Gelex

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2007 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1873) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (2007/331/KE)

Version 2007-05-03
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2007/331@2007-05-03/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS I
  4. B.1.2.3.4.5. Tabella 1 Għadd minimu ta’ kampjuni għal kull kategorjia ta’ prodotti
  5. ANNESS II A.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi,

(1) Il-Bord Xjentifiku dwar l-aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari ta’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (EFSA – European Food Safety Authority) adotta stqarrija fid-19 ta’ April 2005 dwar l-acrylamide fl-ikel li fiha huwa kkonferma l-valutazzjoni ta’ riskju ta’ l-acrylamide fl-ikel li twettqet fi Frar 2005 mill-Kumitat Espert Konġunt ta’ l-FAO/WHO dwar l-Addittivi ta’ l-Ikel (JECFA - Joint FAO/WHO Expert Committee on Food Additives). F’dik il-valutazzjoni l-JECFA kkonkluda li l-marġni ta’ l-esponiment għall-konsumaturi medji u għolja kienu baxxi għal kompost li huwa ġenotossiku u karċinoġeniku u li dan jista’ jkun ta’ tħassib għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk għandhom jissoktaw l-isforzi xierqa biex jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet ta’ l-acrylamide fl-ikel.

(2) L-industrija ta’ l-ikel u l-Istati Membri investigaw mogħdijiet ta’ formazzjoni ta’ l-acrylamide. L-industrija ta’ l-ikel żviluppat miżuri voluntarji, bħal l-hekk imsejħa strateġija tal-kaxxa ta’ l-għodda, li tipprovdi gwida biex tgħin lill-produtturi u lill-proċessuri jidentifikaw mezzi biex ibaxxu l-acrylamide fil-prodotti rispettivi tagħhom. Saru sforzi estensivi sa mill-2002 biex jitnaqqsu l-livelli ta’ l-acrylamide fl-ikel ipproċessat.

(3) Huwa meħtieġ li tinġabar data affidabbli dwar il-livelli ta’ l-acrylamide fl-ikel fuq mill-inqas medda ta’ 3 snin madwar il-Komunità kollha biex ikun hemm stampa ċara tal-livelli ta’ acrylamide f’dak l-ikel li hu magħruf li għandu livelli għoljin ta’ l-acrylamide u/jew li jikkontribwixxi sew għall-ammont dijetitiku li jittieħed mill-popolazzjoni sħiħa u minn gruppi vulnerabili, bħat-trabi u t-tfal zgħar.

(4) Huwa importanti li din id-data tkun irrappurtata darba fis-sena lill-EFSA li għandha tiżgura l-kompilazzjoni ta’ din id-data f’bażi tad-data.

(5) Ir-riżultati analitiċi għandhom jiġu evalwati biex jivvalutaw l-effettività tal-miżuri volontarji. Il-programm ta’ monitoraġġ stipulat f’din ir-Rakkomandazzjoni jista’ jiġi adattat fi kwalunkwe żmien jekk dan ikun xieraq fid-dawl ta’ l-esperjenzi miksuba.

B’DAN TIRRAKKOMANDA: Li l-Istati Membri jwettqu l-monitoraġġ tal-livelli ta’ l-acrylamide darba fis-sena fl-2007, l-2008 u l-2009, skond l-Anness 1, fl-oġġetti ta’ l-ikel imsemmija f’dan l-Anness. Li l-Istati Membri jipprovdu sa l-1 ta’ Ġunju kull sena d-data ta’ monitoraġġ tas-sena ta’ qabel lill-EFSA bl-informazzjoni u fil-format kif stipulat fl-Anness II għal kompilazzjoni f’bażi tad-data waħda. Li l-Istati Membri, għall-għan tal-programm ta’ monitoraġġ, isegwu l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni kif stipulat fil-parti B ta’ l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007 rigward il-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju, tal-landa inorganika, tat-3-MCPD u tal-benzo(a)pyrene fl-oġġetti ta’ l-ikel biex ikun żgurat li l-kampjuni huma rappreżentattivi għal-lott ikkampjunat. Li l-Istati Membri jwettqu l-analiżi ta’ l-acrylamide skond il-kriterja stipulati fil-punti 1 u 2 ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar kontrolli uffiċjali biex tkun żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ l-ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali. Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Mejju 2007. Għall-Kummissjoni Markos Kyprianou Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS I

A.1.2. Punti u l-proċedura tal-kampjunar: Il-kampjunar tal-prodotti għandu jitwettaq f’livell tas-suq (eż. f’supermarkets, ħwienet żgħar, fran tal-ħobż, u fil-ħwienet taċ-ċips u r-restoranti), fejn hemm traċċabilità tajba, jew fuq siti ta’ produzzjoni. Il-prodotti li joriġinaw f’wieħed mill-Istati Membri għandhom jiġu kkampjunati fejn possibbli. Il-kampjunar u l-analiżi għandhom jitwettqu qabel id-data ta’ skadenza tal-kampjun.

