Gelex

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/66/PESK tas-26 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

In forceVersion 2009-01-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2009/66@2009-01-26/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-31 ta’ Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (UNSCR 1807 (2008)), il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK fl-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(2) Fit-22 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1857(2008) (UNSCR 1857 (2008)) li tipprevedi kriterji addizzjonali għall-ħatra mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004) (UNSCR 1533(2004)) ta’ individwi u entitajiet soġġetti għal iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-ivvjaġġar, u testendi l-miżuri imposti mill-UNSCR 1807 (2008) sat-30 ta’ Novembru 2009.

(3) Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandha għalhekk tiġi emendata rispettivament.

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1 L-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 1

Artikolu 3 Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra l-persuni u, kif ikun adatt, l-entitajiet, indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li ġejjin: Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.

persuni jew entitajiet li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi u l-miżuri relatati kif imsemmijin fl-Artikolu 1,

mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarmament u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid tal-ġellieda li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi,

mexxejja politiċi u militari ta’ milizzji Kongoliżi li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-ġellieda tagħhom fil-proċessi tad-diżarmament, id-demobilitazzjoni u reintegrazzjoni,

mexxejja politiċi u militari li joperaw fir-RDK u jirreklutaw jew jużaw it-tfal f’konflitti armati bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli,

individwi li joperaw fir-RDK u jwettqu ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jkunu mmirati tfal jew nisa f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif u spostament furzat,

individwi li jostakolaw l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-parti tal-Lvant tar-RDK;

individwi jew entitajiet li jappoġġaw lill-gruppi armati illegali fil-parti tal-Lvant tar-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali.

Artikolu 2 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2009. Għall-Kunsill Il-President A. Vondra

Versions

  1. 2009-01-26