Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2008/479@2008-06-23/mt
Contents
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1731(2006), fis-27 ta’ Frar 2007, il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.
(2) Il-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għall-persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi m’għandhiex tipprevjeni milli jsiru pagamenti f’kontijiet iffriżati, dovuti minn kuntratti, strumenti ta’ ftehim jew obbligazzjonijiet li ġew finalizzati jew oriġinaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew assoġġettati għall-miżuri restrittivi, sakemm dawk il-pagamenti jibqgħu ukoll iffriżati.
(3) Il-Kunsill identifika persuni u entitajiet addizzjonali li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 4(1)(b) u 5(1)(b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. Dawn il-persuni u entitajiet għandhom għalhekk jiġu elenkati fl-Anness II ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni,
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1 Il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) Fl-Artikolu 5, il-paragrafu (5)(b), għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
(1)
(b) pagamenti f’kontijiet iffriżati, dovuti minn kuntratti, strumenti ta’ ftehim jew obbligazzjonijiet li ġew finalizzati jew oriġinaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet ġew assoġġettati għall-miżuri restrittivi,;
(2) L-Anness II tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK għandu jiġi sostitwit bit-test li jidher fl-Anness ta’ din il-Pożizzjoni Komuni.
Artikolu 2 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Luxembourgl, 23 ta’ Ġunju 2008. Għall-Kunsill Il-President I. Jarc
ANNEX
ANNESS A. B.(a)(b)
Persuni fiżiċi Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data ta' l-elenkar 1. Reza AGHAZADEH DtT: 15.3.1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26.4.2000 – 27.4.2010 Maħruġ: Tehran, Numru tal-Passaport Diplomatiku: D9001950, Maħruġ fit-22.1.2008 validu sal-21.1.2013 Post tat-Twelid: Khoy Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Enerġija Atomika ta' l-Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). 23.4.2007 2. Amir Moayyed ALAI Involut fil-ġestjoni ta' l-assemblaġġ u l-inġinerija taċ-ċentrifugi. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dan jinkludi l-ħidma kollha marbuta maċ-ċentrifugi. Fis-27 ta' Awissu 2006, Alai rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni ta' l-assemblaġġ u l-inġinerija ta' ċentrifugi. 23.4.2007 3. Amir Moayyed ALAI Involut fil-produzzjoni tal-karbonat ta' l-uranyl u ta' l-ammonju (AUC) u l-ġestjoni tal-kumpless ta' arrikkiment ta' Natanz. L-Iran huwa rikjest li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Fis-27 ta' Awissu 2006, Ashiani rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni u d-disinn ta' l-inġinerija għall-kumpless ta' arrikkiment fis-sit ta' Natanz (Kashan). 23.4.2007 4. Haleh BAKHTIAR Involuta fil-produzzjoni tal-manjesju f'konċentrazzjoni ta' 99,9%. Fis-27 ta' Awissu 2006, Bakhtiar irċieviet onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tagħha fil-produzzjoni tal-manjesju f'konċentrazzjoni ta' 99,9%. Il-manjesju ta' din il-purità jintuża biex ikun prodott il-metall ta' l-uranju, li jista' jkun iffurmat f'materjal għal arma nukleari. L-Iran ċaħad li jipprovdi lill-IAEA aċċess għal dokument dwar il-produzzjoni ta' emisferi tal-metall ta' l-uranju, applikabbli biss għall-użu ta' armi nukleari. 23.4.2007 5. Morteza BEHZAD Involut fil-fabbrikazzjoni ta' komponenti ċentrifugali. L-Iran huwa rikjest li jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dan jinkludi l-ħidma kollha marbuta maċ-ċentrifugi. Fis-27 ta' Awissu 2006, Behzad irċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-fabbrikazzjoni ta' komponenti ċentrifugali kumplessi u sensittivi. 23.4.2007 6. Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Javad DARVISH-VAND Deputat MODAFL għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha tal-MODAFL 23.6.2008 7. Dr. Mohammad ESLAMI Kap ta’ l-Istitut ta’ l-Industriji tad-Difiża għat-Taħriġ u r-Riċerka 23.6.2008 8. Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI Direttur Maniġerjali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża (DIO) li hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006) 23.6.2008 9. Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN Indirizz ta' l-NFPC: AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist tal-Karburant Nukleari (NFPC), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija nnominata taħt l-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà. 23.4.2007 10. Inġinier Mojtaba HAERI Deputat MODAFL għall-Industrija. Rwol ta' superviżjoni fuq l-AIO u d-DIO 23.6.2008 11. Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali HOSEYNITASH Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari 23.6.2008 12. Seyyed Hussein (Hossein) HUSSEINI (HOSSEINI) DtT: 27.7.1973, Numru tal-Passaport: K8196482, maħruġ fit-8.4.2006 validu sat-8.4.2011 Uffiċjal ta' l-AEOI involut fil-proġett ta' reattur ta' riċerka b'ilma tqil (IR40) f'Arak. L-UNSCR 1737 (2006) ħtieġet lill-Iran jissospendi l-ħidma kollha dwar proġetti marbutin ma' l-ilma tqil. 23.4.2007 13. Mohammad Ali JAFARI, IRGC Ikopri rwol ta' kmand fi ħdan l-IRGC 23.6.2008 14. Mahmood JANNATIAN Deputat Kap ta' l-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran 23.6.2008 15. Is-Sur Javad KARIMI SABET President tal-Kumpannija Novin Energy. Karimi Sabet kien rċieva wkoll onorifiċenza speċjali f'Awissu 2006 mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fid-disinn, il-produzzjoni, l-installazzjoni u l-ikkummissjonar tat-tagħmir nukleari tas-sit ta' Natanz. 23.4.2007 16. Said Esmail KHALILIPOUR DtT: 24.11.1945, Post tat-Twelid: Langroud Deputat Kap ta' l-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). 23.4.2007 17. Ali Reza KHANCHI Indirizz ta' l-NRC: AEOI-NRC P.O. Box: 11365-8486 Tehran/Iran; Fax: (+9821) 8021412 Kap taċ-Ċentru għar-Riċerka Nukleari ta' Tehran (TNRC) ta' l-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Faċilità ta' Karaj għall-Ħażna ta' l-Iskart fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri ta' l-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). 23.4.2007 18. Ebrahim MAHMUDZADEH Direttur Maniġerjali ta' l-Industriji Elettroniċi ta' l-Iran 23.6.2008 19. Hamid-Reza MOHAJERANI Involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Fis-27 ta' Awissu 2006, Mohajerani rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni tal-produzzjoni fl-UCF u fl-ippjanar, il-bini u l-installazzjoni ta' l-unità UF6 (il-UF6 huwa l-materja prima għall-arrikkiment). 23.4.2007 20. Brigadier-Ġenerali Beik MOHAMMADLU Deputat MODAFL għall-Provvisti u l-Loġistika 23.6.2008 21. Anis NACCACHE Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu pprovat takkwista beni sensittivi, għall-benefiċċju ta' entitajiet elenkati fir-riżoluzzjoni 1737 23.6.2008 22. Brigadier-Ġenerali Mohammad NADERI Kap ta' l-Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali (AIO), l-AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani 23.6.2008 23. Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi programmi ta' missili ballistiċi 23.6.2008 24. Houshang NOBARI Involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkiment ta' Natanz. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu attivitajiet fil-kumpless għall-arrikkiment ta' Natanz (Kashan). Fis-27 ta' Awissu 2006, Nobari rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu fil-ġestjoni u l-eżekuzzjoni b'suċċess tal-pjan tas-sit ta' Natanz (Kashan). 23.4.2007 25. Dr Javad RAHIQI DtT: 21.4.1954, Post tat-Twelid: Mashad Kap taċ-Ċentru għat-Teknoloġija Nukleari ta' Esfahan ta' l-AEOI. Din tissorvelja l-impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju f'Esfahan. