Gelex

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/890 tat-28 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

In forceVersion 2023-04-28from 2023-05-03
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/2023/890@2023-04-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011, u b’mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fit-18 ta’ Jannar 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(2) Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-426/21, jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012.

(3) Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023. Għall-Kunsill Il-President J. Roswall

ANNEX

ANNESS

L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 36/2012:

36. Nizar AL-ASSAD.

Versions

  1. 2023-04-28