Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/493/PESK tas-17 ta' Mejju 2004 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2004/493@2004-05-18/mt
Contents
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) Fil-21 ta' Mejju 2002, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK li tikkonċerna l-ilqugħ temporanju mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani u li tagħtihom permessi nazzjonali validi għal perijodu ta' żmien sa 12-il xahar.
(2) Fid-19 ta' Mejju 2003, il-Kunsill adotta Pożizzjoni Komuni 2003/366/PESK li temenda l-Posizzjoni Komuni 2002/400/PESK u timmodifika l-validitá ta' dawn il-permessi għal perijodu ta' 24 xahar.
(3) Il-validità ta' dawn il-permessi għandha tiġi estiża għal perijodu ieħor ta' 6 xhur,
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1 Il-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK hija hawnhekk emendata kif ġej: (1) l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3 għandu jaqra kif ġej: Kull wieħed mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 għandu jipprovdi lill-Palestinjani li jilqa' b'permess nazzjonali biex jidħlu fit-territorju tiegħu u joqgħodu għal perijodu sa 30 xahar.; Art. 008. Il-Kunsill għandu jżomm l-applikazzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni taħt reviżjoni u għandu jagħmel valutazzjoni ta' din l-applikazzjoni fi żmien 29 xahar mill-adozzjoni tagħha jew iktar kmieni fuq it-talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu.. (2) L-Artikolu 8 għandu jaqra kif ġej:
Artikolu 1
1) l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 3 għandu jaqra kif ġej: Kull wieħed mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 għandu jipprovdi lill-Palestinjani li jilqa' b'permess nazzjonali biex jidħlu fit-territorju tiegħu u joqgħodu għal perijodu sa 30 xahar.;
2) L-Artikolu 8 għandu jaqra kif ġej: Art. 008. Il-Kunsill għandu jżomm l-applikazzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni taħt reviżjoni u għandu jagħmel valutazzjoni ta' din l-applikazzjoni fi żmien 29 xahar mill-adozzjoni tagħha jew iktar kmieni fuq it-talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu..
2)
Artikolu 8 Il-Kunsill għandu jżomm l-applikazzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni taħt reviżjoni u għandu jagħmel valutazzjoni ta' din l-applikazzjoni fi żmien 29 xahar mill-adozzjoni tagħha jew iktar kmieni fuq it-talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu..
Artikolu 2 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, nhar is-17 ta' Mejju 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen