Gelex

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ottubru 2004 dwar il-monitoraġġ ta' l-ammont tad-diossini u PĊBs li jixbħu d-diossina fl-għalf ta' l-annimali (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2002) 3461) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (2004/704/KE)

Version 2004-10-22
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2004/704@2004-10-22/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I Skeda: Ħarsa ġenerali tan-numru minimu rrakkomandat ta’ kampjuni ta’ ikel biex jiġu analizzati kull sena. Id-distribuzzjoni tal-kampjuni hija bbażata fuq il-produzzjoniu/jew l-użu f’kull pajjiż. Attenzjoni partikolari hija mogħtija lill-prodotti ta’ l-għalf u f’taħlita ta’ l-għalf mistennija li jkollhom varjazzjoni kbira fil-livelli tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina.
  4. ANNESS II A.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi,

(1) Id-Direttiva 2002/32/KE tas-7 ta' Mejju 2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali tistabbilixxi l-ogħla livelli għad-diossini fi prodotti ta' l-għalf u f'taħlita ta' l-għalf għall-annimali

(2) Għalkemm minn perspettiva tossikoloġika, kwalunkwe livell għandu japplika għad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina, ġew stipulati l-ogħla livelli biss għad-diossini u l-furans u mhux għall-PĊBs bħad-diossina, tikkonsidra d-data limitata ħafna disponibbli dwar il-prevalenza għal dawn ta' l-aħħar. Id-Direttiva hawn fuq imsemmija, għall-ewwel darba tipprovdi għal verifika ta' l-ogħla livelli sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2004, fid-dawl tad-data ġdida dwar il-preżenza tad-diossini u PĊBs bħad-diossina, b'mod partikolari b'perspettiva għall-inklużjoni ta' PĊBs bħad-diossina fil-livelli li għandhom jiġu stipulati.

(3) Id-Direttiva 2002/32/KE tipprovdi għal verifika ulterjuri ta' l-ogħla livelli sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2006 bil-għan li jitnaqqsu l-ogħla livelli b'mod sinifikanti.

(4) Huwa meħtieġ li tiġi ġġenerata data affidabbli madwar il-Komunità Ewropea dwar il-preżenza ta' PĊBs bħad-diossina fil-medda wiesgħa ta' prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali (kif definita fid-Direttiva 2002/32/KE dwar is-sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf ta' l-annimali) sabiex ikun hemm stampa ċara tal-xejriet kronoloġiċi tal-preżenza ta' dawn is-sustanzi fi prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali.

(5) Ir-relazzjoni bejn il-preżenza tad-diossini, furans, PĊBs bħad-diossina u PĊBs mhux bħad-diossina hija importanti imma lura sew milli tkun magħrufa. Huwa għalhekk xieraq li fejn possibli jiġu analizzati l-kampjuni magħżula anki għal PĊBs bħad-diossina.

(6) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2002/201/KE ta' l-4 ta' Marzu 2002 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs fl-għalf ta' l-annimali u fil-prodotti ta' l-ikel tirrakkomanda li l-Istati Membri jwettqu monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali, proporzjonat mal-produzzjoni u l-konsum tal-prodotti intiż għall-għalf ta' l-annimali. Dan il-monitoraġġ għandu jitwettaq billi jsegwi linji ta' gwida dettaljati stabbiliti mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. Sabiex jiżguraw grad għoli ta' uniformità madwar l-Unjoni Ewropea dawn il-linji ta' gwida għandhom jinkludu, dispożizzjonijiet inter alia li għandhom x'jaqsmu mal-frekwenza minima u kif għandhom jiġu rrapurtati r-riżultati.

(7) Huwa importanti li din id-data tiġi rrappurtata lill-Kummissjoni fuq bażi regolari. Il-Kummissjoni ser tiżgura l-kumpilazzjoni ta' din id-data f'database li ser tkun pubblikament disponibbli biex tiġi kkonsultata.

(8) Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja ngħaqdu mal-Komunità Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Huwa xieraq li l-Istati Membri ġodda jipparteċipaw fil-programm ta' monitoraġġ kemm jista' jkun malajr. Huwa madankollu magħruf li huwa xieraq li wieħed jistenna arranġament tranżitorju għall-Istati Membri u li għalissa ebda frekwenza minima dettaljata għall-monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti ta' l-għalf għall-annimali ma huwa rrakkomandat għall-Istati Membri ġodda.

