Gelex

Regolament (UE) 2017/2199 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (BĊE/2017/37)

In forceVersion 2017-11-20from 2018-02-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/d/2017/37-01@2017-11-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 19. Emenda
  3. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 stabbiliet t-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (iktar' il quddiem is-CBPP3). Flimkien mal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti b'assi, il-programm ta' xiri ta' assi mis-settur pubbliku u l-programm ta' xiri mis-settur korporattiv, is-CBPP3 huwa parti mill-programm ta' xiri ta' assi estiż (APP). L-għan tal-APP huwa li jkompli jtejjeb it-trasmissjoni tal-politika monetarja, sabiex jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, iħaffef il-kundizzjonijiet għat-teħid ta' self minn unitajiet domestiċi u ditti u jikkontribwixxi sabiex ir-rati tal-inflazzjoni jinġiebu lura għal livelli li huma taħt iżda qrib għal 2 % fuq medda ta' żmien medju, b'mod konsistenti mal-objettiv primarju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(2) Il-Kunsill Governattiv iddeċieda fl-4 ta' Ottubru 2017 li jirfina iktar ir-regoli applikabbli għall-eliġibbiltà għax-xiri taħt il-bonds iggarantiti CBPP3 li komunement jissejħu bħala bonds iggarantiti pass-through kundizzjonali, minħabba r-riskji ogħla potenzjali li għalihom tiġi esposta l-Eurosistema.

(3) Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 19. Emenda

Fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2014/40, għandu jiżdied il-punt 9 li ġej: Bonds koperti għandhom ikunu esklużi mix-xiri taħt is-CBPP3 fejn kemm: (a) għandhom struttura pass-through kundizzjonali, fejn avvenimenti predefiniti jwasslu għal estensjoni tal-maturità tal-bond u qlib għal struttura ta' ħlas li tiddependi primarjament fuq flussi ta' kontanti ġġenerati mill-assi fil-grupp ta' kopertura sottostanti; kif ukoll (b) jinħarġu minn entità bi klassifikazzjoni tal-aħjar l-ewwel emittent taħt CQS3..

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2018.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-20 ta' Novembru 2017. Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE Il-President tal-BĊE Mario Draghi

Versions

  1. 2017-11-20