Gelex

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/466/PESK tal-15 ta’ Ġunju 2009 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo)

In forceVersion 2009-06-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2009/466@2009-06-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 1.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1) Fit-12 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK dwar il-missjoni tal-pulizija tal-Unjoni Ewropea mwettqa fil-qafas tar-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS) u r-relazzjoni tagħha mas-sistema tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (EUPOL RD Congo).

(2) Fit-23 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/485/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(3) Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet Kongoliżi u partijiet oħrajn ikkonċernati, jidher meħtieġ li l-missjoni tkun estiża għal perjodu ieħor, u fl-10 ta’ Marzu 2009 il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-missjoni tkun estiża bi 12-il xahar ieħor.

(4) L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1 L-Azzjoni Konġunta 2007/405/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

Artikolu 1

1. L-Artikolu 9(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

1.

1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 għandu jkun ta’ EUR 5500000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-missjoni għall-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2008 sal-31 ta’ Ottubru 2009 għandu jkun EUR 6920000. Il-Kunsill għandu jistabbilixxi ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010.;

2. it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’li ġej: Għandha tiskadi fil-30 ta’ Ġunju 2010..

Artikolu 2 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 15 ta’ Ġunju 2009. Ġħall-Kunsill Il-President J. Kohout

Versions

  1. 2009-06-15