Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/550/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2005/575/PESK
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2008/550@2008-06-23/mt
Contents
- Preamble
- Artikolu 1 Stabbiliment
- Artikolu 2 Missjoni
- Artikolu 3 Għanijiet
- Artikolu 4 Kompiti tal-KESD
- 2.
- 3.
- Artikolu 5 Organizzazzjoni
- 1.
- Artikolu 6 Kumitat tat-Tmexxija
- 5.
- Artikolu 7 Il-Bord Akkademiku Eżekuttiv
- 4.
- Artikolu 8 Is-Segretarjat
- 3.
- Artikolu 9 Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD
- Artikolu 10 Kooperazzjoni
- Artikolu 11 Finanzjament
- Artikolu 12 Regolamenti tas-sigurtà
- Artikolu 13 Reviżjoni
- Artikolu 14 Revoka
- Artikolu 15 Dħul fis-seħħ
- Artikolu 16 Pubblikazzjoni
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Billi:
(1) Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/575/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD).
(2) Fil-21 ta’ Diċembru 2007, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik l-Azzjoni Konġunta, il-Kumitat tat-Tmexxija ppreżenta rapport dwar l-attivitajiet u l-perspettivi tal-KESD bil-ħsieb ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta.
(3) Fit-18 ta’ Marzu 2008, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) rrakkomanda li l-Kunsill jemenda l-Azzjoni Konġunta fid-dawl ta’ dak ir-rapport.
(4) Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandha tiġi adottata verżjoni ġdida kkonsolidata ta’ l-Azzjoni Konġunta,
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1 Stabbiliment
1. B’dan qed jiġi stabbilit Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD).
2. Il-KESD għandu jkun organizzat bħala netwerk bejn istituti, kulleġġi, akkademji, universitajiet u istituzzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (UE) li jittrattaw il-kwistjonijiet tal-politika dwar is-sigurtà u d-difiża u l-Istitut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istudji tas-Sigurtà (EU ISS) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin l-istituti).
3. Huwa għandu jistabbilixxi rabtiet mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE u l-aġenziji rilevanti ta’ l-UE.
Artikolu 2 Missjoni
Il-KESD għandu jipprovdi taħriġ fil-qasam tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD) fil-livell strateġiku sabiex ikun hemm żvilupp u promozzjoni ta’ fehim komuni tal-PESD fost il-persunal ċivili u militari, u biex tiġi identifikata u mxerrda, permezz ta’ l-attivitajiet tiegħu ta’ taħriġ, l-aħjar prattika fir-rigward ta’ diversi kwistjonijiet tal-PESD.
Artikolu 3 Għanijiet
L-għanijiet tal-KESD għandhom ikunu dawn li ġejjin: Fejn meħtieġ, għandha tingħata attenzjoni lill-konsistenza ma’ l-attivitajiet Komunitarji.
(a) li jkompli jsaħħaħ il-kultura tas-sigurtà Ewropea fi ħdan il-PESD;
(b) li jippromwovi fehim aħjar tal-PESD bħala parti essenzjali mill-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK);
(ċ) li jipprovdi lill-korpi ta’ l-UE b’persunal kompetenti li kapaċi jaħdem b’mod effiċjenti fl-oqsma kollha tal-PESD;
(d) li jipprovdi lill-amminstrazzjonijiet u l-persunal ta’ l-Istati Membri b’persunal kompetenti li jkun familjari mal-politika, l-istituzzjonijiet u l-proċeduri ta’ l-UE; u
(e) li jgħin jippromwovi relazzjonijiet u kuntatti professjonali fost il-parteċipanti tat-taħriġ.
Artikolu 4 Kompiti tal-KESD
1. Il-kompiti ewlenin tal-KESD huma konformi mal-missjoni u l-għanijiet tiegħu li jorganizza u jwettaq attivitajiet ta’ taħriġ fil-qasam tal-PESD.
2. L-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD għandhom jinkludu: Għandhom jinbdew attivitajiet oħrajn ta’ taħriġ, kif deċiż mill-Kumitat tat-Tmexxija.
2.
(a) il-Kors ta’ Livell Għoli fil-PESD,
(b) il-Kors ta’ Orjentament fil-PESD u
(ċ) Korsijiet tal-PESD għal udjenzi speċjalizzati jew b’fokus speċifiku, kif deċiż mill-Kumitat tat-Tmexxija msemmi fl-Artikolu 6.
