Deċiżjoni (UE) 2015/286 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-27 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus tal-euro (BĊE/2014/49)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/d/2014/49-01@2014-11-27/mt
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro fil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015, b'mod konformi mal-Artikolu 140(2) tat-Trattat, il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga mogħtija lil-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 ser tiġi rrevokata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.
(2) L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 jiddefinixxi l-[i]skema ta' distribuzzjoni ta' karti tal-flus u jirreferi għall-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika sa mill-1 ta' Jannar 2014. Peress li l-Litwanja ser sadotta l-euro fl-1 ta' Jannar 2015, jeħtieġ li d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta' distribuzzjoni ta' karti tal-flus li tapplika mill-1 ta' Jannar 2015,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Emenda
1. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija mibdula b'dan li ġej: L-Anness I ta' din id-Deċizjoni jispeċifika l-iskema tad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus applikabbli mill-1 ta' Jannar 2015.
2. L-Anness I tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 huwa mibdul bit-test stipulat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta' Novembru 2014. Il-President tal-BĊE Mario Draghi
ANNEX
ANNESS
ANNESS I SKEMA TA' DISTRIBUZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA' JANNAR 2015
(%) Il-Bank Ċentrali Ewropew 8,0000 Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique 3,2385 Deutsche Bundesbank 23,5220 Eesti Pank 0,2520 Central Bank of Ireland 1,5170 Bank of Greece 2,6575 Banco de España 11,5550 Banque de France 18,5320 Banca d'Italia 16,0900 Central Bank of Cyprus 0,1975 Latvijas Banka 0,3685 Lietuvos bankas 0,5400 Banque centrale du Lussemburgu 0,2655 Il-Bank Ċentrali ta' Malta 0,0850 De Nederlandsche Bank 5,2325 Oesterreichische Nationalbank 2,5655 Banco de Portugal 2,2785 Banka Slovenije 0,4515 Národná banka Slovenska 1,0095 Suomen Pankki 1,6420 TOTAL 100,0000