Gelex

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/530/PESK tat-28 ta' Ġunju 2004 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Afrikan tal-Great Lakes u li temenda l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK

In forceVersion 2004-07-03from 2004-07-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2004/530@2004-07-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 2
  3. 1.
  4. Artikolu 3
  5. 2.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1) Fit-8 ta' Diċembru 2003 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK li temenda u testendi sat-30 ta' Ġunju 2004 il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Afrikan tal-Great Lakes.

(2) Abbażi ta' reviżjoni ta' dik l-Azzjoni Konġunta, il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż u emendat.

(3) Fis-17 ta' Novembru 2003 il-Kunsill adotta linji gwida dwar il-ħatra, il-mandat u l-iffinanzjar tar-Rappreżentanti Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

(4) Ir-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiħżien u tkun ta' ħsara għall-għanijiet tal-PESK kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1 Il-mandat tas-Sinjur Aldo AJELLO bħala r-Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea (EUSR) għar-Reġjun Afrikan tal-Great Lakes kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK huwa hawnhekk estiż sat-28 ta' Frar 2005.

Artikolu 2 L-Azzjoni Konġunta 2003/869/PESK hija hawnhekk emendata kif ġej:

Artikolu 2

1. L-Artikolu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

1.

Artikolu 3 Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika, il-mandat ta' l-EUSR għandu jkun li:

Artikolu 3

(a) jistabbilixxi u jżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet kollha tal-proċess ta' paċi u transizzjoni fir-Reġjun Afrikan tal-Great Lakes, ma' pajjiżi oħra tar-reġjun, ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, ma' pajjiżi oħra relevanti, kif ukoll man-Nazzjonijiet Uniti (UN) u ma' organizzazzjonijiet oħra internazzjonali relevanti, ma' l-Unjoni Afrikana (AU) u ma' organizzazzjonijiet sub-reġjonali u r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll ma' mexxejja reġjonali prominenti oħra sabiex jaħdem magħhom fit-tisħiħ tal-proċessi ta' paċi ta' Lusaka u Arusha u l-ftehim ta' paċi konklużi fil-Pretoria u fil-Luanda;

(b) josserva n-negozjati ta' paċi u l-proċess ta' paċi u transizzjoni bejn il-partijiet u joffri l-pariri u l-għajnuna ta' l-Unjoni Ewropea kif xieraq;

(ċ) jikkontribwixxi, fejn mitlub, għall-implimentazzjoni ta' ftehim ta' paċi u ta' waqfien mill-ġlied milħuq bejn il-partijiet u jimpenja ruħu magħhom b'mod diplomatiku fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet ta' dawk il-ftehim;

(d) jimpenja ruħu b'mod kostruttiv mal-firmatarji tal-ftehim fil-qafas tal-proċessi ta' paci sabiex tiġi promossa konformità man-normi bażiċi tad-demokrazija u l-iggvernar tajjeb, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

(e) jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Linji Gwida ta' l-UE dwar it-Tfal u l-Ġlied bl-Armi;

(f) jikkontribwixxi għal u jikkopera mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali tal-UN għar-Reġjun Afrikan tal-Great Lakes u l-Mibgħut Speċjali tal-President ta' l-AU rigward il-preparazzjoni ta' Konferenza dwar il-paċi, is-sigurtà, id-demokrazija u l-iżvilupp fir-Reġjun tal-Great Lakes;

(g) jirraporta dwar il-possibbiltajiet għal intervent ta' l-Unjoni Ewropea fil-proċess ta' paċi u transizzjoni u dwar l-aħjar mod ta' kif jiġu mwettqa l-inizjattivi ta' l-Unjoni Ewropea;

(h) jissorvelja l-azzjonijiet tal-partijiet fil-kunflitt, li jistgħu jippreġudikaw ir-riżultat tal-proċess ta' paċi li jkun għaddej;

(i) jikkontribwixxi għal għarfien aħjar, fost il-mexxejja ta' l-opinjoni fir-reġjun, tar-rwol ta' l-Unjoni Ewropea.

2. Fl-Artikolu 5:

2.

(a) Paragrafu 1 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

1. L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta' l-EUSR għandu jkun ta' EUR 580000.

(b) Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

(b)

5. It-tagħmir u l-provvisti għall-uffiċċju ta' Brussel ta' l-EUSR għar-Reġjun Afrikan tal-Great Lakes għandhom ikunu mixtrija jew mikrija f'isem l-Unjoni Ewropea u għaliha.

Artikolu 3 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004.

Artikolu 4 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, nhar it-28 ta' Ġunju 2004. Għall-Kunsill Il-President M. Cullen

Versions

  1. 2004-07-03