B' DAN TIRRAKKOMANDA: Li l-Istati Membri mis-sena 2004 'l quddiem sal-31 ta' Diċembru 2006 jwettqu l-monitoraġġ tal-preżenza tad-diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fil-prodotti intiżi għall-għalf ta' l-annimali li jużaw il-frekwenza minima rrakkomandata tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment, kif prevista fl-iskeda ta' l-Anness 1 bħala gwida. Il-frekwenza tal-kampjuni għandha tiġi riveduta kull sena fid-dawl ta' l-esperjenza akkwistata. Li r-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja jipparteċipaw kemm jista' jkun malajr fil-programm ta' monitoraġġ dwar il-preżenza ta' diossini, furans u PĊBs bħad-diossina fl-għalf ta' l-annimali. Il-frekwenza tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja ser tkun stabbilità mis-sena 2005 'l quddiem. L-Istati Membri fuq bażi regolari jipprovdu lill-Kummissjoni għall-kumpilazzjoni f'database waħda d-data bl-informazzjoni u fil-format kif previst f'Anness II. Huwa xieraq li data li ġiet akkwistata fi snin reċenti permezz ta' l-użu ta' metodu ta' analiżi bi qbil mal-ħtiġijiet stipulati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/70/KE tas-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet għad-determinazzjoni ta' livelli ta' diossini u PĊBs bħad-diossina fl-għalf ta' l-annimali u l-livelli riflessi huma pprovduti wkoll. Li l-Istati Membri, jekk possibli, iwettqu wkoll l-analiżi fuq PĊBs mhux bħad-diossina fl-istess kampjuni. Magħmula fi Brussell, fil-11 ta' Ottubru 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I Skeda: Ħarsa ġenerali tan-numru minimu rrakkomandat ta’ kampjuni ta’ ikel biex jiġu analizzati kull sena. Id-distribuzzjoni tal-kampjuni hija bbażata fuq il-produzzjoniu/jew l-użu f’kull pajjiż. Attenzjoni partikolari hija mogħtija lill-prodotti ta’ l-għalf u f’taħlita ta’ l-għalf mistennija li jkollhom varjazzjoni kbira fil-livelli tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina.

In-numru totali tal-kampjuni rrakkomandati għal kull pajjiż Prodotti ta' l-għalf, additivi, pretaħlit Taħlita ta' l-għalf Oriġinat mill-pjanti Minerali Elementi traċċi sustanzi li jgħaqqdu u sustanzi antiko-agulanti Taħlita ppreparata — kull tip Oriġinat mill-annimali Total Annimali ta' l-art Ħut Total Pajjiż * Numru Ċereali, qmuħ, il-prodotti tagħhom u prodott sekondarju Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, il-prodotti u prodotti sekondarji tagħhom/żrieragħ tal-legumi, il-prodotti u l-prodotti sekondarji tagħhom. Għalf u nuħħala Prodotti oħra ta' għalf ta' oriġini mill-pjanti Xaħam ta' l-annimali//prodotti ta' l-annimali (inkluż it-trab tal-ħalib u prodotti tal-bajd) Żejt tal-ħuta fdalijiet tal-ħut ipproċessati Numru Bhejjem ta' l-ifrat ħnieżer Tjur Xorta oħra a' għalf għall-fniek, żwiemel, annimali domestiċi Ħut Numru Il-Belġju 60 5 5 5 3 3 3 3 4 3 3 37 4 10 5 2 2 23 Id-Danimarka 107 5 5 5 3 3 3 4 3 24 23 78 4 10 3 2 10 29 Il-Ġermanja 163 20 12 11 9 9 9 8 10 3 3 94 24 19 14 4 8 69 Il-Greċja 53 5 5 3 2 2 2 3 3 4 3 32 2 2 2 1 14 21 Spanja 135 8 6 5 7 8 8 8 6 5 9 70 12 21 14 8 10 65 Franza 232 28 19 28 11 11 11 12 7 4 5 136 15 19 32 15 15 96 L-Irlanda 56 5 3 5 2 3 3 3 3 3 3 33 7 3 3 3 5 21 L-Italja 117 10 7 12 5 5 5 7 5 4 3 63 12 6 14 7 15 54 Il-Lussemburgu 33 3 3 3 2 1 1 2 2 1 1 19 3 3 3 2 3 14 L-Olanda 111 5 5 5 7 8 8 7 5 3 3 56 14 19 13 6 3 55 L-Awstrija 47 5 5 5 2 2 2 3 3 3 3 33 3 3 3 2 3 14 Il-Portugall 50 3 5 5 2 3 3 3 3 3 3 33 4 3 5 2 3 17 Il-Finlandja 48 5 3 5 2 3 3 3 3 3 3 33 3 3 3 2 4 15 L-Isvezja 49 5 3 6 2 3 3 3 3 3 3 34 4 3 3 2 3 15 Ir-Renju Unit 158 10 10 10 6 6 6 10 4 10 8 80 15 7 13 10 33 78 Total UE 1417 122 96 113 65 70 70 79 64 76 76 831 126 131 130 68 131 586 L-Iżlanda 67 3 3 3 2 1 1 2 3 19 16 53 3 3 3 2 3 14 In-Norveġja 127 5 5 5 3 3 3 5 3 13 15 60 3 3 3 2 56 67 Total ŻEE 1611 130 104 121 70 74 74 86 70 108 107 944 132 137 136 72 190 667 * Ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja, u s-Slovakkja ngħaqdu mal-Komunità Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004. Huwa xieraq li l-Istati Membri ġodda jipparteċipaw fil-programm ta' monitoraġġ kemm jista' jkun malajr. Huwa madankollu magħruf li huwa xieraq li jkun previst arranġament transitorju għal dawn l-Istati Membri u għalhekk ebda frekwenza minima dettaljata għall-monitoraġġ każwali tal-preżenza tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina fil-prodotti ta' l-għalf għall-annimali ma huwa rrakkomandat għal dawn il-pajjiżi.

