Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2008 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Avjazzjoni għas-sena finanzjarja 2006 (2009/224/KE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2009/224@2008-04-22/mt
Contents
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2008 (5843/2008 – C6-0084/2008),
wara li kkunsidra t-Trattat KE, u b'mod partikolari l-Artikolu 276 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 60 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0118/2008),
Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri; Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2006; Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje L). Il-President Hans-Gert Pöttering Is-Segretarju Ġenerali Harald Rømer