mhux tali li jistabbilixxi l-istandard legali meħtieġ li l-impożizzjoni mill-ġdid ta’ dazju anti-dumping definittiv li huwa sostanzjalment imnaqqas mir-regolament ikkontestat tkun sproporzjonata fil-każ preżenti. Għaldaqstant, dawn l-argumenti ġew miċħuda.

(57) Hämmerling iddikjarat li s-sitwazzjoni ekonomika attwali trid titqies. Minn dak iż-żmien, is-settur ekonomiku inkwistjoni kellu jiffaċċja l-kriżi tal-COVID-19, iż-żieda globali fil-prezzijiet li taffettwa l-katina kollha tal-provvista (inklużi t-trasport u l-loġistika) u l-kriżi ekonomika rilevanti u issa kwistjonijiet bħaż-żieda fil-kost tal-elettriku, rata għolja ta’ inflazzjoni eċċ. ikkawżati wkoll mill-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Għalhekk, ma jkunx tajjeb li jiġu imposti mill-ġdid id-dazji inkwistjoni f’sitwazzjonijiet settorjali, tas-suq u mikro u makroekonomiċi li huma kompletament differenti minn dawk eżaminati fl-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat.

(58) Kif spjegat fil-premessa (11), il-proċedura għas-sostituzzjoni ta’ att annullat tista’ titkompla fil-punt stess li fih seħħet l-illegalità. Fil-każ inkwistjoni, l-illegalità identifikata mill-Qorti Ġenerali seħħet fir-Regolament li jimponi miżuri anti-dumping definittivi. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma tistax tqis, meta tirrimedja l-illegalitajiet misjuba mill-Qorti Ġenerali, l-iżviluppi reċenti li ma jikkonċernawx il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping, fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li hemm dumping u dannu li jirriżulta, u l-interess tal-Unjoni jitlob intervent f’konformità mal-Artikolu 21, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv. Konsegwentement, l-investigazzjoni ta’ ftuħ mill-ġdid tista’ twassal biex id-dazji anti-dumping ma jiġux imposti mill-ġdid biss jekk il-Kummissjoni tikkonstata li ma kien hemm l-ebda dumping, dannu li jirriżulta jew kunsiderazzjonijiet tal-interess tal-Unjoni kontra d-dazji fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(59) GITI Group sostna li l-ftuħ mill-ġdid jenħtieġ li jkun strettament limitat għall-kwistjonijiet indirizzati mill-Qorti Ġenerali. Għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tissostitwixxi l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz b’analiżi tas-soppressjoni tal-prezzijiet biex twettaq l-effett tal-prezz, peress li l-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni għadha valida u għalhekk mhijiex soġġetta għall-ftuħ mill-ġdid. L-effetti ta’ analiżi tas-soppressjoni tal-prezzijiet ma ġewx indirizzati mill-Qorti Ġenerali u għalhekk mhumiex soġġetti għal dan il-ftuħ mill-ġdid.

(60) Il-Kummissjoni osservat li l-Qorti Ġenerali poġġiet f’dubju l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz imwettqa mill-Kummissjoni f’termini ta’ paragun ġust bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni u l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, il-metodoloġija tat-twaqqigħ tal-prezz bħala tali ġiet iddubitata. Barra minn hekk, xejn ma impedixxa lill-Kummissjoni milli tqis kwalunkwe effett possibbli ieħor fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping. Fil-kawża Deichmann, il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni għandha diskrezzjoni wiesgħa: hija biss in-natura manifestament mhux xierqa ta’ dawn il-miżuri, fid-dawl tal-għan imfittex, li tista’ taffettwa l-legalità tagħhom. Konsegwentement, l-argument ġie miċħud.

(61) Il-GITI Group ddikjara li l-Kummissjoni ma tistax tistabbilixxi approċċ ġdid meta tistabbilixxi t-twaqqigħ tal-prezz. B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li ma tintroduċix struttura ġdida tal-PCN, jiġifieri billi żżid it-tip ta’ klijent, meta tikkalkula (mill-ġdid) l-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tad-dannu.

(62) Mingħajr preġudizzju għal jekk il-Kummissjoni hijiex intitolata jew le li tintroduċi elementi ġodda fl-istruttura tal-PCN, il-Kummissjoni fakkret li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz deskritti fit-taqsima 4.1 hawn taħt ma introduċew l-ebda element ġdid fl-istruttura tal-PCN. Konsegwentement, dan l-argument ma ġiex trattat.

(63) Is-CRIA ddikjarat, kemm fil-bidu kif ukoll wara d-divulgazzjoni, li d-dikjarazzjonijiet legali mqajma iżda li għadhom ma ġewx deċiżi mill-Qorti Ġenerali jeħtieġ li jitqiesu u li l-Kummissjoni jenħtieġ li tqis b’mod attiv l-argumenti mhux indirizzati mill-Qorti Ġenerali.

(64) Opoltrans iddikjarat li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ dumping tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fiż-żmien tal-investigazzjoni u, fost l-oħrajn, l-użu tal-Istati Uniti bħala pajjiż analogu ma kienx xieraq, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu, ma hemm l-ebda rabta ta’ kawżalità bejn is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet miċ-Ċina, ma huwiex fl-interess tal-utenti li d-dazji jiġu imposti mill-ġdid.

(65) Kif spjegat il-Kummissjoni fl-Avviż dwar il-ftuħ mill-ġdid, is-sejbiet fir-Regolament ikkontestat li ma kinux ikkontestati, jew li ġew ikkontestati iżda miċħuda bis-sentenza tal-Qorti Ġenerali jew li ma ġewx eżaminati minnha, u għalhekk ma wasslux għall-annullament tar-Regolament ikkontestat, jibqgħu kompletament validi. Dan kien jinkludi l-kwistjonijiet indikati minn CRIA u Opoltrans. Għalhekk, il-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa tanalizza allegazzjonijiet fuq kwistjonijiet li jmorru lil hinn minn dak li sabet illegali l-Qorti Ġenerali.

EŻAMI MILL-ĠDID TAL-EFFETTI TAL-PREZZIJIET MINĦABBA L-IMPORTAZZJONIJIET MIR-RPĊ U L-KAWŻALITÀ Determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz

(66) Kif spjegat fil-premessi (5) sa (7), il-Qorti Ġenerali sabet li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel paragun ġust meta kkalkulat il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz minħabba li aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi billi applikat l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping b’analoġija filwaqt li l-industrija tal-Unjoni għamlet ukoll bejgħ permezz ta’ entitajiet ta’ bejgħ relatati u l-bejgħ tagħhom ma ġiex aġġustat.

(67) Barra minn hekk, fil-punt 163 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, instab li ma sar l-ebda aġġustament skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping, metodu bħal dan kien jippermetti li jsir paragun ekwu tal-prezzijiet fil-każijiet fejn il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili huma t-tnejn mibjugħa permezz ta’ entitajiet ta’ bejgħ relatati. Fil-punt 190 tas-sentenza, il-Qorti Ġenerali sabet ukoll li tali paragun ma jippermettix li jiġu nnewtralizzati l-effetti eventwali tal-iżball li jikkonsisti fil-paragun tal-prezzijiet ta’ bejgħ reali ffatturati direttament lil konsumaturi tal-Unjoni mill-produtturi-esportaturi Ċiniżi, minn naħa, u tal-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid ipprattikati minn entitajiet ta’ bejgħ relatati mal-produtturi tal-Unjoni, min-naħa l-oħra (enfasi miżjuda). Fl-aħħar nett, fil-punt 134 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat li, indipendentement mil-legalità u mir-rilevanza tal-istadju kummerċjali magħżul mill-Kummissjoni min-naħa tal-produtturi-esportaturi jew min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni, il-paragun tal-prezzijiet imwettaq minn din l-istituzzjoni għandu dejjem ikun ta’ natura ġusta, u, għal dan il-għan, jirrigwarda prezzijiet li jinsabu kollha fl-istess stadju kummerċjali.

(68) Kif spjegat fil-punt 150 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, il-perċentwal tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun permezz ta’ entitajiet ta’ bejgħ relatati huwa ta’ 0 % għal Xingyuan Group, 34 % għall-GITI Group, 19 % għal Aeolus/Pirelli u 98,6 % għall-Hankook Group. Barra minn hekk, fit-tweġiba tagħha għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni speċifikat li l-perċentwal ta’ bejgħ li sar permezz ta’ entitajiet ta’ bejgħ relatati kien ta’ 46,9 % tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u ta’ 87 % tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Għalhekk, il-proporzjon tal-bejgħ li sar permezz ta’ entitajiet tal-bejgħ relatati kien għoli għal għoli ħafna fir-rigward ta’ kull wieħed miż-żewġ kampjuni.

(69) Kif spjegat fil-premessa (149) tar-Regolament provviżorju, il-Kummissjoni ddeterminat twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet: (1) il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ, għal kull tip ta’ prodott u segment tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li jintalbu lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika; u (2) il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott u segment tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u merkanzija (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni (prezz CIF ta’ wara l-kunsinna).

il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ, għal kull tip ta’ prodott u segment tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, li jintalbu lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta’ kif joħorġu mill-fabbrika; u

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott u segment tal-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u merkanzija (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni (prezz CIF ta’ wara l-kunsinna).

(70) Sabiex ikun hemm konformità mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, fejn il-bejgħ sar permezz ta’ negozjanti relatati, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ma baqgħux jiġu aġġustati f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping b’analoġija. Il-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG&A) tal-importatur relatat u l-profitt ta’ kampjun ta’ importaturi mhux relatati għalhekk reġgħu ġew miżjuda mal-prezz tal-esportazzjoni.

(71) Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk kienx hemm xi kwistjonijiet potenzjali oħra dwar il-livell ta’ kummerċ li jenħtieġ li jiġu indirizzati għall-fini ta’ paragun ġust f’każijiet fejn il-produtturi esportaturi biegħu direttament lill-klijenti tal-Unjoni iżda l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biegħu permezz ta’ entitajiet tal-bejgħ relatati lill-klijenti tal-Unjoni. Għal dak il-għan, hija wettqet analiżi dettaljata tal-prezzijiet tal-bejgħ kollu tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun sabiex tiddetermina x-xejriet tal-prezzijiet tal-bejgħ dirett mill-fabbrika u l-bejgħ indirett permezz ta’ entitajiet tal-bejgħ relatati. It-tqabbil wera varjazzjonijiet konsiderevoli fil-prezzijiet f’tip ta’ prodott wieħed, madankollu mingħajr ebda xejra evidenti fil-prezzijiet. Filwaqt li fil-prinċipju l-entitajiet tal-bejgħ relatati jenħtieġ li jġarrbu kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni meta jbigħu lil klijenti fl-Unjoni, deher li dawk il-kostijiet ma ġewx mgħoddija b’mod konsistenti fil-prezzijiet finali.