3. Barra minn dan, il-KESD għandu b’mod partikolari:
3.
(a) jappoġġa r-relazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-istituti involuti fin-netwerk;
(b) jinstalla u jħaddem Sistema ta’ Tagħlim mill-Bogħod Avvanzat Ibbażat fuq l-Internet (IDL) biex isostni l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD;
(ċ) jiżviluppa u jipproduċi materjal ta’ taħriġ għat-Taħriġ ta’ l-UE fil-PESD bl-użu wkoll ta’ materjal rilevanti diġà eżistenti;
(d) jistabbilixxi Netwerk ta’ Alumni bejn l-ex parteċipanti fit-taħriġ;
(e) jappoġġa programmi ta’ skambju fil-qasam tal-PESD bejn l-istituti tat-taħriġ ta’ l-Istati Membri;
(f) jipprovdi kontributi fil-Programm ta’ Taħriġ annwali ta’ l-UE fil-PESD u
(g) jorganizza u jmexxi konferenza annwali ta’ netwerking li ġġib flimkien atturi ċivili u militari rilevanti involuti fit-taħriġ ta’ l-UE fil-PESD.
4. Il-KESD għandu jkollu l-kapaċità legali meħtieġa partikolarment biex jidħol f’kuntratti u arranġamenti amministrattivi u biex ikollu kont fil-bank. Kwalunkwe responsabbiltà li tista’ tirriżulta minn kuntratti konklużi mill-KESD għandha tkun koperta mill-Istati kontribwenti u kontributuri oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 11(5). Fl-ebda każ ma’ jista’ l-Kunsill, is-Segretarju Ġenerali tiegħu jew is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jinżamm responsabbli fir-rigward tas-servizzi pprovduti mill-persunal tas-Segretarjat Ġenerali b’rabta ma’ l-attivitajiet tal-KESD.
5. L-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD għandhom jitwettqu permezz ta’ l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD jew atturi oħrajn ta’ Stat Membru li jospita l-attività ta’ taħriġ.
6. Bħala parti min-netwerk tal-KESD, l- EU ISS għandu jappoġġa l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD, partikolarment permezz tal-pubblikazzjonijiet ta’ l-EU ISS u billi jipprovdi lekċers mogħtijin mir-riċerkaturi ta’ l-EU ISS kif ukoll billi jqiegħed is-sit web tiegħu għad-disponibbiltà fi ħdan u għas-Sistema ta’ Tagħlim mill-Bogħod Avvanzat Ibbażat fuq l-Internet (IDL).
Artikolu 5 Organizzazzjoni
1. Għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan il-KESD il-korpi msemmijin hawnhekk:
1.
(a) Kumitat tat-Tmexxija li għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni u d-direzzjoni ġenerali ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD;
(b) Bord Akkademiku Eżekuttiv li għandu jiżgura l-kwalità u l-koerenza ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ; u
(ċ) Segretarjat permanenti għall-KESD (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-Segretarjat) li għandu b’mod partikolari jassisti lill-Kumitat tat-Tmexxija u lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv.
2. Il-Kumitat tat-Tmexxija, il-Bord Akkademiku Eżekuttiv u s-Segretarjat għandhom iwettqu l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8 rispettivament.
Artikolu 6 Kumitat tat-Tmexxija
1. Il-Kumitat tat-Tmexxija magħmul minn rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru, għandu jkun il-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tal-KESD. Kull membru tal-Kumitat jista’ jkun irrappreżentat jew akkumpanjat minn membru supplenti. L-ittri tal-ħatra, debitament awtorizzati mill-Istat Membru, għandhom ikunu indirizzati lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ). Rappreżentanti mill-Istati aderenti jistgħu jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi attivi.
2. Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti.
3. Il-Kumitat għandu jkun ippresedut mir-rappreżentant ta’ l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill u għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-President tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-KESD partikolarment għall-fini li jikkonkludi l-kuntratti msemmija fl-Artikolu 4(4).
4. Il-President tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv, ir-rappreżentanti tas-SĠ/RGħ u tal-Kummissjoni għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Kumitat.
5. Il-kompiti tal-Kumitat għandhom ikunu li:
5.
