Gelex

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2012 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/24 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u li tirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (BĊE/2012/33) (2013/32/UE)

In forceVersion 2012-12-19from 2012-12-31
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/d/2012/33-01@2012-12-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emenda
  3. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/24 tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar id-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u li tirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli tistipula kif il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiddistribwixxi lill-BĊNi: (a) l-introjtu minn karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni dovut għal kull sena finanzjarja; u (b) l-introjtu tiegħu li jirriżulta minn titoli mixtrija taħt il-programm tas-swieq tat-titoli (SMP – securities markets programme) u li jkun qala’ f’kull sena finanzjarja.

(2) Huwa meqjus neċessarju illi d-dati għad-distribuzzjoni interim tal-introjtu tal-BĊE minn karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jiġu allinjati ma’ dawk għad-distribuzzjoni tal-introjtu tal-BĊE li jirriżulta minn titoli tal-SMP. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jiddistribwixxi dawn iż-żewġ tipi ta’ introjtu fl-aħħar jum ta’ xogħol f’Jannar tas-sena ta’ wara. Dan jagħti lill-BĊE żmien biżżejjed biex jiddetermina l-ammont ta’ introjtu li jkun qala’ minn titoli tal-SMP.

(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2010/24 għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emenda

L-Artikolu 2(2) sa (4) huwa mibdul b’dan li ġej:

2. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Kunsill Governattiv, il-BĊE għandu jiddistribwixxi lill-BĊNi l-introjtu tiegħu dovut minn karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni u l-introjtu tiegħu li jirriżulta minn titoli tal-SMP li jkun qala’ f’kull sena finanzjarja fl-aħħar jum ta’ xogħol f’Jannar tas-sena ta’ wara.

3. L-ammont tad-dħul tal-BĊE fuq karti tal-flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni jista’ jitnaqqas b’mod konformi ma’ deċiżjoni mill-Kunsill Governattiv fuq il-bażi tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba mill-BĊE b’rabta mal-ħruġ u l-ipproċessar ta’ karti tal-flus tal-euro..

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2012.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta’ Diċembru 2012. Il-President tal-BĊE Mario Draghi

Versions

  1. 2012-12-19