(72) Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-bejgħ direttament mill-produtturi jew il-bejgħ permezz tal-entitajiet tal-bejgħ relatati tal-produtturi ma kellu l-ebda impatt osservabbli fuq il-livell tal-prezz ta’ dan il-bejgħ lill-klijent. B’mod partikolari, il-bejgħ permezz ta’ entità relatata ma nstabx li wassal għal prezzijiet ogħla mill-bejgħ li sar direttament mill-produttur. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda effett potenzjali fuq il-livelli tal-prezzijiet li kellu jiġi kkumpensat, kif suspettat mill-Qorti Ġenerali fil-punt 190 tas-sentenza. Għaldaqstant, f’dan il-każ, tqabbil tal-prezzijiet attwali tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun permezz ta’ bejgħ dirett jew permezz ta’ entitajiet tal-bejgħ relatati lill-klijenti tal-Unjoni mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun kien iġġustifikat.

(73) Il-Kummissjoni għamlet ukoll analiżi dettaljata tax-xejriet tal-prezzijiet għal kull mezz ta’ bejgħ użat mill-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-industrija tal-Unjoni biegħet lill-utenti, lid-distributuri, lill-bejjiegħa bl-imnut u oħrajn fi proporzjonijiet varji. Il-bejgħ lill-klijenti kollha għajr għal oħrajn kien rappreżentattiv għat-tipi kollha ta’ prodotti. Il-Kummissjoni osservat li ħafna drabi l-prezzijiet tal-bejgħ lill-utenti tal-istess tip ta’ prodott kienu aktar baxxi minn dawk lid-distributuri u lill-bejjiegħa bl-imnut, iżda l-oppost seta’ jiġi osservat ukoll. Id-differenzi fil-prezzijiet għad-diversi klijenti mhux neċessarjament kienu jiddependu fuq il-volumi totali mibjugħa lil klijent partikolari. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda xejra evidenti fil-prezzijiet mitluba lil tipi differenti ta’ klijenti u li ma kienx hemm bżonn ta’ aktar aġġustamenti biex jiġi żgurat paragun ġust, kif preskritt mill-Qorti Ġenerali.

(74) Il-Kummissjoni fakkret li, permezz ta’ nota fil-fajl datata t-30 ta’ Jannar 2023, ipprovdiet informazzjoni addizzjonali rigward l-analiżi tagħha tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni meta tbigħ direttament, indirettament u lil tipi differenti ta’ klijenti.

(75) Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, is-CRIA ma qablitx mal-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li ma setgħet tiġi identifikata l-ebda xejra tal-prezzijiet fir-rigward tal-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni nnotat li s-CRIA ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha u ma pprovdietx evidenza li turi li l-analiżi tal-Kummissjoni kienet żbaljata. Konsegwentement, hija rrifjutat l-affermazzjoni.

(76) B’hekk, il-marġni medju ponderat rivedut tat-twaqqigħ tal-prezz ibbażat fuq l-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun stabbilit kien ta’ 14,7 %.

Soppressjoni tal-prezzijiet

(77) Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz rivedut kellu jitqies bħala marġinali jew mhux xieraq, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-importazzjonijiet inkwistjoni xorta jibqgħu jeżerċitaw effetti negattivi fuq il-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni.

(78) L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq suq fejn is-sensittività tal-prezzijiet hija importanti. Kif indikat fil-premessa (134) tar-Regolament provviżorju, is-suq tal-Unjoni għat-tajers tat-trakkijiet u tal-karozzi tal-linja huwa suq kompetittiv ħafna fejn id-differenzi fil-prezzijiet jista’ jkollhom impatt kbir fuq is-suq.

(79) Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kif jidher mit-Tabelli 7 sa 10 tar-Regolament provviżorju, il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 8 %, filwaqt li l-kost ta’ unità tal-produzzjoni naqas b’6 %. Is-sitwazzjoni kienet l-agħar fil-livell 3, fejn il-prezz tal-bejgħ naqas b’5 % filwaqt li l-kost ta’ unità tal-produzzjoni żdied b’1 %. Fl-aħħar mill-aħħar, il-kumpaniji fil-livell 3 kienu mġiegħla, minħabba l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ibigħu bi prezz li kien ugwali għall-kost tal-produzzjoni tagħhom, u b’hekk ibigħu mingħajr ebda profitt meqjus u għalhekk b’telf. Konsegwentement, l-importazzjonijiet miċ-Ċina jeżerċitaw soppressjoni tal-prezzijiet minħabba l-volumi tagħhom (żieda ta’ 32 %) u l-prezzijiet (tnaqqis ta’ 11 %) matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li ma ppermettiex lill-industrija tal-Unjoni tadatta l-prezzijiet tagħha ’l fuq sabiex tqis iż-żieda fil-kost ta’ unità tal-produzzjoni.

(80) Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li, anki li kieku kellha tiġi kkontestata l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz, xorta waħda jkun hemm soppressjoni tal-prezzijiet dovuta għall-importazzjonijiet inkwistjoni f’dan il-każ.

Kawżalità

(81) Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx għad hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u d-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni, fid-dawl tal-marġnijiet ta’ twaqqigħ riveduti għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun u s-sejbiet ta’ soppressjoni tal-prezzijiet.

(82) Minkejja t-tnaqqis fil-marġni tat-twaqqigħ għall-esportaturi Ċiniżi kollha inklużi fil-kampjun, għajr għal Xingyuan Group, dan ma biddilx il-fatt li l-importazzjonijiet mill-esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun kienu qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’mod sinifikanti. Għalhekk, il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz riveduti ma biddlux is-sejba oriġinali magħmula mill-Kummissjoni dwar l-eżistenza tar-rabta ta’ kawżalità bejn id-dannu mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, fit-taqsima 5.1 tar-Regolament provviżorju u kkonfermati fit-taqsima 5.1 tar-Regolament ikkontestat. Il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz riveduti, kif ukoll is-sejbiet addizzjonali tas-soppressjoni tal-prezzijiet f’dan il-każ, la biddlu l-analiżi u lanqas is-sejbiet dwar kawżi oħra ta’ dannu kif ippreżentati fit-taqsima 5.2 tar-Regolament provviżorju u 5.2 tar-Regolament ikkontestat.

(83) Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-konklużjoni tagħha li d-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta ta’ kawżalità bejn id-dannu u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

EŻAMI MILL-ĠDID TAL-MARĠNIJIET TAD-DANNU TAL-KUMPANIJI SOĠĠETTI GĦALL-FTUĦ MILL-ĠDID

(84) Fil-paragrafu 179 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali sabet li l-kalkolu tal-marġni ta’ dannu jikkonsisti fil-paragun tal-prezzijiet tal-importazzjoni użati fil-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet, minn naħa, mal-prezzijiet mhux dannużi tal-prodott simili li jinkludi mira ta’ profitt li tirrifletti l-kundizzjonijiet normali tas-suq, min-naħa l-oħra. Għaldaqstant, żball dwar l-istadju kummerċjali li fih isir il-paragun tal-prezzijiet jista’ jkollu effett kemm fuq il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet kif ukoll fuq il-kalkolu tal-marġni ta’ dannu.

(85) Sabiex tikkonforma mas-sentenza, il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għall-kumpaniji kollha li huma soġġetti għall-ftuħ mill-ġdid.

(86) Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi pparagunat: (1) il-prezz mhux dannuż medju ponderat għal kull tip ta’ prodott tal-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun iffatturat lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell tal-prezz mill-fabbrika; (2) l-istess prezz tal-esportazzjoni stabbilit fil-premessa (69), it-tieni inċiż, hawn fuq.

il-prezz mhux dannuż medju ponderat għal kull tip ta’ prodott tal-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun iffatturat lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell tal-prezz mill-fabbrika;

l-istess prezz tal-esportazzjoni stabbilit fil-premessa (69), it-tieni inċiż, hawn fuq.

(87) Il-prezz mhux dannuż tal-industrija tal-Unjoni huwa normalment ibbażat fuq il-kost tal-produzzjoni għal kull tip ta’ prodott, inkluż SG&A, flimkien ma’ profitt raġonevoli u stabbilit fil-livell mill-fabbrika. Madankollu, f’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni ma kellhiex biżżejjed informazzjoni dettaljata u vverifikata dwar il-kostijiet tal-produzzjoni fuq bażi PCN, li hija meħtieġa għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu kif deskritt hawn fuq. Minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari f’dan il-każ, u filwaqt li jiġi nnotat li ma kien hemm l-ebda xejra ċara fid-differenzi fil-prezzijiet skont il-mezz tal-bejgħ użat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-prezz mhux dannuż kien ibbażat fuq il-prezz tal-bejgħ finali għal kull tip ta’ prodott, mibjugħ direttament jew permezz ta’ entitajiet tal-bejgħ relatati, u, iffatturat lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell mill-fabbrika kif deskritt hawn fuq fil-premessa (86), l-ewwel inċiż, li minnu tnaqqas il-profitt attwali u mbagħad żdied profitt raġonevoli. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, u sabiex ikun hemm konformità mas-sentenza, tqies xieraq li dak il-prezz jitqabbel mal-prezz tal-bejgħ finali tal-produtturi esportaturi b’mod simetriku, jiġifieri fil-livell tal-importaturi relatati, aġġustat ukoll għad-dazji doganali u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni biss, kif deskritt fil-premessa (69), it-tieni inċiż, hawn fuq, iżda inklużi l-SG&A u l-profitt tal-importaturi bbażati fl-Unjoni relatati mal-produtturi esportaturi.

(88) Barra minn hekk, fid-dawl tas-sejbiet tal-Qorti Ġenerali fil-punt 190 tas-sentenza tagħha, il-Kummissjoni qieset bir-reqqa jekk kienx hemm xi kwistjonijiet oħra b’rabta mal-livell ta’ kummerċ li jkunu jeħtieġu kumpens għall-fini tat-twettiq ta’ paragun ġust, minħabba l-fatt li 87 % tal-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni biegħu permezz ta’ entitajiet ta’ bejgħ relatati u ħafna produtturi esportaturi kellhom ukoll bejgħ dirett lill-klijenti finali. Il-Kummissjoni fakkret li, kif spjegat fil-premessa (87), fil-kalkoli tal-marġni tad-dannu, intużaw il-prezzijiet tal-bejgħ finali għal kull tip ta’ prodott tal-industrija tal-Unjoni. Konsegwentement, kif indikat mill-Qorti Ġenerali fil-punt 179 tas-sentenza tagħha, is-sejbiet li saru rigward il-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz kienu validi bis-sħiħ ukoll għall-kalkoli tal-marġni tad-dannu, sa fejn kien ikkonċernat paragun ġust. Kif spjegat fil-premessi (71) u (72) hawn fuq, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda kwistjoni oħra relatata mal-livell ta’ kummerċ li tkun teħtieġ aġġustament għall-fini tat-twettiq ta’ paragun ġust.