B.1.2.3.4.5. Tabella 1 Għadd minimu ta’ kampjuni għal kull kategorjia ta’ prodotti

Prodotti, l-għadd u l-frekwenzi tal-kampjuni, rekwiżiti analitiċi It-Tabella 1 tagħti ħarsa ġenerali dwar l-għadd minimu ta’ kampjuni għall-analiżi ta’ kull sena għal kull kategorija ta’ prodott. L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu aktar kampjuni fejn possibbli. It-tqassim tal-kampjuni għal kull Stat Membru huwa msejjes fuq iċ-ċifri tal-popolazzjoni b’għadd minimu ta’ 4 kampjuni għal kull prodott u għal kull Stat Membru. L-għadd ta’ kampjuni jirreferi għall-għadd minimu ta’ kampjuni li għandu jittieħed fis-sena. Fejn japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi (eż. il-kampjunar darbtejn fis-sena) dan huwa speċifikat fl-Anness I, punt C għal kull grupp ta’ prodott. Billi kull kategorija ta’ prodott hija magħmula minn varjetà sħiħa ta’ prodotti bi speċifikazzjonijiet differenti, għandha tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali għal kull prodott fil-kampjun (kif speċifikat fl-Anness I, punt C). Sabiex jidhru x-xejriet taż-żmien huwa importanti li l-prodotti bl-istess speċifikazzjonijiet (eż. l-istess tip ta’ ħobż, l-istess ditta, eċċ) huma kkampjunati kull sena fejn possibbli. Għaċ-ċips ikkampjunati fi ħwienet żgħar, għandhom jintgħażlu l-istess ħwienet jekk possibbli. Jekk fi prodotti bl-istess karatteristiċi jinkisbu ripetutament riżultati ’l isfel mil-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ – limit of quantification) dan il-prodott jista’ jinbidel ma’ ieħor sakemm jaqa’ fl-istess kategorija ta’ prodotti u sakemm tingħata deskrizzjoni tal-prodott. Biex tkun żgurata l-komparabilità ta’ riżultati analitiċi għandhom jintgħażlu metodi li jistgħu jiksbu LOQ ta’ 30 μg/kg (l-iżjed tranżizzjoni ta’ ion/ion intensa) għall-ħobż u l-ikel tat-trabi u ta’ 50 μg/kg għall-prodotti tal-patata, prodotti ċereali oħrajn, kafè u għal prodotti oħra. Ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati kkorreġuti għall-irkupru. Pajjiż li qed ibigħ Ċips mibjugħin lesti biex jittieklu (1) Krisps (2) Ċips jew prodotti oħra tal-patata misjura minn qabel/għat-tisjir fid-dar (3) Ħobż (4) Ċereali tal-kolazzjon (5) Gallettini, inkl. l-gallettini tat-trabi (6) Kafè inkaljat (7) Ikel tat-trabi fil-vażetti (8) Ikel tat-trabi pproċessat abbażi ta’ ċereali (9) Prodotti oħra (10) Total AT 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 BE 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 CY 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 40 CZ 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 DE 24 24 24 24 24 24 24 24 24 14 230 DK 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 ES 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 140 EE 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 40 GR 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 FR 20 20 20 20 20 20 20 20 20 14 194 FI 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 HU 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 IT 20 20 20 20 20 20 20 20 20 14 194 IE 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 LU 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 40 LT 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 40 LV 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 40 MT 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 40 NL 6 6 6 6 6 6 6 6 6 8 62 PT 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 PL 14 14 14 14 14 14 14 14 14 14 140 SE 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 SI 4 4 4 4 4 4 4 4 4 4 40 SK 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 UK 20 20 20 20 20 20 20 20 20 14 194 BG 4 4 4 4 4 4 4 4 4 8 44 RO 8 8 8 8 8 8 8 8 8 8 80 Total 202 202 202 202 202 202 202 202 202 224 2042

C.