ANNESS II A.

Noti ta’ spjegazzjoni għall-formula għar-Riżultati analitiċi tad-diossini, furans u PCBs bħad-diossina u PCBs oħra li jinsabu fl-ikel

1. Informazzjoni Ġenerali dwar il-kampjuni analizzati Pajjiż: l-isem ta’ l-Istat Membru fejn twettaq il-monitoraġġ Sena: is-sena li fiha twettaq il-monitoraġġ. Prodott: prodott ta’ l-għalf analizzat — uża, fejn possibli, għall-prodotti ta’ l-għalf it-terminoloġija tad-Direttiva tal-Kunsill 1996/25/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta’ prodotti ta’ l-ikel. Fil-każ ta’ taħlita ta’ l-għalf għall-annimali l-kompożizzjoni hija informazzjoni utli ħafna. Stadju tal-kummerċjalizzazzjoni: il-post fejn il-prodott (kampjun) ġie miġbur Espressjoni tar-riżultati: ir-riżultati għandhom jiġu rrapurtati fuq il-bażi ta’ prodott. Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fuq il-bażi li fuqhom l-ogħla livelli ġew stabbiliti (relattivi għall-prodotti ta’ l-għalf għall-annimali b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % - Id-Direttiva 2002/32/KE). Fil-każ ta’ l-analiżi ta’ PCBs mhux bħad-diossina, huwa rakkomandat ħafna li l-livelli jiġu mfissra fuq l-istess bażi. Tip ta’ kampjuni: kampjuni każwali — riżultati analitiċi minn kampjuni mmirati jistgħu jiġu rrapurtati wkoll imma jrid jiġi indikat b’mod ċar li l-kampjunar kien immirat u mhux neċessarjament jirrifletti l-livelli normali. Metodi: irreferi għall-metodu użat Akkreditat: speċifika jekk il-metodu analitiku huwiex akkreditat jew le. Inċertezza ( %): il-perċentwal ta’ l-inċertezza mħaddna fil-metodu analitiku.

2. Informazzjoni Ġenerali dwar il-kampjuni analizzati Numru tal-Kampjun: in-numru tal-kampjuni ta’ l-istess tip ta’ prodott analizzat. Jekk għandek riżultati ta’ aktar kampjuni milli għandek immarkati fil-kolonni, sempliċement żid kolonni ġodda b’numru fil-qiegħ tal-formula. Metodu ta’ produzzjoni: konvenzjonali/organiku (dettaljat kemm jista’ jkun) Żona: safejn huwa rilevanti, id-distrett jew ir-reġjun fejn inġabar il-kampjun, jekk possibli b’indikazzjoni jekk tikkonċerna żona rurali, żona urbana, żona industrijali, port, baħar miftuħ, eċċ. Eż. Brussel — żona urbana, Mediterran — baħar miftuħ. Numru ta’ sub-kampjuni: jekk il-kampjun analizzat huwa ġabra ta’ kampjuni, in-numru ta' sub-kampjuni (numru ta' individwi) għandu jkun innotifikat. Jekk ir-riżultat analitiku huwa bbażat fuq kampjun wieħed, 1 għandu jiġi nnotifikat. In-numru ta’ sub-kampjuni f’ ġabra ta’ kampjuni jistgħu jvarjaw, jiġifieri jekk jogħġbok speċifika dan għal kull kampjun. Kontenut tax-xaħam ( %): il-perċentwal ta’ kontenut ta’ umdità fil-kampjun (jekk disponibbli). Kontenut ta’ umdità ( %): il-perċentwal ta’ kontenut ta’ umdità fil-kampjun (jekk disponibbli).