(89) Il-marġnijiet tad-dannu riveduti stabbiliti b’dan il-mod kienu dawn li ġejjin: Kumpanija Livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu % Xingyuan Group 55,07 GITI Group 28,51 Hankook Group 10,31 Aeolus/Pirelli 27,56 Kumpaniji li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni kontra s-sussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping 23,15 Zhongce Rubber Group Co., Ltd 55,07 Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd; Hefei Wanli Tire Co., Ltd 55,07

ID-DIVULGAZZJONI TAD-DATA SPEĊIFIKATA MILL-QORTI BIEX TIPPERMETTI LILL-APPLIKANTI JEŻERĊITAW ID-DRITTIJIET TA’ DIFIŻA TAGĦHOM

(90) Fil-punt 33 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi ma ddivulgatilhomx id-data msemmija fil-punt 244 tal-istess sentenza.

(91) Il-Qorti Ġenerali elenkat id-data kkonċernata (ara l-punt 244 tas-sentenza): (1) l-indikaturi tad-dannu gross, qabel l-applikazzjoni tal-aġġustamenti tal-ponderazzjoni, u d-data relatata mal-SMEs, minn naħa waħda, u intrapriżi kbar, min-naħa l-oħra; (2) indikaturi tad-dannu għajr il-profittabilità wara r-reviżjoni tal-ponderazzjoni; (3) ċerta informazzjoni relatata mas-sorsi tad-data dwar id-dannu makroekonomiku u l-lista ta’ SMEs tal-industrija tal-Unjoni li waqqfu l-produzzjoni; (4) il-volum eżatt totali tal-bejgħ tal-SMEs tal-industrija tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjonijiet u fl-informazzjoni relatata mal-proporzjon ta’ SMEs fl-industrija tal-Unjoni.

l-indikaturi tad-dannu gross, qabel l-applikazzjoni tal-aġġustamenti tal-ponderazzjoni, u d-data relatata mal-SMEs, minn naħa waħda, u intrapriżi kbar, min-naħa l-oħra;

indikaturi tad-dannu għajr il-profittabilità wara r-reviżjoni tal-ponderazzjoni;

ċerta informazzjoni relatata mas-sorsi tad-data dwar id-dannu makroekonomiku u l-lista ta’ SMEs tal-industrija tal-Unjoni li waqqfu l-produzzjoni;

il-volum eżatt totali tal-bejgħ tal-SMEs tal-industrija tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjonijiet u fl-informazzjoni relatata mal-proporzjon ta’ SMEs fl-industrija tal-Unjoni.

Indikaturi tad-dannu, bil-ponderazzjoni u mingħajrha, u għall-SMEs u l-intrapriżi l-kbar separatament

(92) Fil-punti 215 sa 235 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali sabet li, wara l-bidliet fil-ponderazzjoni li saru fi stadju definittiv (ara l-premessi (188) sa (195) tar-Regolament ikkontestat), il-Kummissjoni kkalkolat b’mod korrett u wriet il-profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni fil-livell tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi (it-Tabella 5 tar-Regolament ikkontestat) u fil-livell 3 (it-Tabella 6 tar-Regolament ikkontestat). Madankollu, kif indikat mill-Qorti Ġenerali fil-punt 227 tas-sentenza tagħha, kien meħtieġ li jiġu kkalkulati mill-ġdid l-indikaturi mikroekonomiċi kollha, minbarra l-profittabilità, bħala riżultat tal-bidla fil-metodu ta’ ponderazzjoni. Billi ma għamlitx dan, il-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod oġġettiv l-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping.

(93) Konsegwentement, sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, fit-taqsimiet li ġejjin, il-Kummissjoni analizzat l-impatt tal-applikazzjoni tal-ponderazzjoni stabbilita fi stadju definittiv fuq l-indikaturi mikroekonomiċi kollha, minbarra l-profittabilità globali u l-profittabilità tal-livell 3 (il-ponderazzjoni riveduta). Kif muri hawn taħt, l-applikazzjoni ta’ din il-ponderazzjoni ma mmodifikat sostanzjalment l-ebda waħda mis-sejbiet magħmula mill-Kummissjoni fir-rigward tal-indikaturi mikroekonomiċi. Konsegwentement, l-eżistenza ta’ dannu materjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ġiet ikkonfermata.

(94) Barra minn hekk, fil-punt 244 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi ma ddivulgatilhomx l-indikaturi tad-dannu gross, qabel l-applikazzjoni tal-aġġustamenti tal-ponderazzjoni, u d-data relatata mal-SMEs, minn naħa waħda, u l-intrapriżi kbar, min-naħa l-oħra. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma rrikjeditx li l-Kummissjoni tistabbilixxi mill-ġdid is-sejbiet tagħha dwar id-dannu mingħajr l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe aġġustament ta’ ponderazzjoni. Minflok, il-Qorti Ġenerali sempliċiment ordnat li dawk l-indikaturi tad-dannu gross, qabel l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe aġġustament ta’ ponderazzjoni, kellhom jiġu ddivulgati lill-partijiet ikkonċernati.

(95) Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni wriet l-indikaturi mikroekonomiċi stabbiliti fit-taqsimiet li ġejjin: (1) fl-istadju provviżorju li jinsab fir-Regolament provviżorju, (2) fl-istadju definittiv wara r-reviżjoni tal-ponderazzjoni (imsejħa ponderazzjoni riveduta fit-Tabelli kollha ta’ hawn taħt), (3) mingħajr ebda aġġustament ta’ ponderazzjoni u (4) fil-livell 3: (4a) indikaturi għall-SMEs biss u (4b) indikaturi għall-kumpaniji l-kbar biss.

Indikaturi mikroekonomiċi

(96) Kif spjegat fil-premessi (185) sa (192) tar-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni qieset li l-indikaturi mikroekonomiċi ma setgħux jirriflettu s-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni peress li l-kumpaniji kbar inklużi fil-kampjun kellhom impatt akbar fuq id-data globali mill-SMEs inklużi fil-kampjun filwaqt li s-sehem ta’ dawn tal-aħħar fil-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni kien ta’ madwar 13 %.

(97) Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżid il-fattur ta’ ponderazzjoni tal-SMEs inklużi fil-kampjun. Il-ponderazzjoni li ġejja ġiet applikata fir-Regolament ikkontestat fi stadju definittiv. L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-perċentwali tal-bejgħ tal-SMEs u tal-kumpaniji l-kbar fil-bejgħ totali tal-Unjoni. It-tieni, il-Kummissjoni esprimiet il-bejgħ ta’ SMEs inklużi fil-kampjun u ta’ produtturi kbar inklużi fil-kampjun bil-volum rispettiv tagħhom fil-bejgħ totali tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, tqabblu l-perċentwali u d-data tal-SMEs żdiedet sabiex tirrifletti l-istess perċentwal bħall-kumpaniji kbar inklużi fil-kampjun. Dan ġie spjegat aktar ’l isfel fil-premessa (138). Fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni użat ukoll aġġustament addizzjonali (jiġifieri biex tirrifletti l-proporzjon ta’ kull livell fil-bejgħ tal-Unjoni fi ħdan id-data inkluża fil-kampjun). Madankollu, kif spjegat fir-Regolament ikkontestat, dan l-aġġustament ġie abbandunat fi stadju definittiv peress li l-partijiet interessati kkontestaw l-użu ta’ proporzjon fiss matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(98) L-aġġustament tal-ponderazzjoni kellu impatt fuq l-eżitu tal-mikroindikaturi globali iżda wkoll fuq il-livell 3, minħabba li kemm il-kumpaniji kbar kif ukoll l-SMEs kienu attivi f’dak il-livell. Ix-xejriet fil-Livell 1 u fil-Livell 2 ma kinux affettwati peress li kumpaniji kbar biss kienu attivi f’dawk il-livelli. Kif indikat fil-premessa (93), l-aġġustament tal-ponderazzjoni kellu impatt limitat fuq l-indikaturi mikroekonomiċi globali minħabba li l-bejgħ tal-SMEs matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien stmat għal madwar 13 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(99) Tabella 1 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun Abbażi ta’: F’EUR/oġġett 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Tabella 7 tar-Regolament provviżorju Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 237 225 216 218 Indiċi 2014 = 100 100 95 91 92 Ponderazzjoni riveduta Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 239 228 219 220 Indiċi 2014 = 100 100 95 92 92 Mingħajr ponderazzjoni Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 252 238 226 228 Indiċi 2014 = 100 100 94 90 90 Tabella 7 tar-Regolament provviżorju Kost medju tal-produzzjoni 200 188 183 188 Indiċi 2014 = 100 100 94 91 94 Ponderazzjoni riveduta Kost medju tal-produzzjoni 202 189 185 190 Indiċi 2014 = 100 100 94 92 94 Mingħajr ponderazzjoni Kost medju tal-produzzjoni 209 192 188 192 Indiċi 2014 = 100 100 92 90 92

(100) Minkejja d-differenza nominali bejn il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità stabbilit skont l-għażliet differenti għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni, sa fejn hija kkonċernata x-xejra globali, ma nstabet l-ebda differenza bejn il-ponderazzjoni użata fl-istadju provviżorju u f’dak definittiv. Mingħajr ebda ponderazzjoni, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità naqas b’żewġ punti perċentwali aktar milli fiż-żewġ xenarji l-oħrajn. L-istess konklużjoni tista’ titfassal fir-rigward tax-xejriet osservati fil-kostijiet medji tal-produzzjoni.

(101) Tabella 2 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni — Livell 3

Il-ponderazzjoni, jew pjuttost in-nuqqas tagħha, ma kellha l-ebda impatt fuq il-konklużjoni għal-livell 1 u l-livell 2. Fir-rigward tal-livell 3, kif muri fit-Tabelli 2, 3 u 4 ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni eżaminat l-impatt tal-ponderazzjoni u n-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħha għal tliet settijiet ta’ data: għal-livell globali 3, għall-kumpaniji l-kbar attivi f’dak il-livell u għall-SMEs. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun Abbażi ta’: F’EUR/oġġett 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Tabella 10 tar-Regolament provviżorju Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 181 176 172 172 Indiċi 2014 = 100 100 97 95 95 Ponderazzjoni riveduta Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 180 176 172 171 Indiċi 2014 = 100 100 98 95 95 Mingħajr ponderazzjoni Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 201 191 182 180 Indiċi 2014 = 100 100 95 90 90 Tabella 10 tar-Regolament provviżorju Kost medju tal-produzzjoni 170 175 167 172 Indiċi 2014 = 100 100 103 98 101 Ponderazzjoni riveduta Kost medju tal-produzzjoni 170 175 167 172 Indiċi 2014 = 100 100 103 99 101 Mingħajr ponderazzjoni Kost medju tal-produzzjoni 182 181 170 173 Indiċi 2014 = 100 100 99 93 95

(102) Għal-livell 3, ix-xejra globali tal-prezz tal-bejgħ tal-unità u l-kost ta’ unità tal-produzzjoni ma kinitx affettwata mir-reviżjoni tal-ponderazzjoni fi stadju definittiv. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe ponderazzjoni, ix-xejriet fil-prezz tal-bejgħ tal-unità u l-kost ta’ unità tal-produzzjoni wrew tnaqqis aktar qawwi għaż-żewġ indikaturi, b’mill-inqas ħames punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn ix-xejriet irriflettew prinċipalment ix-xejra osservata hawn taħt għal kumpaniji kbar attivi fil-livell 3.

