Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2013 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill (2013/721/UE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2013/721@2013-10-09/mt
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012)436 – C7–0226/2012),
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2011, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0310/2013),
Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2011; Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). Il-President Martin Schulz Is-Segretarju Ġenerali Klaus Welle
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Ottubru 2013 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, Taqsima II – Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
Txt. 1. IL-PARLAMENT EWROPEW, (1) wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011, (2) wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012)436 – C7–0226/2012), (3) wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet, (4) wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (5) wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2011, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha, (6) wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, (7) wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, (8) wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, (9) wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, (10) wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, (11) wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0310/2013), (a) billi f’soċjetà demokratika, il-kontribwenti u l-opinjoni pubblika għandhom id-dritt li jinżammu infurmati dwar l-użu tal-fondi pubbliċi, (b) billi ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi li jħallsu qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f’idejn il-korpi politiċi; (c) billi l-Kunsill, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, għandu jkun soġġett għar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li hu benefiċjarju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, (d) billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet Ewropej u għandu r-responsabbiltà li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, Txt. 2. Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja; Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom, u li, b’konsegwenza, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b’mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom; Jinnota li, skont l-Artikolu 77 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il- proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza […] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta’ istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; Jenfasizza l-fatt li, fir-rapport annwali dwar is-sena finanzjarja 2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward il-proċeduri ta’ akkwist relatati mas-servizzi ta’ tindif u x-xiri ta’ ħwejjeġ u żraben tax-xogħol, fejn ġew identifikati ċertu dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ għażla u ta’ aġġudikazzjoni; Jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet tal-Kunsill dwar in-nuqqasijiet marbuta mal-proċedura ta’ akkwist u dwar l-assigurazzjoni tiegħu tar-rispett sħiħ tal-ispirtu u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju; Jikkondividi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom itejbu d-disinn, il-koordinament u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist permezz ta’ kontrolli xierqa u gwida aħjar; jirrakkomanda li jkun hemm applikazzjoni aktar stretta tar-regoli dwar l-akkwist, li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw; Jinnota li l-Kunsill ma ta l-ebda tweġiba ulterjuri għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar kontrolli xierqa u gwida aħjar tal-proċeduri ta’ akkwist; Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li nstabu fil-proċeduri ta’ kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2007, l-2008, l-2009 u l-2010, li kienu dovuti għal nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jindika li l-Parlament ċaħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-snin finanzjarji 2009 u 2010 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011, tal-25 ta’ Ottubru 2011, tal-10 ta’ Mejju 2012 u tat-23 ta’ Ottubru 2012; Jistenna li r-rapporti annwali tal-attività futuri li jirċievu l-Parlament u mill-Kunsill ikunu jinkludu ħarsa ġenerali komprensiva tar-riżorsi umani kollha mqassmin skont il-kategoriji, il-grad, il-ġeneru, in-nazzjonalità u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll id-deċiżjonijiet baġitarji interni tal-Kunsill; Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinfired b’mod li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom u li tiġi żgurata responsabbiltà aħjar taż-żewġ istituzzjonijiet; Itenni li l-Kunsill għandu jipprovdi spjegazzjoni bir-reqqa bil-miktub li tispeċifika l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini Résidence Palace, il-partiti baġitarji li minnhom insiltu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s’issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini; Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Parlament; Itenni li għadu qed jistenna tweġiba mingħand il-Kunsill għall-mistoqsijiet u t-talba