Informazzjoni minima addizzjonali li għandha tiġi pprovduta għal kull prodott L-informazzjoni minima addizzjonali li għandha tiġi pprovduta għal kull prodott fil-kampjun hija speċifikata fil-punti 1 sa 10. L-Istati Membri huma mistiedna jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata. 1. Ċips, mibjugħin lesti biex jittieklu: kampjunar darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru, li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella. Prodotti lesti biex jittieklu għandhom jiġu kkampjunati fi ħwienet żgħar, fil-katini tal-fast food u fir-restoranti. Kull sena l-kampjunar għandu jsir fl-istess ħwienet fejn possibbli. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: il-kondizzjoni tal-prodott fil-bidu, patata friska jew ipproċessata, żieda ta’ ingredjenti oħra. 2. Krisps: kampjunar darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru, li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: materja prima, il-kondizzjoni tal-prodott fil-bidu, patata friska jew ipproċessata, żieda ta’ ingredjenti oħra, togħmiet jew addittivi. 3. Ċips/prodotti tal-patata misjura minn qabel għat-tisjir fid-dar: inklużi prodotti mibjugħin iffriżati. Kampjunar darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru, li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella. L-analiżi ta’ kull kampjun għandha ssir fuq il-prodott wara t-tħejjija (eż. qali, ħami, eċċ). It-tħejjija għandha ssir fil-laboratorju skond l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: il-kondizzjoni tal-prodott fil-bidu patata friska jew ipproċessata, żieda ta’ ingredjenti oħra, prodott mibjugħ frisk jew iffriżat, kondizzjonijiet użati għat-tħejjija skond it-tikketta. 4. Ħobż: Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: ħobż artab jew iqarmeċ, kontenut ta’ fibra, tip ta’ qamħ, iffermentat/mhux iffermentat, tip ta’ fermentazzjoni (eż. ħmira), ingredjienti oħra. L-għażla tat-tip ta’ ħobż għall-kampjunar għandu jirrifletti d-drawwiet fl-ikel ta’ kull pajjiż. 5. Ċereali għall-kolazzjon: għajr il-muesliu l-porridge Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: tip ta’ qamħ, ingredjenti oħra (eż. zokkor, ġewż, għasel, ċikkulata). 6. Gallettini (inkl. l-gallettini tat-trabi): Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: rotob jew iebsa, għall-popolazzjoni normali jew għad-diabetiċi, lista sħiħa ta’ ingredjenti. 7. Kafè inkaljat: Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: il-grad ta’ inkaljar (eż. medju, skur), tip ta’ żrieragħ tal-kafè jekk disponibbli, mibjugħa bħala kafè mitħun jew żrieragħ. 8. Ikel tat-trabi fil-vażetti: L-attenzjoni għandha tkun fuq l-ikel li fih il-patata, il-legumi ta’ l-għerq jew ċereali. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: Kompożizzjoni tal-vażett. 9. Ikel tat-trabi pproċessat abbażi ta’ ċereali analizzat kif mibjugħ. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: tip ta’ qamħ, ingredjenti oħra. 10. Prodotti oħra: Din il-kategorija tinkludi l-prodotti tal-patata, taċ-ċereali, tal-kafè, tal-kokotina u ikel tat-trabi għajr dawk il-prodotti speċifikati f’wieħed mill-kategoriji hawn fuq (eż. roesti tal-patata, gingerbread, sostituti tal-kafè). Il-kampjuni għandhom jintgħażlu biex jirriflettu d-drawwiet nazzjonali fl-ikel ta’ l-Istati Membri. Għandu mnejn ikollhom jiġu analizzati wara t-tisjir skond it-tikketta. Jekk inhu hekk, il-kundizzjonijiet użati għandhom ikunu speċifikati. Informazzjoni speċifika li għandha tingħata: deskrizzjoni dettaljata tal-prodott (eż. ingredjenti ewlenin), kundizzjonijiet użati għat-tħejjija skond it-tikketta.

ANNESS II A.

Format ta’ rappurtaġġ Pajjiż li qed jirraporta: Sena Kodiċi tal-kampjun Klassi tal-prodott (1-10) Isem il-prodott Deskrizzjoni tal-prodott Produttur Pajjiż li qed jipproduċi (Kodiċi ISO) L-aħjar qabel id-data (jj/xx/ss) Data tal-produzzjoni (jj/xx/ss) Data tal-kampjunar (jj/xx/ss) Punt tal-kampjunar Daqs tal-pakkett (g) Piż tal-kampjun (g) Kundizzjonijiet tat-tħejjija Data ta’ analiżi (jj/xx/ss) Metodu akkreditat (Iva/Le) Metodu analitiku Dettalji dwar testijiet ta’ profiċjenza Livell ta’ acrylamide (μg/kg) Limitu ta’ sejba (μg/kg) Limitu ta’ kwantifikazzjoni (μg/kg) Nuqqas ta’ ċertezza fil-miżura (%)

B.

