Gelex

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008 (2010/497/UE, Euratom)

In forceVersion 2010-05-05from 2008-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2010/497@2010-05-05/mt

Contents
  1. Preamble
  2. A.

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009)1089 – C7-0172/2009),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008,

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta' kwittanza 2007 (COM(2009) 526)) u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009) 1427),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu Sinteżi tal-kisbiet ta' tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008 (COM(2009) 256),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta' kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009)0419), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009) 1102),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta' riskju tollerabbli ta' żball (COM(2008) 866), u d-dokument ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008) 3054),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità, u b'mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità, u b'mod speċjali l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni inċiżi, tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2004/858/KE tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/544/KE tal-20 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/858/KE sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika fl-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0099/2010),

A.

billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b' kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta' tmexxija finanzjarja tajba,

Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008; Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u (l-)aġenziji eżekuttivi; Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). Il-President Jerzy Buzek Is-Segretarju Ġenerali Klaus Welle

Versions

  1. 2010-05-05