(103) Tabella 3 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni — Livell 3: Kumpaniji kbar biss

Kif jidher fit-Tabella 3 hawn taħt, għall-kumpaniji l-kbar attivi fil-livell 3, ix-xejra kienet ferm agħar meta mqabbla max-xejra globali għall-prezz tal-bejgħ ta’ unità u l-kost ta’ unità tal-produzzjoni. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun Abbażi ta’ EUR/oġġett 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 207 195 184 183 Indiċi 2014 = 100 100 94 89 88 Kost medju tal-produzzjoni 186 183 171 174 Indiċi 2014 = 100 100 98 92 93

(104) Tabella 4 Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni u l-kost tal-produzzjoni — Livell 3: SMEs biss

It-Tabella 4 ta’ hawn taħt uriet li għall-SMEs li kienu attivi biss fil-livell 3, l-evoluzzjoni tal-kost ta’ unità tal-produzzjoni ddeterjorat matul il-perjodu kkunsidrat b’żieda fil-kost ta’ 7 %. B’mod parallel, il-prezz tal-unità naqas bi 2 %. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun F’EUR/oġġett 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Prezz medju tal-bejgħ għal kull unità fl-Unjoni 164 164 162 161 Indiċi 2014 = 100 100 100 99 98 Kost medju tal-produzzjoni 159 170 164 171 Indiċi 2014 = 100 100 107 103 107

Kostijiet lavorattivi

(105) Tabella 5 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Tabella 11 tar-Regolament provviżorju Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR) 43875 44961 46432 46785 Indiċi 2014 = 100 100 102 105 106 Ponderazzjoni riveduta Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR) 44300 45199 46605 46943 Indiċi 2014 = 100 100 102 105 106 Mingħajr ponderazzjoni Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR) 46274 47180 48390 48477 Indiċi 2014 = 100 100 102 105 105

(106) Il-kost lavorattiv medju żdied matul il-perjodu ta’ analiżi b’6 % fil-każ taż-żewġ tipi ta’ ponderazzjoni u b’5 % meta ma ġiet applikata l-ebda ponderazzjoni.

Inventarji

(107) Tabella 6 Inventarji

Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Tabella 12 tar-Regolament provviżorju Stokks tal-għeluq (Indiċi 2014 = 100) 100 81 100 144 Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni 7 % 6 % 7 % 9 % Indiċi 2014 = 100 100 81 97 134 Ponderazzjoni riveduta Stokks tal-għeluq (Indiċi 2014 = 100) 100 82 99 146 Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni 7 % 6 % 7 % 9 % Indiċi 2014 = 100 100 83 97 137 Mingħajr ponderazzjoni Stokks tal-għeluq (Indiċi 2014 = 100) 100 84 100 148 Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni 6 % 5 % 6 % 8 % Indiċi 2014 = 100 100 84 96 135

(108) L-istokks żdiedu b’44 %/46 % matul il-perjodu ta’ analiżi fil-każ taż-żewġ tipi ta’ ponderazzjoni u bi 48 % meta ma ġiet applikata l-ebda ponderazzjoni. L-istokks tal-għeluq laħqu madwar 9 % tal-produzzjoni annwali fil-każ taż-żewġ tipi ta’ ponderazzjonijiet u 8 % meta ma ġiet applikata l-ebda ponderazzjoni. Din is-sitwazzjoni kellha impatt negattiv fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun.

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(109) Tabella 7 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Tabella 13 tar-Regolament provviżorju Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 15,6 % 16,7 % 15,2 % 13,7 % Indiċi 2014 = 100 100 106,9 97,7 88,1 Tabella 5 tar-Regolament ikkontestat Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 15,4 % 16,9 % 15,3 % 13,7 % Indiċi 2014 = 100 100 109,5 99,5 88,6 Mingħajr ponderazzjoni Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 16,9 % 19,1 % 17,0 % 15,6 % Indiċi 2014 = 100 100 113 101 92 Tabella 13 tar-Regolament provviżorju Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 309 312 292 272 Indiċi 2014 = 100 100 101 94 88 Ponderazzjoni riveduta Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 272 281 264 244 Indiċi 2014 = 100 100 103 97 90 Mingħajr ponderazzjoni Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 264 277 255 246 Indiċi 2014 = 100 100 105 97 93 Tabella 13 tar-Regolament provviżorju Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 86 63 59 65 Indiċi 2014 = 100 100 73 69 76 Ponderazzjoni riveduta Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 78 55 53 58 Indiċi 2014 = 100 100 71 68 74 Mingħajr ponderazzjoni Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 72 52 50 56 Indiċi 2014 = 100 100 72 69 78 Tabella 13 tar-Regolament provviżorju Redditu fuq l-investimenti 21,0 % 21,7 % 19,3 % 17,6 % Indiċi 2014 = 100 100 103 92 84 Ponderazzjoni riveduta Redditu fuq l-investimenti 23,4 % 24,6 % 21,7 % 20,3 % Indiċi 2014 = 100 100 105 92 87 Mingħajr ponderazzjoni Redditu fuq l-investimenti 23,4 % 24,6 % 21,7 % 20,3 % Indiċi 2014 = 100 100 105 92 86

(110) Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(111) Abbażi taż-żewġ tipi ta’ ponderazzjoni, ix-xejra tal-profittabilità globali kienet simili, bi tnaqqis minn 15,6 %/15,4 % fl-2014 għal 13,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-piż ta’ kull wieħed mil-livelli fil-bejgħ totali. Mingħajr ebda ponderazzjoni, il-profittabilità globali naqset minn 16,9 % fl-2014 għal 15,6 %.

(112) It-tnaqqis fil-profittabilità għat-tliet metodoloġiji kien ir-riżultat ta’ differenza ta’ żewġ punti perċentwali bejn il-prezzijiet u l-kostijiet.

(113) Il-Kummissjoni fakkret li, kif spjegat fil-premessa (93) hawn fuq, il-profittabilità globali diġà ġiet divulgata fir-Regolament definittiv u ma kinitx soġġetta għas-sejbiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-iżbalji identifikati. Il-profittabilità ntweriet fit-Tabella ta’ hawn fuq għal raġunijiet ta’ kompletezza biss. Meta ġew applikati t-tliet metodoloġiji differenti, il-profittabilità globali kienet influwenzata mill-profittabilità fil-livell 1 u fil-livell 2, filwaqt li l-profittabilità fil-livell 3 mingħajr ponderazzjoni naqset b’madwar ħames punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif indikat fit-Tabella 9 hawn taħt. Barra minn hekk, ix-xejra relattiva fil-profittabilità għall-industrija kollha tal-Unjoni kienet qed tonqos ukoll.

(114) Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett turi tnaqqis ta’ 7-12 % meta espress mingħajr ponderazzjoni jew bil-ponderazzjoni provviżorja.

(115) Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv għat-tliet metodoloġiji b’madwar 15-il punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(116) Tabella 8 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti: Livell 2

Fir-rigward tal-livell 2, ir-reviżjoni tal-ponderazzjoni bejn il-perjodu provviżorju u dak definittiv kellha impatt fuq il-valuri iżda mhux fuq ix-xejra globali osservata. Għalhekk, il-premessi (196) sa (197) tar-Regolament provviżorju ġew ikkonfermati. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun Abbażi ta’: 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Tabella 15 tar-Regolament provviżorju Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 17,9 % 16,7 % 16,0 % 15,3 % Indiċi 2014 = 100 100 93 90 86 Ponderazzjoni riveduta Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 17,9 % 16,7 % 16,0 % 15,3 % Indiċi 2014 = 100 100 93 90 86 Tabella 15 tar-Regolament provviżorju Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 88 76 65 69 Indiċi 2014 = 100 100 86 74 78 Ponderazzjoni riveduta Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 53 46 39 41 Indiċi 2014 = 100 100 86 74 78 Tabella 15 tar-Regolament provviżorju Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 18 16 15 17 Indiċi 2014 = 100 100 92 84 97 Ponderazzjoni riveduta Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 10 10 9 10 Indiċi 2014 = 100 100 92 84 97 Tabella 15 tar-Regolament provviżorju Redditu fuq l-investimenti 20,4 % 21,4 % 20,1 % 16,2 % Indiċi 2014 = 100 100 105 98 79 Ponderazzjoni riveduta Redditu fuq l-investimenti 20,4 % 21,4 % 20,1 % 16,2 % Indiċi 2014 = 100 100 105 98 79

(117) Saret analiżi speċifika bbażata fuq l-istess metodoloġija kif deskritta għall-livell 3, l-SMEs attivi fil-livell 3 u l-kumpaniji kbar attivi fil-livell 3.

(118) Il-Kummissjoni fakkret li, kif spjegat fil-premessa (93), il-profittabilità għal-livell 3 kienet diġà ġiet divulgata fir-Regolament ikkontestat u ma kinitx soġġetta għas-sejbiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-iżbalji identifikati. Il-profittabilità ntweriet fit-Tabella ta’ hawn fuq għal raġunijiet ta’ kompletezza biss.

(119) Għal-livell 3 globali, ix-xejra tal-profittabilità għall-metodoloġiji ta’ ponderazzjoni taż-żewġ tipi nstabet li kienet simili. Dan huwa dovut għall-fatt li t-telf irrapportat mill-SMEs kellu aktar piż fil-kalkolu globali peress li t-telf għall-SMEs kien partikolarment evidenti (-6,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni). Mingħajr ponderazzjoni, il-profittabilità tal-livell 3 kienet qrib il-profittabilità rrapportata minn kumpaniji kbar attivi f’dak il-livell. Il-profittabilità ta’ kumpaniji kbar fil-livell 3 naqset bin-nofs bejn l-2014 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, minn 10 % għal 4,8 %.

