Gelex

Deċiżjoni (UE) 2015/2330 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Deciżjoni BĊE/2014/53 dwar l-approvazzjoni tal-volum ta' ħruġ ta' muniti fl-2015 (BĊE/2015/41)

In forceVersion 2015-12-04
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/d/2015/41-01@2015-12-04/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emenda
  3. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
  4. Artikolu 3 Destinatarji

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 128(2) tiegħu,

Billi:

(1) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta' Jannar 1999 biex japprova l-volum ta' muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

(2) Skont l-estimi tat-talba ghall-muniti tal-euro fl-2015 li l-Isati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BCE, il-BCE approva l-volum totali tal-muniti tal-euro ddestinati ghac-cirkolazzjoni u l-muniti tal-euro għall-kolletturi mhux iddestinati ghac-cirkolazzjoni fl-2015, fid-Deciżjoni BCE/2014/53.

(3) Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Ministeru tal-Finanzi Grieg talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Greċja tista' toħroġ fl-2015 jiżdied minn EUR 13,3 miljun għal EUR 52,7 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fid-domanda għal muniti.

(4) Il-BĊE japprova t-talba imsemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li tista' toħroġ il-Greċja fl-2015.

(5) Fit-2 ta' Ottubru 2015, il-Ministeru tal-Finanzi Belġjan talab li l-volum ta' muniti tal-euro li l-Belġju jista' joħroġ fl-2015 jiżdied minn EUR 0,8 miljun għal EUR 65,8 miljun sabiex ikun jista' jwieġeb għal żieda mhux mistennija fid-domanda għal muniti.

(6) Il-BĊE japprova t-talba imsemmija hawn fuq għal żieda fil-volum ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li jista' joħroġ il-Belġju fl-2015.

(7) Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/53 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emenda

It-tabella fl-Artikolu 1 tad-Decizjoni BCE/2014/53 hija mibdula b'li gej: (miljuni ta' EUR) Ħruġ ta' muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u ħruġ ta' muniti ta' kollezzjoni (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2015 Il-Belġju 65,8 Il-Ġermanja 529,0 L-Estonja 10,3 L-Irlanda 39,0 Il-Greċja 52,7 Spanja 301,4 Franza 230,0 L-Italja 41,5 Ċipru 10,0 Il-Litwanja 120,7 Il-Lussemburgu 45,0 Malta 8,7 Il-Pajjiżi l-Baxxi 52,5 Il-Latvja 30,6 L-Awstrija 248,0 Il-Portugall 30,0 Is-Slovenja 13,0 Is-Slovakkja 13,4 Il-Finlandja 60,0

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċìżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lid-destinatarji.

Artikolu 3 Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, ir-4 ta' Diċembru 2015. Il-President tal-BĊE Mario Draghi

Versions

  1. 2015-12-04