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu l-ħidma kollha ta' konverżjoni ta' l-uranju. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari Iranjan u hija msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). 23.4.2007 26. Abbas RASHIDI Involut f'ħidma ta' arrikkiment f'Natanz. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Fis-27 ta' Awissu 2006, Rashidi rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għall-ġestjoni u r-rwol notevoli tiegħu fl-operat b'suċċess tal-kaskata ta' arrikkiment b'164-ċentrifugi f'Natanz. 23.4.2007 27. Kontro-Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI Deputat MODAFL għall-Koordinazzjoni 23.6.2008 28. Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali SHAMSHIRI Deputat MODAFL għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet tal-MODAFL 23.6.2008 29. Abdollah SOLAT SANA Direttur Maniġerjali tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta' l-Uranju (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu. 23.4.2007 30. Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ahmad VAHIDI Deputat Kap tal-MODAFL 23.6.2008 Entitajiet Isem Informazzjoni identifikattiva Raġunijiet Data ta' l-elenkar 1. Abzar Boresh Kaveh Co. (ABK Co. Kaveh Cutting Tools Co.) Tieħu sehem fil-fabbrikazzjoni tal-komponenti ċentrifugali. 23.6.2008 2. Organizzazjoni ta' l-Industriji Ajruspazzjali, AIO AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż il-Grupp Industrijali Shahid Hemmat, il-Grupp Industrijali Shahid Bagheri u l-Grupp Industrijali Fajr, li kollha kienu msemmija fl-UNSCR 1737 (2006). Il-kap ta' l-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħrajn kienu wkoll msemmija fl-UNSCR 1737 (2006) 23.4.2007 3. Industriji ta' l-Armamenti Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran Sussidjarja tad-DIO (Organizzazzjoni ta' l-Industriji tad-Difiża). 23.4.2007 4. Organizzazjoni Ġeografika tal-Forzi Armati Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi 23.6.2008 5. Bank Melli, Melli Bank Iran u kull fergħa u sussidjarja tiegħu, inklużi Ferdowsi Avenue, PO Box 11365-171, Tehran Jipprovdi jew jipprova jipprovdi sostenn finanzjarju lil kumpanniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Kumpannija Novin Energy, Kumpannija Mesbah Energy, Kumpannija Kalaye Electric u DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi ta' l-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjal sensittiv għall-programmi nukleari u missilistiċi ta' l-Iran. Huwa pprova firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta ma' l-industriji nukleari u missilistiċi ta' l-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpannijia t'hawn fuq issemmew fl-UNSCR 1737 u 1747. 23.6.2008 Melli Bank plc London Wall, 11th floor, Londra EC2Y 5EA, Renju unit Bank Melli Iran Zao Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moska, 130064, Russja 6. Ċentru tat-Teknoloġija tad-Difiża u r-Riċerka Xjentifika (DTSRC) – magħruf ukoll bl-isem ta' l-Istitut tar-Riċerka Edukattiva/Moassese Amozeh Va Tahgiaghati (ERI/MAVT Co.) Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran Responsabbli għar-R&Ż. Sussidjarja tad-DIO. Id-DTSRC jittratta ħafna mill-akkwisti għad-DIO. 23.4.2007 7. Kumpannija Electro Sanam (E.S.Co.) Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem fl-akkwisti fil-qasam ballistiku. 23.6.2008 8. Grupp Tekniku Ettehad Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem fl-akkwisti fil-qasam ballistiku. 23.6.2008 9. Fabbriki Industrijali ta' Makkinarju ta' Preċiżjoni (IFP) (Impjant ta' Fabbriki ta' Strumentazzjoni, Grupp Industrijali Fajr) Tintuża mill-AIO għal tentattivi ta' akkwist. 23.6.2008 10. Industriji Elettroniċi Iran P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran Sussidjarja kompletament ta' proprjetà tal-MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistema Iranjana ta' l-armi. 23.6.2008 11. Forza ta' l-Ajru IRGC Tħaddem l-inventarju ta' l-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza ta' l-ajru IRGC issemma fl-UNSCR 1737. 23.6.2008 12. Jaber Ibn Hayan AEOI-JIHRD P.O. Box: 11365-8486; Tehran; 84, 20th Av. Entehaye Karegar Shomali Street; Tehran Jaber Ibn Hayan huwa laboratorju ta' l-AEOI (Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika ta' l-Iran) involut fl-attivitajiet rigward iċ-ċiklu tal-karburanti. Jinsab fiċ-ċentru tar-riċerka nukleari ta' Tehran (TNRC), ma kienx dikjarat mill-Iran skond il-ftehim ta' garanzija tiegħu qabel l-2003, waqt li hemmhekk kienu qed iseħħu attivitajiet ta' konverżjoni. 23.4.2007 13. Joza Industrial Co. Kumpannija fittizja ta' l-AIO, involuta fil-programm ballistiku. 23.6.2008 14. Organizzazzjoni ta' Kostruzzjoni Khatem-ol Anbiya Number 221, North Falamak-Zarafshan Intersection, 4th Phase, Shahkrak-E-Ghods, Tehran 14678, Iran Grupp ta' kumpanniji ta' proprjetà ta' l-IRGC. Juża r-riżorsi ta' inġinerija ta' l-IRGC għall-kostruzzjoni u jaġixxi bħala kuntrattur ewlieni fi proġetti ewlenin inkluż il-bini ta' mini, ivvalutat li jappoġġa l-programmi ta' missili ballistiċi u l-programmi nukleari Iranjani. 23.6.2008 15. Industriji Metallurġiċi Khorasan Fergħa tal-Grupp ta' Industriji tal-Munizzjon, li tiddependi mid-Dio, involuta fil-produzzjoni tal-komponenti ċentrifugali. 23.6.2008 16. Università Malek Ashtar Marbuta mal-Ministeru tad-Difiża, fl-2003 ħolqot programm ta' taħriġ dwar il-missili, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-AIO. 23.6.2008 17. Industriji Marittimi Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran Sussidjarja tad-DIO. 23.4.2007 18. Grupp ta' Industriji Mekkaniċi Ħa sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku. 23.6.2008 19. Ministeru tad-Difiża u Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL) West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għar-riċerka ta' l-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi missilistiċi u nukleari 23.6.2008 20. Ministeru ta' l-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX) P. O. Box 16315-189, Tehran, Iran Huwa t-taqsima tal-MODAFL marbuta ma' l-esportazzjoni, u l-aġenzija użata għall-esportazzjoni ta' armi lesti f'transazzjonijiet bejn stati. Skond l-UNSCR 1747 (2007) il-MODLEX m'għandhiex tkun involuta f'kummerċ. 23.6.2008 21. Manifattura ta' Makkinarju 3M Mizan Kumpannija fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem f'akkwisti fil-qasam ballistiku. 23.6.2008 22. Kumpannija tal-Produzzjoni u l-Akkwist ta' Karburant Nukleari (NFPC) AEOI-NFPD, P.O. Box: 11365-8486, Tehran/Iran Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) ta' l-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni ta' l-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni ta' skart nukleari. In-NFPC hija s-suċċessur ta' l-NFPD, il-kumpannija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment 23.4.2007 23. Industriji Kimiċi Parchin Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programm ballistiku Iranjan 23.6.2008 24. Kumpannija ta' Industriji ta' l-Enerġija Pishgam (Pioneer) Ħadet sehem fil-kostruzzjoni tal-fabbrika ta' konverżjoni ta' l-uranju f'Ispahan 23.6.2008 25. Akkwist ta' Tagħmir għas-Sigurtà Kumpannija fittizja ta' l-AIO involuta fil-programm ballistiku. 23.6.2008 26. Grupp ta' Industriji Speċjali Pasdaran Av., PO Box 19585/777, Tehran Sussidjarja tad-DIO. 23.4.2007 27. Organizzazzjoni ta' Akkwist Statali (SPO) Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja tal-MODAFL 23.6.2008 28. Kumpannija TAMAS It-TAMAS hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment, li l-Iran huwa rikjest li jissospendi mill-Bord u l-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-IAEA. It-TAMAS huwa korp ġenerali, li taħtu kienu mwaqqfin erba' sussidjarji, inkluża waħda li twettaq l-estrazzjoni sal-konċentrazzjoni ta' l-uranju u oħra inkarigata mill-ipproċessar, l-arrikkiment u l-iskart ta' l-uranju. 23.4.2007