(120) Tabella 9 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti: Livell 3

Fir-rigward tal-livell 3, il-fluss tal-flus nett naqas b’mod sinifikanti b’madwar 60 % għaż-żewġ tipi ta’ metodoloġiji ta’ ponderazzjoni u b’madwar 35 % mingħajr ponderazzjoni. Ir-redditu fuq l-investimenti naqas b’madwar 66 punt perċentwali għaż-żewġ tipi ta’ metodoloġiji ta’ ponderazzjoni u b’madwar 48 punt perċentwali mingħajr ponderazzjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Mingħajr ponderazzjoni, il-profittabilità tal-livell 3 kienet tirrifletti l-profittabilità tal-kumpaniji kbar fil-livell 3, kif mistenni abbażi tal-premessa (198) tar-Regolament provviżorju. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun Abbażi ta’: 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Tabella 16 tar-Regolament provviżorju Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 6,1 % 0,6 % 2,7 % -0,4 % Indiċi 2014 = 100 100 10 45 -7 Tabella 6 tar-Regolament ikkontestat Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 5,9 % 0,5 % 2,7 % -0,7 % Indiċi 2014 = 100 100 9 45 -12 Mingħajr ponderazzjoni Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 9,23 % 5,01 % 6,29 % 3,92 % Indiċi 2014 = 100 100 54 68 42 Tabella 16 tar-Regolament provviżorju Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 28 17 26 11 Indiċi 2014 = 100 100 62 93 38 Ponderazzjoni riveduta Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 26,7 16,2 24,4 9,6 Indiċi 2014 = 100 100 61 91 36 Mingħajr ponderazzjoni Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 18,7 12,6 16,1 12,1 Indiċi 2014 = 100 100 67 86 65 Tabella 16 tar-Regolament provviżorju Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 14 10 10 10 Indiċi 2014 = 100 100 69 66 66 Ponderazzjoni riveduta Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 13,4 9,0 8,6 8,7 Indiċi 2014 = 100 100 68 65 65 Mingħajr ponderazzjoni Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 8,2 6,0 6,3 7,4 Indiċi 2014 = 100 100 73 77 91 Tabella 16 tar-Regolament provviżorju Redditu fuq l-investimenti 7,6 % 0,2 % 4,8 % 2,5 % Indiċi 2014 = 100 100 2 62 33 Ponderazzjoni riveduta Redditu fuq l-investimenti 11,2 % 0,7 % 7,0 % 5,8 % Indiċi 2014 = 100 100 6 63 52 Mingħajr ponderazzjoni Redditu fuq l-investimenti 11,2 % 0,7 % 7,0 % 5,8 % Indiċi 2014 = 100 100 6 63 52

(121) Tabella 10 Kumpaniji kbar - Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti – Livell 3

Fir-rigward tal-kumpaniji l-kbar fil-livell 3, il-Kummissjoni pprovdiet hawn taħt is-sett sħiħ ta’ data għall-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tagħhom. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 9,97 % 6,08 % 7,05 % 4,81 % Indiċi 2014 = 100 100 61 70 48 Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 17,9 12,2 15,3 12,4 Indiċi 2014 = 100 100 68 85 69 Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 7,7 5,7 6,1 7,3 Indiċi 2014 = 100 100 74 78 95 Redditu fuq l-investimenti 12,2 % 0,8 % 7,5 % 6,6 % Indiċi 2014 = 100 100 6 61 54

(122) Tabella 11 Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti – Livell 3 – SMEs

Fir-rigward tal-SMEs fil-livell 3, il-Kummissjoni pprovdiet hawn taħt sett sħiħ ta’ data għall-profittabilità, għall-fluss tal-flus, għall-investimenti u għar-redditu fuq l-investimenti tagħhom. It-telf irrapportat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġie rrapportat fil-premessa (198) tar-Regolament provviżorju. Sors: Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) 2,71 % -3,55 % -1,31 % -6,13 % Indiċi 2014 = 100 100 -131 -48 -226 Fluss tal-flus (f’miljuni ta’ EUR) 0,8 0,4 0,9 -0,2 Indiċi 2014 = 100 100 48 109 -30 Investimenti (f’miljuni ta’ EUR) 0,5 0,3 0,2 0,1 Indiċi 2014 = 100 100 61 48 24 Redditu fuq l-investimenti 5,0 % -0,3 % 2,2 % -1,2 % Indiċi 2014 = 100 100 -6 44 -23

(123) Il-Kummissjoni qieset li l-indikaturi mikroekonomiċi, ibbażati fuq il-ponderazzjoni riveduta, ikkonfermaw il-premessa (196) tar-Regolament ikkontestat, u, għaldaqstant, li l-konklużjonijiet ibbażati fuq ix-xejriet kif stabbiliti fir-Regolament provviżorju baqgħu validi.

(124) Barra minn hekk, l-indikaturi mikroekonomiċi, abbażi tan-nuqqas ta’ ponderazzjoni, instabu wkoll f’konformità mal-indikaturi mikroekonomiċi bbażati fuq iż-żewġ tipi ta’ metodoloġiji ta’ ponderazzjoni. In-nuqqas ta’ ponderazzjoni kellu prinċipalment impatt fuq il-livell 3. B’mod partikolari, il-profittabilità globali tal-livell 3 mingħajr ponderazzjoni kienet tirrifletti l-profittabilità ta’ kumpaniji kbar attivi fil-livell 3. Il-premessa (198) tar-Regolament provviżorju wriet il-marġni ta’ profitt ta’ kumpaniji kbar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(125) Kumpaniji kbar attivi fil-livell 3 ffaċċjaw tnaqqis sinifikanti fil-marġni ta’ profitt tagħhom u tar-redditu tagħhom fuq l-investimenti, li naqas, kif ukoll fil-fluss tal-flus. Għall-SMEs, it-telf tagħhom kien partikolarment evidenti (-6,1 %) fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Jistgħu jinsiltu konklużjonijiet simili għall-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti li kien negattiv. Għalhekk, il-konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-SMEs baqgħet valida u x-xejriet tar-Regolament provviżorju u r-Regolament ikkontestat ġew ikkonfermati.

(126) Filwaqt li għal dan il-każ ix-xejriet tal-indikaturi mikroekonomiċi, stabbiliti abbażi tal-ponderazzjoni riveduta, kienu simili għall-indikaturi mikroekonomiċi mingħajr ponderazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-metodoloġija tal-ponderazzjoni applikata fl-istadju definittiv kienet preċiża f’sitwazzjoni tas-suq fejn l-industrija tal-Unjoni kienet tikkonsisti kemm minn kumpaniji kbar kif ukoll minn bosta SMEs. Il-Kummissjoni osservat ukoll li din il-metodoloġija bħala tali ma ġietx iddubitata mill-Qorti Ġenerali.

Indikaturi makroekonomiċi

(127) Fir-rigward tal-indikaturi makroekonomiċi, il-Qorti Ġenerali qieset li, kif iddikjarat minn CRIA u minn CCCMC, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi aktar informazzjoni dwar is-sorsi tad-data użati. Barra minn hekk, fl-istadju definittiv, CRIA u CCCMC iddikjaraw li kellhom dubji dwar l-affidabbiltà ta’ xi informazzjoni li ġiet invokata kif indikat fil-premessa (201) tar-Regolament ikkontestat.

(128) Sabiex tikkonforma mas-sentenza, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni u rċeviet kjarifiki addizzjonali matul laqgħa mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tat-Tajers u tal-Lastiku (ETRMA). L-ETRMA pprovdiet informazzjoni dettaljata dwar il-metodoloġija użata mill-assoċjazzjoni għall-aggregazzjoni tad-data tas-suq. Verżjoni miftuħa tal-minuti tal-laqgħa saret disponibbli għall-partijiet interessati kollha flimkien ma’ diversi annessi. L-annessi ddeskrivew fid-dettall kif inġabret id-data mill-ETRMA, bl-għajnuna tal-governanza affiljata tagħha tal-Europol, li ġabret id-data makroekonomika f’isimha. Il-Kummissjoni tenniet li d-data makroekonomika pprovduta mill-ETRMA ma ġietx sfidata bħala tali fid-divulgazzjoni definittiva minn xi wħud mill-produtturi esportaturi (bħall-Hankook Group u Aeolus/Pirelli) li kienu membri tal-ETRMA.

(129) Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qieset li kienet konformi mas-sejbiet tal-Qorti Ġenerali dwar il-kwistjoni tas-sorsi tad-data makroekonomika, kif stabbilit fil-punt 244 tas-sentenza tagħha.

SMEs tal-industrija tal-Unjoni li waqqfu l-produzzjoni

(130) Il-Qorti Ġenerali ddikjarat li l-applikanti argumentaw b’mod korrett fis-seduta li l-komunikazzjoni tal-ismijiet tal-85 SME li kienu waqqfu l-produzzjoni, kif ipprovduta minn tmien fornituri differenti ta’ wċuħ, ma ppermettietx l-identifikazzjoni ta’ relazzjonijiet kummerċjali individwali bejn fornitur u klijent u li, konsegwentement, dawn l-ismijiet ma kienu jikkonċernaw l-ebda data li tista’ tkun kunfidenzjali. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ma wrietx li l-lista tal-SMEs tal-industrija tal-Unjoni li waqqfu l-produzzjoni kienet kunfidenzjali (ara l-punt 253 tas-sentenza).

(131) Il-Kummissjoni qieset li fil-prinċipju, l-isem ta’ kumpanija jenħtieġ li ma jiġix żvelat lil partijiet interessati oħra mingħajr il-qbil espliċitu tal-kumpanija inkwistjoni. Barra minn hekk, it-tneħħija tar-rabta bejn il-fornitur ta’ wċuħ u l-klijent tiegħu tista’ ma tkunx biżżejjed biex tippermetti d-divulgazzjoni ta’ din l-informazzjoni. Lista ta’ klijenti hija waħda mill-assi ewlenin ta’ kumpanija u għalhekk ma hemm l-ebda interess għal fornitur ta’ wċuħ għad-divulgazzjoni ta’ din it-tip ta’ informazzjoni lill-kompetituri tiegħu. Barra minn hekk, xi wħud mill-SMEs ikkonċernati ma kinux biss 100 % iċċentrati fuq in-negozju ta’ għoti ta’ wiċċ ġdid iżda l-għoti ta’ wiċċ ġdid kien attività waħda fost l-oħrajn (pereżempju l-bejgħ ta’ tajers ġodda jew il-ġestjoni ta’ garaxx għal kumpaniji kbar tal-flotta tat-trakkijiet). Fl-aħħar nett, il-fatt li kumpanija rrapportat li klijent waqqaf ix-xiri ta’ materjali tal-wiċċ ma jfissirx neċessarjament li din il-kumpanija kienet falliet jew ġiet xolta. Għalhekk, l-għoti ta’ din l-informazzjoni jiżvela informazzjoni kummerċjali sensittiva.