(a) jistabbilixxi l-programm akkademiku annwali tal-KESD, bl-użu tal-kunċett ta’ taħriġ tal-KESD;
(b) jipprovdi gwida ġenerali għall-ħidma tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv;
(ċ) jadotta u jagħmel reviżjoni regolari tal-kunċett ta’ taħriġ tal-KESD li jkun jirrifletti r-rekwiżiti maqbula tat-taħriġ tal-KESD;
(d) jagħżel l-Istat jew l-Istati Membri li jospitaw l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD u l-istituti li jwettquhom;
(e) jiżviluppa u jaqbel dwar il-profil tal-kurrikuli għall-attivitajiet kollha tat-taħriġ tal-KESD;
(f) jadotta rapporti ta’ evalwazzjoni u rapport annwali ġenerali dwar l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD, li għandhom jintbagħtu lill-korpi rilevanti tal-Kunsill, u
(g) jaħtar il-President tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv għal perijodu ta’ mill-anqas sentejn akkademiċi.
6. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.
7. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jittieħdu b’maġġoranza kkwalifikata. Il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu mwieżna skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Biex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet għandhom jeħtieġu n-numru ta’ voti pprovdut fit-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 7 Il-Bord Akkademiku Eżekuttiv
1. Il-Bord Akkademiku Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti anzjani minn dawk l-istituti li jkunu involuti attivament fl-attivitajiet tal-KESD. Fejn ikun hemm diversi rappreżentanti minn Stat Membru wieħed, dawn għandhom jifformaw delegazzjoni waħda flimkien.
2. Il-President tal-Bord għandu jinħatar mill-Kumitat tat-Tmexxija minn fost il-membri tal-Bord.
3. Ir-Rappreżentanti mis-SĠ/RGħ u tal-Kummissjoni għandhom ikun mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord. Esperti akkademiċi u uffiċjali anzjani minn istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej jistgħu jkunu mistiedna jattendu l-laqgħat tiegħu.
4. Il-kompiti tal-Bord għandhom ikunu li:
4.
(a) jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet akkademiċi lill-Kumitat ta’ Tmexxija;
(b) jimplimenta, permezz ta’ l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD, il-programm akkademiku annwali miftiehem;
(ċ) jissorvelja s-Sistema ta’ Tagħlim mill-Bogħod Avvanzat Ibbażat fuq l-Internet (IDL);
(d) jiżviluppa kurrikuli ddettaljati għall-attivitajiet tat-taħriġ kollha tal-KESD ibbażati fuq il-kurrikuli ġenerali miftehmin;
(e) jiżgura koordinazzjoni ġenerali ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD fost l-istituzzjonijiet kollha;
(f) jeżamina l-istandards ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ imwettqin fis-sena akkademika ta’ qabel;
(g) iressaq proposti għall-attivitajiet tat-taħriġ fis-sena akkademika li jmiss lill-Kumitat tat-Tmexxija;
(h) jiżgura evalwazzjoni sistematika ta’ l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ tal-KESD, u
(i) jikkontribwixxi għall-abbozz tar-rapport ġenerali annwali dwar l-attivitajiet tal-KESD.
5. Biex jaqdi l-kompiti tiegħu, il-Bord jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti orjentati lejn il-proġett. Il-Bord għandu jfassal ir-regoli u l-arranġamenti li jirregolaw il-ħolqien u l-funzjonament ta’ dawn il-konfigurazzjonijiet li għandhom jiġu maqbula mill-Kumitat tat-Tmexxija.
6. Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord għandhom jiġu adottati mill-Kumitat tat-Tmexxija.
Artikolu 8 Is-Segretarjat
1. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jaġixxi bħala s-Segretarjat tal-KESD. Il-persunal għandu jkun ipprovdut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, mill-Istati Membri u mill-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD.
2. Is-Segretarjat għandu jassisti lill-Kumitat tat-Tmexxija u lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv, iwettaq ix-xogħol amministrattiv u konċettwali b’sostenn ta’ l-attivitajiet tagħhom, u jipprovdi sostenn għall-organizzazzjoni ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.
3. Is-Segretarjat għandu b’mod partikolari: Membru tal-persunal tas-Segretarjat għandu jaġixxi bħala Kap tal-KESD u jista’ jaġixxi wkoll bħala direttur tal-Kors ta’ Livell Għoli tal-PESD.
3.
(a) ikun responsabbli mill-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ ħidma u ta’ taħriġ tal-KESD, u
(b) ikun il-punt ewlieni ta’ kuntatt għall-istituti u korpi oħrajn involuti fin-netwerk tal-kulleġġ kif ukoll għall-entitajiet esterni u l-pubbliku.
