Gelex

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010 (2012/591/UE)

In forceVersion 2012-05-10from 2010-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2012/591@2012-05-10/mt

Contents
  1. Preamble

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 — C7–0051/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-bagit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE, il-Euratom tat-12 ta’ Frar 2008 li stabilixxa l-Istatuti tal-Agenzija Fornitrici Euratom, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħhom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li japplika għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u partikolarment għall-Artikolu 94 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regola 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0131/2012),

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2010; Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur-Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). Il-President Martin Schulz Is-Segretarju Ġenerali Klaus Welle

Versions

  1. 2012-05-10