(132) Filwaqt li l-aggregazzjoni tad-data dwar il-volumi jew il-valuri minn diversi partijiet tista’ tiġi ddivulgata mingħajr kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità, b’mod partikolari jekk id-data aggregata tkun fl-istess medda, dan ma jistax japplika għal isem ta’ kumpanija. Barra minn hekk, parti li tikkoopera ma tistax tiddivulga tali informazzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-parti li isimha huwa pprovdut. Konsegwentement, għad-divulgazzjoni ta’ din il-lista ta’ klijenti, kull fornitur ta’ wċuħ jenħtieġ li jkun talab lil kull klijent tiegħu l-awtorizzazzjoni biex jiżvela ismu lil partijiet interessati oħra.

(133) Fiż-żmien tar-Regolament ikkontestat, il-kumpaniji li rrapportaw fallimenti jew li ġew likwidati biss setgħu ġew iddivulgati lill-partijiet interessati. Madankollu, il-Kummissjoni ma kellhiex dettalji dwar liema kumpanija falliet jew ġiet likwidata jew sempliċiment waqqfet il-produzzjoni. Fin-Nota tagħha għall-Fajl datata d-19 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni pprovdiet spjegazzjonijiet dettaljati dwar il-metodoloġija użata biex tiġi stabbilita l-lista msemmija hawn fuq. Fiż-żmien tar-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kkuntattjat tmien fornituri ta’ wċuħ sabiex tikseb informazzjoni dwar il-lista tal-klijenti tagħhom u l-bejgħ tagħhom matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (l-1 ta’ Jannar 2014 – it-30 ta’ Ġunju 2017). Peress li dawk li jagħtu wiċċ ġdid lit-tajers jista’ jkollhom diversi fornituri, id-data pprovduta mill-fornituri ġiet aggregata għal kull klijent sabiex jiġu identifikati l-kumpaniji li waqfu jixtru materjal tal-wiċċ tat-tajer matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Abbażi ta’ dik il-bażi tad-data, il-Kummissjoni kienet f’pożizzjoni li tidentifika l-produtturi ta’ wċuħ ġodda li bidlu l-fornitur. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll fil-premessa (244) tar-Regolament ikkontestat li mill-inqas 85 SME waqqfu l-produzzjoni, b’referenza għall-premessa (202) tar-Regolament provviżorju.

(134) Il-Kummissjoni ma kellhiex informazzjoni dwar l-istatus legali ta’ kull fornitur ta’ wċuħ. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tidentifika l-kumpaniji li fallew jew dawk li ġew xolti, u għalhekk li tirrapportah lill-partijiet interessati.

(135) Matul din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-fornituri ta’ wċuħ li kkooperaw sabiex tikseb l-istatus legali attwali ta’ dawk il-kumpaniji li waqfu jixtru materjali tal-wiċċ. Abbażi ta’ din it-talba tal-Kummissjoni, il-fornituri ta’ wċuħ ipprovdew il-qbil tagħhom għad-divulgazzjoni ta’ dawn l-ismijiet iżda bil-kundizzjoni li l-isem tal-kumpanija tagħhom jiġi diżassoċjat mill-ismijiet tal-klijenti. Il-Kummissjoni sabet li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji elenkati kienu inattivi. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiżvela l-lista ta’ SMEs li waqfu jixtru materjali tal-wiċċ mill-partijiet interessati. L-ismijiet tagħhom kienu jinsabu fil-fajl tal-każ mhux kunfidenzjali.

Informazzjoni relatata mal-proporzjon ta’ SMEs bħala parti mill-industrija tal-Unjoni

(136) Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni ma ddivulgatx informazzjoni relatata mal-proporzjon ta’ SMEs fl-industrija tal-Unjoni (ara l-punti 244 sa 266 tas-sentenza).

(137) Madankollu, il-Kummissjoni pprovdiet il-proporzjon eżatt tal-SMEs bħala parti mill-industrija tal-Unjoni fit-Tabella 4 tar-Regolament ikkontestat.

(138) Tabella 12 Sehem tal-bejgħ tal-SMEs fil-bejgħ totali tal-Unjoni (f’%)

Kif indikat fit-Tabella 4 tar-Regolament ikkontestat, il-metodoloġija riveduta ta’ ponderazzjoni ma kinitx ibbażata fuq il-volum irrapportat mill-kumpaniji li kkooperaw, iżda fuq il-volum totali ta’ bejgħ ta’ SMEs u ta’ kumpaniji kbar kif muri fit-Tabella ta’ hawn taħt. Id-data sottostanti speċifika użata hija pprovduta fit-Tabella 12 hawn taħt. 2014 2015 2016 Perjodu ta’ investigazzjoni Volum tal-bejgħ tal-Unjoni, muri fit-Tabella 8 tar-Regolament ikkontestat f’oġġetti 14834175 14738216 14532627 14584104 Sehem tal-bejgħ tal-SMEs fil-bejgħ totali tal-Unjoni, muri fit-Tabella 4 tar-Regolament ikkontestat 16,9 % 15,3 % 13,7 % 13,2 % Sehem tal-kumpaniji kbar fil-bejgħ totali tal-Unjoni 83,1 % 84,7 % 86,3 % 86,8 % Volum ta’ bejgħ tal-SMEs fil-kampjun f’oġġetti 91700 84500 79300 74600 % tal-SMEs fil-kampjun meta mqabbla mal-volum totali tal-bejgħ tal-SMEs 3,6 % 3,7 % 3,9 % 3,8 % % tal-kumpaniji kbar fil-kampjun meta mqabbla mal-volum totali ta’ kumpaniji kbar [20 - 45] [20 - 45] [20 - 45] [20 - 45] Proporzjon ta’ ponderazzjoni applikat [4,5 – 11,3] [4,3 – 11,0] [4,0 – 10,3] [4,2 – 10,6] Proporzjon ta’ ponderazzjoni =(% ta’ kumpaniji kbar inklużi fil-kampjun x il-volum totali tal-bejgħ tal-SMEs)/(il-volum tal-bejgħ tal-SMEs fil-kampjun) - 1

Volum tal-bejgħ tal-SMEs li kkooperaw fl-investigazzjoni

(139) Il-Kummissjoni fakkret li, wara li rċeviet talbiet debitament iġġustifikati, hija tat l-anonimità matul l-investigazzjonijiet lill-ilmentaturi kollha. Barra minn hekk, u bil-ħsieb li tiġi protetta aktar din l-anonimità, il-proporzjon użat għall-istabbiliment tal-valuri tal-ponderazzjoni riveduti kien ibbażat biss fuq il-bejgħ totali tal-Unjoni, inkluż il-bejgħ totali tal-SMEs, u mhux fuq il-volumi tal-bejgħ tal-SMEs li kkooperaw biss. Konsegwentement, il-volumi eżatti tal-bejgħ tal-SMEs li kkooperaw bħala tali ma kinux jikkostitwixxu fatt jew kunsiderazzjoni essenzjali li abbażi tagħhom il-Kummissjoni stabbiliet l-indikaturi tad-dannu tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-Qorti Ġenerali qieset fil-punt 256 tas-sentenza tagħha li l-Kummissjoni ma spjegatx f’termini speċifiċi kif id-divulgazzjoni ta’ ċifra aggregata tkun responsabbli għall-iżvelar tal-identità ta’ ċerti ilmentaturi.

(140) Il-Kummissjoni qieset li, f’ċerti każijiet, id-divulgazzjoni taċ-ċifri aggregati tista’ tabilħaqq ma tiżvelax l-identità tal-ilmentaturi. Dan jista’ jkun il-każ pereżempju, għal industrija fejn il-volumi tal-bejgħ tal-kumpaniji huma mifruxa b’mod mhux uniformi, b’sehem żgħir mis-suq ta’ kull operatur. Madankollu, f’dan il-każ, l-industrija tal-Unjoni nqasmet bejn ftit gruppi kbar ta’ kumpaniji, minn naħa waħda u aktar minn 380 SME, min-naħa l-oħra. Il-gruppi l-kbar ta’ kumpaniji kienu jikkostitwixxu madwar 85 % tal-bejgħ tal-Unjoni kif spjegat fil-premessa (129) tar-Regolament provviżorju. Konsegwentement, l-iżvelar tal-volumi eżatti tal-SMEs (jew saħansitra l-firxiet) kien jippermetti lill-partijiet l-oħrajn jikkonkludu x’kien is-sehem tal-ilmentaturi li huma produtturi kbar tal-Unjoni u, fl-aħħar mill-aħħar, seta’ wassal għall-identifikazzjoni ta’ dawk il-produtturi kbar tal-Unjoni li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament ikkontestat. Konsegwentement, wara eżami mill-ġdid bir-reqqa tad-data għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iżvelar tal-volumi eżatti (jew saħansitra l-firxiet) tal-bejgħ tal-SMEs li kkooperaw fl-investigazzjoni kien jipperikola l-istatus anonimu tal-ilmentaturi.

(141) Wara d-divulgazzjoni, is-CRIA tenniet l-affermazzjoni tagħha li l-Kummissjoni kellha tipprovdi l-volum eżatt tal-bejgħ tal-SMEs li kkooperaw fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament ikkontestat.

(142) Il-Kummissjoni qieset li l-volum tal-bejgħ tal-SMEs li kkooperaw fl-investigazzjoni kien disponibbli matul l-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament ikkontestat, permezz tal-formoli tal-kampjunar li ġew ippreżentati mill-kumpaniji kollha li kkooperaw u li saru disponibbli fil-fajl pubbliku. Għaldaqstant, il-formoli għat-teħid tal-kampjuni kienu aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (139), il-volum eżatt tal-bejgħ tal-SMEs li kkooperaw ma tqiesx fl-istabbiliment tal-koeffiċjent għall-SMEs; minflok, sabiex tistabbilixxi l-valuri ta’ ponderazzjoni riveduti, il-Kummissjoni użat biss il-bejgħ totali tal-Unjoni. Għalhekk, il-volum eżatt tal-SMEs li kkooperaw ma kienx parti mill-fatti essenzjali użati biex jiġu ddeterminati l-valuri riveduti. Fl-aħħar nett, kif spjegat fil-premessa (140) hawn fuq, id-divulgazzjoni ta’ din id-data kienet tipperikola l-istatus anonimu tal-ilmentaturi. Konsegwentement, l-argument ġie miċħud.

MIŻURI DEFINITTIVI

(143) Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li jiġi impost mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġnijiet aktar baxxi ta’ dumping u ta’ dannu li nstabu, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri. F’dan il-każ, għalhekk, għall-produtturi esportaturi kollha kkonċernati, ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-livell tal-marġnijiet ta’ dannu misjuba.