Noti ta’ spjegazzjoni għall-format tar-rapurtaġġ Pajjiż li qed jirraporta L-Istat Membru li fih twettaq il-monitoraġġ. Sena sena ta’ kampjunar. Kodiċi tal-kampjun kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-laboratorju tal-kampjun. Numru tal-klassi tal-prodott Numru tal-klassi tal-prodott skond l-Anness I, Tabella 1 (daħħal iċ-ċifri minn 1-10, eż Ċips (1), krisps (2), eċċ. Isem il-prodott Jinkludi l-isem il-prodott bl-Ingliż u bil-lingwa oriġinali. Deskrizzjoni tal-prodott Għandha tingħata deskrizzjoni qasira tal-prodott li tikkunsidra mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa taħt l-Anness I, punt C. Produttur isem il-produttur jekk magħruf. Pajjiż tal-produzzjoni jekk magħruf. Uża l-kodiċi ta’ l-ISO għall-pajjiż tal-produzzjoni (għall-Kodiċi ta’ l-ISO ara l-Anness I, Tabella 1, l-ewwel kolonna). Skond l-Anness I, punt A il-prodott għall-kampjunar għandu joriġina f’wieħed mill-Istati Membri fejn dan huwa possibbli (ara r-referenza 4). L-aħjar qabel id-data skond kif indikat fuq it-tikketta. Ipprovdi d-data fil-format jj/xx/ss. Data tal-produzzjoni fejn magħruf skond kif indikat fuq it-tikketta. Ipprovdi d-data fil-format jj/xx/ss. Data tal-kampjunar Data meta ttieħed il-kampjun. Ipprovdi d-data fil-format jj/xx/ss. Punt ta’ kampjunar il-post minn fejn inġabar il-kampjun, eż supermarket, ħanut żgħir, forn tal-ħobż, katina tal-fast food, eċċ. Daqs tal-pakkett daqs tal-pakkett (g) tal-prodott li minnu ttieħdu l-kampjuni inkrimentali fejn applikabbli. Piż tal-kampjun piż tal-kampjun (g) tat-total tal-kampjun. Kundizzjonijiet ta’ tħejjija Il-kundizzjonijiet ta’ tħejjija għandhom jiġu speċifikati fil-każ ta’ ċips misjura minn qabel, jew ta’ prodotti tal-patata għat-tisjir fi-dar (klassi 3 tal-prodott) li għandhom jiġu kkampjunati u analizzati wara li jissajru. L-istruzzjonijiet għat-tisjir ta’ fuq it-tikketta għandhom jissegwew u jkunu speċifikati f’dan il-qasam. L-istess għandu mnejn japplika għal xi whud mill-Prodotti l-oħra(klassi 10 tal-prodotti). Data ta’ l-analiżi kieku l-kampjun kien omoġeneizzat u maħżun qabel l-analiżi għandha tingħata d-data attwali tal-bidu tal-proċedura analitika. F’dan il-każ, għandhom jingħataw dettalji rigward il-kundizzjonijiet tal-ħażna. Metodu akkreditat jekk jogħġbok indika b’I (iva) jew L (le) jekk ir-rirżultat analitiku kienx iġġenerat b’metodu akkreditat skond l-EN ISO 17025. Metodu analitiku jekk jogħġbok indika liema metodu analitiku intuża (GC-MS b’derivatizzazzjoni, GC-MS mingħajr derivatizzazzjoni, LC-MS-MS jew ieħor) u agħti deskrizzjoni qasira tat-tħejjija tal-kampjuni (eż. il-proċedura tat-tindif, eċċ.). Dettalji dwar it-testijiet ta’ profiċjenza jekk jogħġbok agħti informazzjoni dwar l-organizzatur tat-test ta’ profiċjenza, in-numru ta’ l-iskema, in-numru tal-fażi, il-matriċi u ż-z-score miksuba fil-format il-qasir li ġej: Organizzatur/skema/fażi/matriċi/z-score. (Eżempju: FAPAS/30/6/ħobż iqarmeċ imsejjaħ Knäckerbrot/1,6). Livell ta’ acrylamide espress f’μg/kg, korrett għall-irkupru. Limitu ta’ sejba f’ μg/kg. Limitu ta’ kwantifikazzjoni f’ μg/kg. Inċertezza tal-miżura jekk disponibbli, jekk jogħġbok agħti l-informazzjoni dwar l-inċertezza tal-miżura (il-medda għandha tingħata f’%).

Versions

  1. 2007-05-03