Gelex

Konġunta tal-Kunsill 2009/854/PESK tal-20 ta’ Novembru 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

In forceVersion 2009-11-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2009/854@2009-11-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. (3)
  5. Artikolu 17 Reviżjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1) Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah).

(2) Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/862/PESK li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK sal-24 ta’ Novembru 2009.

(3) L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha tkun estiża ulterjorment sal-24 ta’ Mejju 2010,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1 L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1) L-Artikolu 13(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

(1)

1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta’ Novembru 2009 sal-24 ta’ Mejju 2010 għandu jkun ta’ EUR 1120000;

(2) it-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej: Hi għandha tagħlaq fl-24 ta’ Mejju 2010.;

(3) L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

(3)

Artikolu 17 Reviżjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi riveduta sal-15 ta’ April 2010..

Artikolu 2 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2009. Għall-Kunsill Il-President E. Erlandsson

Versions

  1. 2009-11-20