(144) Huwa osservat li saret investigazzjoni antisussidji b’mod parallel mal-investigazzjoni anti-dumping. Skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037, fid-dawl tal-użu tar-regola tad-dazju inferjuri u l-fatt li r-rati tas-sussidju definittivi huma inqas mil-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, huwa xieraq li jiġi impost dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tar-rati ta’ sussidju definittivi stabbiliti u mbagħad jiġi impost dazju anti-dumping definittiv sal-livell rilevanti tal-eliminazzjoni tad-dannu.

(145) Kif spjegat fil-premessi minn (335) sa (343) tar-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-forma xierqa tal-miżuri kienet dazji fissi.

(146) Wara d-divulgazzjoni u d-divulgazzjoni addizzjonali, is-CRIA sostniet li l-Kummissjoni użat valuri CIF inkonsistenti bħala denominatur meta stabbiliet il-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz. Iż-żewġ marġnijiet kellhom jiġu stabbiliti abbażi tad-denominatur użat għall-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz.

(147) Kif stabbilit mill-Kummissjoni fit-taqsima 9 hawn fuq, il-prezz tal-esportazzjoni użat għall-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit billi tneħħew mill-prezz tal-bejgħ lill-ewwel klijenti indipendenti tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun il-kostijiet kollha mġarrba fl-Unjoni (li kienu jiddependu fuq l-Incoterms ta’ kull tranżazzjoni) sabiex jiġi stabbilit il-valur fil-fruntiera tal-Unjoni. Pereżempju, il-kostijiet tat-trasport fl-Unjoni tnaqqsu. Ma’ dan il-valur żdiedu, fejn xieraq, id-dazji doganali u l-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni. Ir-riżultat kien l-hekk imsejjaħ prezz CIF tal-iżbark, li tqabbel mal-prezz tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, adegwat l-istess, sabiex jiġi stabbilit il-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz, li ġie espress bħala perċentwal tal-prezz tal-bejgħ tal-Unjoni.

(148) Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ġie stabbilit bil-mod li ġej għal kull tip ta’ prodott: (1) In-numeratur ġie kkalkulat billi tqabbel l-istess prezz CIF tal-iżbark (użat għall-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz) mal-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni; (2) Id-denominatur kien il-valur CIF doganali tal-Unjoni, kif irrapportat mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

In-numeratur ġie kkalkulat billi tqabbel l-istess prezz CIF tal-iżbark (użat għall-kalkolu tal-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz) mal-prezz fil-mira tal-industrija tal-Unjoni;

Id-denominatur kien il-valur CIF doganali tal-Unjoni, kif irrapportat mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(149) Il-valur tad-denominatur użat għall-istabbiliment tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz u l-marġni tad-dumping jenħtieġ li jkun l-istess valur għall-finijiet ta’ tqabbil għall-applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. L-għan ta’ dan il-paragun huwa li jiġi ddeterminat il-perċentwal li bih il-prezz tal-importazzjoni ddikjarat fid-dwana jeħtieġ li jiżdied permezz ta’ dazji anti-dumping biex jitneħħew l-effetti tal-ammonti ta’ bejgħ taħt il-prezz jew dumping ikkalkulati qabel. Evidentement, peress li d-dazju se japplika għall-valur CIF iddikjarat fid-dwana tal-Unjoni, dan id-dazju jrid matematikament jiġi espress bħala perċentwal tal-istess prezz CIF imsemmi hawn fuq li kif spjegat qabel jikkostitwixxi l-bażi għall-applikazzjoni tad-dazju fid-dwana. Ikun illoġiku u matematikament żbaljat li jiġi kkalkulat perċentwal fuq il-bażi ta’ valur wieħed użat bħala denominatur biex imbagħad jiġi applikat il-perċentwal li jirriżulta għal valur differenti.

(150) Wara l-kummenti li saru, il-Kummissjoni eżaminat mill-ġdid il-kalkoli li ġew divulgati u kkonfermat li l-metodoloġija użata għall-istabbiliment tal-valuri tad-denominatur kienet korretta. Konsegwentement, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumentazzjoni li l-valuri CIF użati kienu inkonsistenti u li l-prezz CIF tal-iżbark, li tqabbel mal-prezz tal-Unjoni għall-finijiet tal-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz u tal-bejgħ taħt il-prezz, minn naħa waħda, u l-valur CIF użat bħala denominatur biex jiġu stabbiliti kemm il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz kif ukoll il-marġni tad-dumping, min-naħa l-oħra, jenħtieġ li jkunu l-istess.

(151) Is-CRIA sostniet li l-Kummissjoni użat metodoloġija żbaljata meta stabbiliet id-dazju fiss, peress li l-perċentwal tal-marġni tad-dannu ġie estrapolat f’dazju għal kull tajer ibbażat fuq il-volum kumplessiv tal-importazzjonijiet minflok ma użat biss il-volum tat-tipi ta’ prodotti korrispondenti li kienu ntużaw għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu kkalkolat oriġinarjament.

(152) Il-Kummissjoni użat l-istess metodoloġija bħal fir-Regolament ikkontestat, li ma ġietx invalidata mill-Qorti Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnotat li l-miżuri anti-dumping irid ikollhom effett ta’ rimedju ekwivalenti, irrispettivament mill-forma li jieħdu. Mhuwiex ikkontestat li jekk id-dazju ħa l-forma ta’ miżura ad valorem, id-dazju ad valorem ikun japplika għall-importazzjonijiet kollha u t-tipi kollha tal-prodott ikkonċernat, irrispettivament minn jekk tip partikolari ġiex ikkunsidrat fid-determinazzjoni tal-ammont tal-bejgħ taħt il-prezz jew tad-dumping. B’riżultat ta’ dan, f’ċirkostanzi fejn jiġi deċiż li d-dazju jiġi espress bħala ammont speċifiku, tali dazju speċifiku jrid ikun ibbażat fuq il-bejgħ tal-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni rilevanti, peress li se japplika għall-importazzjonijiet kollha tat-tipi kollha ta’ prodotti bl-istess mod bħal dazju ad valorem ekwivalenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li jitqies il-volum totali tal-importazzjonijiet kif kienet tagħmel kieku kellha tapplika dazju ad valorem. Konsegwentement, hija rrifjutat l-affermazzjoni.

(153) Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, is-CRIA sostniet li l-Kummissjoni għamlet żball meta stabbiliet il-livell ta’ dazju ta’ Zhongce Rubber Group Co., Ltd.

(154) Fin-nota fil-fajl bid-data tal-31 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni ċċarat li hija qieset il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu ta’ 32,39 % applikabbli għal Zhongce Rubber Group Co., Ltd matul il-perjodu qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament li jimponi dazji kumpensatorji (mit-8 ta’ Mejju 2018 sat-12 ta’ Novembru 2018). Id-dazju fiss korrispondenti kien għalhekk 49,31 EUR/unità għal dak il-perjodu. Madankollu, mit-13 ta’ Novembru 2018, meta r-Regolament (UE) 2018/1690 daħal fis-seħħ u emenda kif xieraq ir-Regolament ikkontestat, il-Kummissjoni għamlet lil Zhongce Rubber Group Co., Ltd soġġetta għall-marġni ogħla ta’ dannu ta’ 55,07 %, sa fejn kienet ikkonċernata l-investigazzjoni dwar is-sussidju, minħabba li kkooperat fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji. Dan irriżulta f’marġni ta’ dumping ta’ żero u rata ta’ sussidju ta’ 51,8 %, li kienet ugwali għal dazju kumpensatorju fiss ta’ 57,28 EUR/unità. Is-CRIA ma rċeviet l-ebda kumment dwar din l-ispjegazzjoni. Konsegwentement, l-argumentazzjoni tas-CRIA li l-Kummissjoni wettqet żball fir-rigward tal-kalkolu tal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal din il-kumpanija ġiet miċħuda.

(155) Wara d-divulgazzjoni, is-CRIA argumentat ukoll li l-livell tad-dazju għal tliet kumpaniji, jiġifieri Zhongce Rubber Group Co., Ltd, Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd, u Hefei Wanli Tire Co., Ltd, jenħtieġ li jitnaqqas ukoll peress li l-Kummissjoni naqset milli timplimenta b’mod adegwat il-punti 190–192 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali.

(156) Kif spjegat fil-premessa (70) hawn fuq, minbarra l-aġġustament li sar biex jiżdiedu lura, fejn applikabbli, l-SG&A u l-profitt għall-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li qabel tneħħa bl-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku b’analoġija, il-Kummissjoni stabbiliet li ma kienx hemm bżonn ta’ aktar aġġustamenti. Tabilħaqq, kif indikat fil-premessi (72), (73) u (88) hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li ma kien hemm l-ebda kwistjoni ta’ paragun ġust bejn il-bejgħ indirett u dirett jew bejn tipi differenti ta’ klijenti. B’riżultat ta’ dan, b’mod simili għall-metodoloġija applikata fir-Regolament ikkontestat, il-bejgħ dirett tal-produtturi esportaturi fil-kampjun tqabbel, għal kull tip ta’ prodott, mal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun biex jiġu stabbiliti l-marġnijiet tad-dannu. Dan kien japplika wkoll għall-kalkolu tad-dazju residwu, li kien ibbażat fuq il-marġni ta’ dannu ta’ 55,1 % għal Xingyuan Group li kellu biss bejgħ dirett. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabbiliet li d-dazji anti-dumping u kumpensatorji residwi applikabbli għal Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd u Hefei Wanli Tire Co., Ltd u d-dazju kumpensatorju residwu applikabbli għal Weifang Yueling jenħtieġ li jibqgħu l-istess. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet tagħha kienu konformi mal-punti 190–192 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali u ċaħdet l-affermazzjoni.

(157) Wara d-divulgazzjoni tal-informazzjoni, il-Kummissjoni sabet żball fid-dazju fiss ibbażat fuq il-marġni tad-dannu stabbilit għal Aeolus/Pirelli. Il-marġni tad-dannu ġie kkoreġut minn 29,79 % għal 27,56 % u l-partijiet kollha ġew infurmati kif xieraq.

(158) Wara d-divulgazzjoni addizzjonali, is-CRIA sostniet li l-Kummissjoni għamlet żball meta stabbiliet il-livell ta’ dazju ta’ Hankook Group.

(159) Wara li analizzat l-affermazzjoni, tabilħaqq il-Kummissjoni sabet żball klerikali u kkoreġiet il-marġni tad-dannu ta’ Hankook Goup minn 11,18 % għal 10,31 %.

