Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/379/PESK tad-19 ta' Mejju 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2008/379@2008-05-19/mt
Contents
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah).
(2) Il-mandat ta' dik il-Missjoni kien estiż sa l-24 ta' Mejju 2008 bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/359/PESK.
(3) L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tkun estiża ulterjorment sa l-24 ta' Novembru 2008.
(4) L-ammont ta' referenza finanzjarju pprovdut biex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għall-perijodu mill-25 ta' Mejju 2007 sa l-24 ta' Mejju 2008 għandu jkopri wkoll in-nefqa li ser issir matul il-perijodu li baqa' tal-Missjoni,
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1 L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 13(1) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta' Mejju 2007 sa l-24 ta' Novembru 2008 għandu jkun ta' EUR 7000000.
(2) It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej: Din għandha tiskadi fl-24 ta’ Novembru 2008.
Artikolu 2 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Mejju 2008. Għall-Kunsill Il-President I. Jarc