Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Awwissu 2004 li temenda d-Deċiżjoni 98/320/KE dwar l-organizzazzjoni ta' esperiment temporanju ta' teħid ta' kampjuni ta' żrieragħ u ta' ttestjar ta' żrieragħ skond id-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 69/208/KEE (innotifiikata fid-dokument bin-numru C(2004) 2942) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2004/626/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2004/626@2004-09-02/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pitravi, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanta tal-magħlef, u b'mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa taċ-ċereali, u b'mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-kummerċ taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u tal-fibra, u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,
Filwaqt li:
(1) Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/320/KE saret dispożizzjoni għal esperiment temporanju fil-livell tal-Komunità biex jiġi evalwat jekk it-teħid ta' kampjuni taż-żrieragħ u l-ittestjar taż-żrieragħ taħt superviżjoni uffiċjali jistgħux jikkostitwixxu alternattivi aħjar għall-proċeduri maħsuba għaċ-ċertifikazzjoni uffiċjali taż-żrieragħ meħtieġa mid-Direttivi 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE u 2002/57/KE, mingħajr ma jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-kwalità taż-żrieragħ.
(2) L-esperiment temporanju għandu jiġi estiż sabiex tkun assigurata kontinwità tal-mudelli ta' kummerċ eżistenti sa l-adozzjoni tal-modifiki tad-direttivi eżistenti msemmija hawnfuq u sabiex tkun miġbura aktar informazzjoni.
(3) Id-Deċiżjoni 98/320/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.
(4) Il-miżuri msemmija f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti taż-Żrieragħ u ta' Materjal tat-Tkabbir għall-Agrikultura, Ortikultura u Foresterija,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 F'Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 98/320/KE id-data 31 ta' Lulju 2004 hija mibdula bid-data 27 ta' April 2005.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fis-26 ta' Awwissu 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni