Gelex

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-24 ta' April 2007 dwar l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005, Taqsima III – Kummissjoni (2008/500/KE, Euratom)

In forceVersion 2007-04-24from 1001-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2008/500@2007-04-24/mt

Contents
  1. Preamble
  2. A.

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2005 – Volum I (SEC(2006) 0916 – C6-0263/2006, SEC(2006) 0915 – C6-0262/2006),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-awtorità ta' kwittanza dwar is-segwitu tad-deċiżjonijiet ta' kwittanza ta' l-2004 (COM(2006) 0642, COM(2006) 0641), u l-karta ta' ħidma ta' l-istaff tal-Kummissjoni – Anness tar-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet dwar kwittanza ta' l-2004 (SEC(2006) 1376, SEC(2006) 1377),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu Il-Kisbiet tal-Politika 2005 (COM(2006) 0124),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu Sintesi tal-kisbiet amministrattivi tal-Kummissjoni fl-2005 (COM(2006) 0277),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2005 (COM(2006) 0279),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar ir-risposti ta' l-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali 2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri (COM(2006) 0184),

wara li kkunsidra il-Green Paper dwar l-Inizjattiva Ewropea tat-Trasparenza adottata mill-Kummissjoni fit-3 ta' Mejju 2006 (COM(2006) 0194),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2004 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar il-mudell ta' verifika waħda (u proposta għal qafas ta' kontroll intern Komunitarju),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan direzzjonali għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2005) 0252),

wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta' kontroll intern integrat (COM(2006) 0009),

wara li kkunsidra l-ewwel rapport dwar it-tabella tal-progress ta' l-applikazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għal qafas ta' kontroll intern integrat ippubblikat fid-19 ta' Lulju 2006 (SEC(2006) 1009),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta' l-Unjoni Ewropea tal-House of Lords bit-titolu Immaniġġjar finanzjarju u l-Frodi fl-Unjoni Ewropea: Perċezzjonijiet, Fatti u Proposti, li ġie ppubblikat fit-13 ta' Novembru 2006,

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2005, u r-rapporti speċjali tal-Qorti ta' l-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet verifikati ta' l-istituzzjonijiet,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti ta' l-Awdituri skond l-Artikolu 248 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 (5710/2007 – C6-0081/2007),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 4/2006 tal-Qorti ta' l-Awdituri dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002,

wara li kkunsidra l-Artikolu 70 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A6-0095/2007),

A.

billi skond l-Artikolu 275 tat-Trattat KE il-Kummissjoni hi responsabbli mit-tfassil tal-kontijiet,

Japprova l-għeluq tal-kontijiet għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2005; Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti ta' l-Awdituri u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika ta' l-Istati Membri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (serje L). Il-President Hans-Gert Pöttering Is-Segretarju Ġenerali Harald Rømer

Versions

  1. 2007-04-24