3. Riżultati Diossini, furans, PCBs bħad-diossina : ir-riżultati ta’ kull konġeneru għandu jkun irrapurtat f’ ppb — mikrogrammi/kilo (μg/kg). PCBs mhux bħad-diossina: ir-riżultati ta’ kull konġeneru għandu jkun irrapurtat f’ ppb — mikrogrammi/kilo (μg/kg). LOQ: Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni f’ ng/kg jew μg/kg (għall-PCBs mhux bħad-diossina) LOD: Il-limitu ta’ determinazzjoni f’ ng/kg jew μg/kg (għall-PCBs mhux bħad-diossina) Għall-konġeneri analizzati imma inqas mil-LOD (limitu ta’ determinazzjoni) fil-kaxxa tar- riżultati għandu jitniżżel bħala < LOD (l-LOD għandu jkun irrappurtat bħala valur). Għall-konġeneri analizzati imma inqas mil-LOQ (limitu ta’ kwantifikazzjoni) fil-kaxxa tar-riżultati għandu jitniżżel bħala < LOQ (l-LOQ għandu jkun irrappurtat bħala valur). Għall-konġeneri PCB analizzati flimkien mal-PCB-7 u l-PCBs bħad-diossina, in-numru tal-konġeneru PCB jeħtieġ jiġi miżjud mal-formula, eż. 31, 99, 110, eċċ. Jekk il-kampjun huwa analizzat għal aktar PCBs konġeneri milli hemm fillieri mmarkati, sempliċement żid fillieri ġodda fil-qiegħ tal-formula.

4. Rimarki Apparti l-metodu użat ta’ estrazzjoni ta’ lipidi, dan l-ispazju għandu jiġi użat ukoll biex jimtlew b’rimarki rilevanti addizzjonali għad-data mressqa.

B. Formula biex jiġu rrapurtati r-riżultati analitiċi speċifiċi tal-konġeneri tad-diossini, furans, PCBs bħad-diossina u PCBs oħra fl-għalf Pajjiż Rimarki Sena: Metodu użat għall-estrazzjoni tal-lipidi Prodott: Stadju tal-kummerċjalizzazzjoni Espressjoni tar-riżultati: Tip ta' kampjuni: Numru tal-Kampjun: Metodu ta' produzzjoni Żona: Numru ta' sub-kampjuni: Kontenut tax-xaħam (%): Kontenut ta' l-umdità (%): 1 diossini u furans (ng/kg) Konġeneri TEF LOD: LOQ: Irkupru (%) Riżultati TEQ Metodi: 2,3,7,8 - TCDD 1 Determinazzjoni 1,2,3,7,8 - PeCDD 1 Unità 1,2,3,4,7,8 - HxCDD 0,1 Akkreditat: 1,2,3,6,7,8 - HxCDD 0,1 Inċertezza (%): 1,2,3,7,8,9 - HxCDD 0,1 1,2,3,4,6,7,8 - HpCDD 0,01 OCDD 0,0001 2,3,7,8 - TCDF 0,1 1,2,3,7,8 - PeCDF 0,05 2,3,4,7,8 - PeCDF 0,5 1,2,3,4,7,8 - HxCDF 0,1 1,2,3,6,7,8 - HxCDF 0,1 1,2,3,7,8,9 - HxCDF 0,1 Total TEQ-PCDD/PCDF 2,3,4,6,7,8 - HxCDF 0,1 1,2,3,4,6,7,8 - HpCDF 0,01 Limitu għoli 1,2,3,4,7,8,9 - HpCDF 0,01 Valur medju OCDF 0,0001 Limitu baxx 2 PCBs mhux ortho (ng/kg jew μg/kg) Konġeneri PCB TEF LOD: LOQ: Irkupru (%) Riżultati TEQ Metodi: PCB-77 0,0001 Determinazzjoni PCB-81 0,0001 Unità PCB-126 0,1 Akkreditat: PCB-169 0,01 Inċertezza (%): 3 PCBs mono-ortho (ng/kg jew μg/kg) Konġeneri PCB TEF LOD: LOQ: Irkupru (%) Riżultati TEQ Metodi: PCB-105 0,0001 Determinazzjoni PCB-114 0,0005 Unità PCB-118 0,0001 Akkreditat: PCB-123 0,0001 Total TEQ-PCB Inċertezza (%): PCB-156 0,0005 PCB-157 0,0005 Limitu għoli PCB-167 0,00001 Valur medju PCB-189 0,0001 Limitu baxx PCBs MHUX BĦAD-DIOSSINA 4 PCB-7 (6) (μg/kg jew ppb) Konġeneri PCB LOD: LOQ: Riżultati Metodi: PCB- 28 Akkreditat: PCB- 52 Unità PCB- 101 Inċertezza (%): PCB- 118 PCB- 138 PCB- 153 PCB- 180 5 PCBs oħra (μg/kg jew ppb) Konġeneri PCB LOD: LOQ: Riżultati Metodi: PCB- Akkreditat: PCB- Unità PCB- Inċertezza (%): PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB- PCB-

Versions

  1. 2004-10-22