4. Is-Segretarjat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni. Kull istitut li jifforma n-netwerk tal-KESD għandu jaħtar punt ta’ kuntatt mas-Segretarjat biex jittratta l-kwistjonijiet organizzattivi u amministrattivi marbutin ma’ l-organizzazzjoni ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.
Artikolu 9 Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD
1. L-attivitajiet tat-taħriġ kollha tal-KESD għandhom ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri kollha u ta’ l-Istati aderenti. L-istituti li jorganizzaw u jwettqu dawn l-attivitajiet għandhom jiżguraw li dan il-prinċipju japplika mingħajr eċċezzjoni. L-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD għandhom fil-prinċipju jkunu miftuħin għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-pajjiżi kandidati u, jekk ikun il-każ, ta’ Stati terzi.
2. Il-parteċipanti għandhom ikunu persunal ċivili u militari li jittrattaw aspetti strateġiċi fil-qasam tal-PESD. Rappreżentanti ta’, fost oħrajn, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet non-governattivi, istituzzjonijiet akkademiċi u l-mezzi tax-xandir u l-istampa, kif ukoll membri tal-komunità kummerċjali, jistgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.
3. Parteċipant li jkun temm kors tal-KESD għandu jingħata ċertifikat iffirmat mis-SĠ/RGħ. Il-modalitajiet taċ-ċertifikat għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat tat-Tmexxija. Iċ-ċertifikat għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE.
Artikolu 10 Kooperazzjoni
Il-KESD għandu jikkoopera ma’ u jutilizza l-kompetenza ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u atturi rilevanti oħrajn, bħalma huma l-istituti tat-taħriġ nazzjonali ta’ Stati terzi.
Artikolu 11 Finanzjament
1. Kull Stat Membru, istituzzjoni ta’ l-UE, aġenzija ta’ l-UE u istitut li jifforma n-netwerk tal-KESD għandu jerfa’ l-ispejjeż kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-KESD, inkluż is-salarji, indennitajiet, infiq ta’ l-ivvjaġġar u sussistenza u spejjeż marbutin mas-sostenn organizzattiv u amministrattiv ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.
2. L-Istati Membri u l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD għandhom jerfgħu l-ispejjeż marbutin mal-persunal li jipprovdi lis-Segretarjat, inkluż is-salarji, l-indennitajiet u l-infiq ta’ l-ivvjaġġar u sussistenza u l-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni meta jkun fuq missjoni.
3. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jerfa’ l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn u marbutin mal-kompiti tiegħu kif stabbiliti fl-Artikolu 8, inkluż tal-persunal li jipprovdi.
4. Kull parteċipant fl-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD għandu jerfa’ l-ispejjeż kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu.
5. Għal attivitajiet speċifiċi ta’ finanzjament, partikolarment l-iżvilupp, il-ħolqien u t-tħaddim ta’ applikazzjonijiet jew netwerks tas-sistema ta’ l-informazzjoni għall-KESD, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 4(3), il-kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri u l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD għandhom ikunu amministrati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bħala introjtu riżervat.
6. L-arranġamenti prattiċi għall-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat tat-Tmexxija.
Artikolu 12 Regolamenti tas-sigurtà
Ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà għandhom japplikaw għall-attivitajiet tal-KESD.
Artikolu 13 Reviżjoni
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi rieżaminata u riveduta kif jixraq fid-dawl ta’ studju dwar il-perspettivi futuri tal-KESD u l-implikazzjonijiet possibbli tagħhom. L-istudju għandu jittratta wkoll aspetti bħas-Segretarjat, il-kapaċitajiet tal-persunal, it-tmexxija tas-sistema ta’ tagħlim permezz ta’ l-Internet (IDL), il-faċilitajiet għall-konferenzi, l-arranġamenti finanzjarji, il-ġestjoni u l-koordinazzjoni tat-taħriġ tal-PESD fil-livell ta’ l-UE, u l-bilanċ bejn iċ-ċivili u l-militar fin-netwerk tal-KESD, li għandhom jitħejjew mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u jiġu ppreżentati mill-Presidenza lill-Kunsill sa Novembru 2008. Barra minn hekk din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi rieżaminata u riveduta kif meħtieġ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 14 Revoka
L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/575/PESK hija b’dan revokata.
Artikolu 15 Dħul fis-seħħ
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 16 Pubblikazzjoni
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008. Għall-Kunsill Il-President I. Jarc