Deċiżjoni tal-Kunsill tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (2009/912/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2009/912@2009-12-01/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
B’kont meħud tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,
Billi għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet tal-impjieg għas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jirċievi salarju bażiku ekwivalenti għal dak ta’ uffiċjal tal-Unjoni Ewropea fil-grad 16 it-tielet pass, multiplikat b’100 %. Hu jew hi għandhom jirċievu l-allowances tal-familja u l-allowances l-oħra previsti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hu jew hi għandhom ukoll ikunu intitolati għal arranġamenti għar-rimbors ta’ spejjeż għas-sigurtà soċjali stabbiliti b’analoġija ma’ dawk previsti fir-Regolamenti tal-Personal u l-Artikolu 17 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għandu japplika għalih jew għaliha b’analoġija.
Artikolu 2 Ir-remunerazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 għandha tkun soġġetta għall-piż iddeterminat mill-Kunsill skont l-Artikoli 64 u 65 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-uffiċjali impjegati fil-Belġju.
Artikolu 3 Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jkun intitolat għal allowance ta’ residenza stabbilita skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat-18 ta’ Ottubru 1977 li jiddetermina l-emolumenti tal-membri tal-Qorti tal-Awdituri, u għal arranġamenti ta’ pensjoni u allowance transitorja fil-każ ta’ tmiem ta’ servizz stabbiliti b’analoġija ma’ dawk previsti f’dak ir-Regolament.
Artikolu 4 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikar tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej għandu japplika għas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5 Jekk ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni, l-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 52 tiegħu, għandhom japplikaw għas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Diċembru 2009. Għandha tiġi notifikata lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mill-President tal-Kunsill. Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009. Ghall-Kunsill Il-President B. Ask