Gelex

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004 (2006/824/KE)

In forceVersion 2006-04-27from 2004-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2006/824@2006-04-27/mt

Contents
  1. Preamble

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-kontijiet annwali ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għas-sena finanzjarja 2004, flimkien mat-tweġibiet ta' l-Aġenzija,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' l-14 ta' Marzu 2006 (5972/2006 — C6- 0093/2006),

wara li kkunsidra t-Trattat tal-KE, b'mod partikulari l-Artikolu 276 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2667/2000 tal-5 ta' Diċembru 2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, u b'mod partikulari l-Artikolu 8 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0095/2006),

1. Jagħti kwittanza lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' l-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2004;

2. Jistipula l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni hawn taħt;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lid-Direttur ta' l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti ta' l-Awdituri u biex jordna l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President Josep Borrell Fontelles Is-Segretarju Ġenerali Julian Priestley

Versions

  1. 2006-04-27