(160) Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv jenħtieġ li jkunu kif ġej: Kumpanija Marġni tad-dumping Rata ta’ sussidju Marġni tad-dannu Dazju kumpensatorju Dazju anti-dumping Dazju kumpensatorju fiss Dazju anti-dumping fiss Fiss Dazju anti-dumping GITI Group 56,8 % 7,74 % 28,51 % 7,74 % 20,77 % 11,07 35,74 46,81 Hankook Group 60,1 % 2,06 % 10,31 % 2,06 % 8,25 % 3,75 17,37 21,12 Aeolus/Pirelli 85,0 % 32,85 % 27,56 % 27,56 % 0 39,77 0 39,77 Kumpaniji oħrajn li jikkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness 71,5 % 18,01 % 23,15 % 18,01 % 5,14 % 27,69 10,29 37,98 Zhongce Rubber Group Co., Ltd 71,5 % 51,08 % 55,07 % 51,08 % 0 57,28 0 49,31 Weifang Yuelong Rubber; Hefei Wanli Tire Co., Ltd 106,7 % 51,08 % 55,07 % 51,08 % 3,99 % 57,28 4,48 61,76

(161) Il-livell rivedut tad-dazji anti-dumping japplika mingħajr ebda interruzzjoni temporali mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament provviżorju (jiġifieri, mit-8 ta’ Mejju 2018 ’il quddiem).

(162) Huwa meħtieġ ukoll li jiġi applikat livell differenti tad-dazji anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament antisussidji definittiv (jiġifieri, fil-perjodu mit-8 ta’ Mejju 2018 sat-12 ta’ Novembru 2018). Id-dazju applikabbli matul dan il-perjodu huwa ugwali għall-marġni tad-dannu stabbilit għall-kumpaniji kollha kkonċernati.

(163) Minkejja li Aeolus Tyre Co., Ltd u Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd biss kienu r-rikorrenti fil-kawżi T-30/19 u T-72/19, il-Kummissjoni qieset li d-dazju kkoreġut huwa applikabbli għall-gruppi rispettivi kollha. Għall-Aeolus Group, il-produtturi esportaturi kkonċernati huma: Aeolus Tyre Co., Ltd, Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd; Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd u Pirelli Tyre Co., Ltd. Għal Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd, il-produtturi esportaturi kkonċernati huma: Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd u Shanghai Huayi Group Corp. Ltd.

(164) L-awtoritajiet doganali jingħataw struzzjonijiet biex jiġbru l-ammont xieraq fuq l-importazzjonijiet li jikkonċernaw lill-produtturi esportaturi kkonċernati u jħallsu lura kwalunkwe ammont żejjed miġbur f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli.

(165) Dan ir-Regolament ma jimmodifikax ir-rati tad-dazju tal-produtturi esportaturi li ma kinux ikkonċernati mill-Avviż ta’ ftuħ mill-ġdid u mir-Regolament ta’ reġistrazzjoni. Għalhekk, id-dazji tagħhom baqgħu l-istess u, b’riżultat ta’ dan, dawn il-kumpaniji ma ġewx identifikati f’dan ir-Regolament.

(166) Wara d-divulgazzjoni, Hämmerling sostniet li peress li l-Kummissjoni kellha l-ħsieb li timponi mill-ġdid id-dazji lil hinn mill-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 3 snin previst fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, jenħtieġ li tispeċifika wkoll li d-differenza bejn id-dazji imposti mill-ġdid u dawk applikabbli qabel jenħtieġ li tiġi rimborżata wkoll lil hinn mill-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 3 snin.

(167) Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li hija ġurisprudenza stabbilita li l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ma jipprekludix lill-Kummissjoni milli tadotta Regolament li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping jew kumpensatorju definittiv għal perjodu li jaqbeż it-3 snin.

(168) Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (164), l-awtoritajiet doganali għandhom jiġbru l-ammont xieraq fuq l-importazzjonijiet li jikkonċernaw lill-produtturi esportaturi kkonċernati u jħallsu lura kwalunkwe ammont żejjed miġbur f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Il-Qorti Ġenerali ċċarat f’T-440/20 li l-leġiżlazzjoni doganali applikabbli hija, fost l-oħrajn, l-Artikolu 101(1), l-Artikolu 102(1), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 103(1) u l-Artikolu 104(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-ammont ta’ dazju li għandu jitħallas għandu jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet doganali kompetenti, li huma responsabbli għan-notifika tad-djun doganali, sakemm ma jkunx skada perjodu ta’ 3 snin mid-data li fiha nħoloq dak id-dejn. Il-Qorti ċċarat ukoll li minn dan isegwi li r-regola stabbilita fl-Artikolu 103(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni fil-fatt għandha l-effett mhux biss li tipprekludi li l-ammont ta’ dazji doganali jiġi nnotifikat lid-debitur wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ 3 snin mid-data li fiha nħoloq id-dejn doganali tiegħu, iżda wkoll li dan id-dejn doganali stess jiġi suġġett għal preskrizzjoni mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu. Madankollu, dik ir-regola tapplika biss għan-notifika tal-ammont ta’ dazji doganali lid-debitur u l-implimentazzjoni hija għalhekk kwistjoni għall-awtoritajiet doganali nazzjonali waħedhom, li huma kompetenti biex jagħmlu tali notifika. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat li l-perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ 3 snin għar-rimborż kien japplika għal dan il-każ u ċaħdet it-talba.

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(169) Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(170) Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 40112090 u ex40121200 (kodiċi TARIC 4012120010) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’dak li għandu x’jaqsam mal-kumpaniji elenkati fil-paragrafi (2) u (3).

2. Id-dazji anti-dumping definittivi applikabbli f’EUR għal kull unità tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej, fil-perjodu mit-8 ta’ Mejju 2018 sat-12 ta’ Novembru 2018. Kumpanija Dazju anti-dumping Kodiċi Addizzjonali TARIC GITI Tire (Anhui) Company Ltd; GITI Tire (Fujian) Company Ltd; GITI Tire (Hualin) Company Ltd; GITI Tire (Yinchuan) Company Ltd 46,81 C332 Chongqing Hankook Tire Co., Ltd; Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd. 21,12 C334 Aeolus Tyre Co., Ltd, Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd; Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd; Pirelli Tyre Co., Ltd 39,77 C877 Kumpaniji oħrajn soġġetti għal din l-impożizzjoni mill-ġdid li jikkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness 37,98 Zhongce Rubber Group Co., Ltd. 49,31 C379 Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd 61,76 C875 Hefei Wanli Tire Co., Ltd 61,76 C876

3. Id-dazji anti-dumping definittivi applikabbli f’EUR għal kull unità tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej, mit-13 ta’ Novembru 2018. Kumpanija Dazju anti-dumping Kodiċi Addizzjonali TARIC GITI Tire (Anhui) Company Ltd; GITI Tire (Fujian) Company Ltd; GITI Tire (Hualin) Company Ltd; GITI Tire (Yinchuan) Company Ltd 35,74 C332 Chongqing Hankook Tire Co., Ltd; Jiangsu Hankook Tire Co., Ltd. 17,37 C334 Aeolus Tyre Co., Ltd, Aeolus Tyre (Taiyuan) Co., Ltd; Qingdao Yellow Sea Rubber Co., Ltd; Pirelli Tyre Co., Ltd 0 C877 Kumpaniji oħrajn soġġetti għal din l-impożizzjoni mill-ġdid li jikkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkati fl-Anness 10,29 Zhongce Rubber Group Co., Ltd. 0 C379 Weifang Yuelong Rubber Co., Ltd 4,48 C875 Hefei Wanli Tire Co., Ltd 4,48 C876

Artikolu 2 Kwalunkwe dazju anti-dumping definittiv imħallas mill-produtturi esportaturi msemmija fl-Artikolu 1(2) u (3) skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 li jaqbeż id-dazju anti-dumping definittiv stabbilit fl-Artikolu 1 għandu jitħallas lura jew jitnaqqas. Il-ħlas lura jew ir-remissjoni għandha tintalab mill-awtoritajiet doganali nazzjonali f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Kwalunkwe rimborż li sar wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-30/19 u T-72/19 China Rubber Industry Association (CRIA) u China Chamber of Commerce of Metals, Minerals & Chemicals Importers & Exporters (CCCMC) vs Il-Kummissjoni Ewropea għandu jiġi rkuprat mill-awtoritajiet li jkunu għamlu r-rimborż sal-ammont stabbilit fl-Artikoli 1(2) u 1(3).

Artikolu 3 Id-dazju anti-dumping definittiv impost mill-Artikolu 1 għandu jinġabar ukoll fuq importazzjonijiet irreġistrati f’konformità mal-Artikolu 1(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1175 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni wara l-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni sabiex jiġu implimentati s-sentenzi tal-4 ta’ Mejju 2022 fil-Kawżi Maqgħuda T-30/19 u T-72/19, fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1579 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1690.

Artikolu 4 L-awtoritajiet doganali huma ordnati biex ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1175 li b’dan huwa mħassar.

Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

ANNEX

Anx. anness. Kumpaniji li kkooperaw kemm fl-investigazzjonijiet kontra s-sussidji kif ukoll f’dawk anti-dumping, li huma soġġetti għal din l-impożizzjoni mill-ġdid: ISEM IL-KUMPANIJA KODIĊI TARIC ADDIZZJONALI Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd. C338 Triangle Tyre Co., Ltd. C375 Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd. C366 Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd. C347 Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd. C345 Guizhou Tyre Co., Ltd. C340 Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd. C360 Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd. C346 Shandong Linglong Tyre Co., Ltd. C363 Shandong Jinyu Tire Co., Ltd. C362 Sailun Group Co., Ltd C351 Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd. C353 Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd. C377 Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd. C358 Jiangsu General Science Technology Co., Ltd. C341 Shanghai Huayi Group Corp. Ltd.; Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd. C878 Qingdao GRT Rubber Co., Ltd C350

ANNESS

Kumpaniji li kkooperaw kemm fl-investigazzjonijiet kontra s-sussidji kif ukoll f’dawk anti-dumping, li huma soġġetti għal din l-impożizzjoni mill-ġdid: ISEM IL-KUMPANIJA KODIĊI TARIC ADDIZZJONALI Chaoyang Long March Tyre Co., Ltd. C338 Triangle Tyre Co., Ltd. C375 Shandong Wanda Boto Tyre Co., Ltd. C366 Qingdao Doublestar Tire Industrial Co., Ltd. C347 Ningxia Shenzhou Tire Co., Ltd. C345 Guizhou Tyre Co., Ltd. C340 Shandong Huasheng Rubber Co., Ltd. C360 Prinx Chengshan (Shandong) Tire Co., Ltd. C346 Shandong Linglong Tyre Co., Ltd. C363 Shandong Jinyu Tire Co., Ltd. C362 Sailun Group Co., Ltd C351 Shandong Kaixuan Rubber Co., Ltd. C353 Weifang Shunfuchang Rubber And Plastic Products Co., Ltd. C377 Shandong Hengyu Science & Technology Co., Ltd. C358 Jiangsu General Science Technology Co., Ltd. C341 Shanghai Huayi Group Corp. Ltd.; Double Coin Group (Jiang Su) Tyre Co., Ltd. C878 Qingdao GRT Rubber Co., Ltd C350

Versions

  1. 2023-04-04