għal dokumenti stipulata fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012; jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament bi tweġibiet komprensivi bil-miktub għal dawn il-mistoqsijiet; Jinsisti li l-infiq tal-Kunsill irid jitqiegħed taħt l-istess skrutinju bħal dak ta’ istituzzjonijiet oħra; huwa tal-opinjoni li l-elementi fundamentali ta’ skrutinju ta’ dan it-tip huma stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012; Jilqa’, madankollu, il-fatt li l-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill aċċettat l-istedina tal-Parlament għad-dibattitu li sar fil-plenarja nhar is-16 ta’ April 2013 dwar ir-rapporti ta’ kwittanza għall-2011; japprova l-fatt li l-Presidenza kienet disponibbli għall-iżvilupp ta’ kooperazzjoni benefika bejn il-Parlament u l-Kunsill; Jinnota l-proposta tal-Presidenza Irlandiża li jitwaqqaf grupp ta’ ħidma interistituzzjonali biex jinnegozja s-soluzzjonijiet possibbli għall-kwittanza tal-Kunsill; jistenna proposta speċifika mingħand il-Presidenza Litwana tal-Kunsill; Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-TFUE, bi qbil mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b’mod individwali b’mod li jinżammu t-trasparenza u r-responsabilità demokratika fir-rigward tal-kontribwenti tal-Unjoni; Ifakkar li l-Kummissjoni, fit-tweġiba tagħha tal-25 ta’ Novembru 2011 għall-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, kitbet li huwa mixtieq li l-Parlament ikompli jagħti, jiddiferixxi jew jiċħad il-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra, inkluż il-Kunsill, kif kien il-każ s’issa; Hu tal-fehma li, fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li ssir valutazzjoni tal-ġestjoni tal-Kunsill bħala istituzzjoni tal-Unjoni matul is-sena li qed tiġi eżaminata, biex b’hekk jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-Parlament, l-aktar l-assigurazzjoni tar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni; Jemmen, għaldaqstant, li jkun jista’ jinkiseb xi progress jekk il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu jifformulaw flimkien lista ta’ dokumenti li jkunu jridu jiġu skambjati sabiex jissodisfaw ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess ta’ kwittanza; Iqis li, kooperazzjoni sodisfaċenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li tieħu sura fi proċedura ta’ djalogu miftuħ u formali, tista’ tagħti sinjal pożittiv liċ-ċittadini tal-Unjoni f’dawn iż-żminijiet diffiċli.
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011,
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2011 (COM(2012)436 – C7–0226/2012),
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2011, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet,
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2011 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2013 li tipposponi d-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2011, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li takkumpanjaha,
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u b’mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu,
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba,
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0310/2013),
A.
billi f’soċjetà demokratika, il-kontribwenti u l-opinjoni pubblika għandhom id-dritt li jinżammu infurmati dwar l-użu tal-fondi pubbliċi,
B.
billi ċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif it-taxxi li jħallsu qed jintefqu u kif qed tiġi mmaniġġjata s-setgħa fdata f’idejn il-korpi politiċi;
C.
billi l-Kunsill, bħala istituzzjoni tal-Unjoni, għandu jkun soġġett għar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li hu benefiċjarju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea,
D.
billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet Ewropej u għandu r-responsabbiltà li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni,
Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja; Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom, u li, b’konsegwenza, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju, l-istituzzjonijiet huma responsabbli b’mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom; Jinnota li, skont l-Artikolu 77 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il- proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta’ għoti ta’ kwittanza […] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta’ istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni; Jenfasizza l-fatt li, fir-rapport annwali dwar is-sena finanzjarja 2011, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward il-proċeduri ta’ akkwist relatati mas-servizzi ta’ tindif u x-xiri ta’ ħwejjeġ u żraben tax-xogħol, fejn ġew identifikati ċertu dgħufijiet fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ għażla u ta’ aġġudikazzjoni; Jieħu nota tal-ispjegazzjonijiet tal-Kunsill dwar in-nuqqasijiet marbuta mal-proċedura ta’ akkwist u dwar l-assigurazzjoni tiegħu tar-rispett sħiħ tal-ispirtu u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju; Jikkondividi r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti għandhom itejbu d-disinn, il-koordinament u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta’ akkwist permezz ta’ kontrolli xierqa u gwida aħjar; jirrakkomanda li jkun hemm applikazzjoni aktar stretta tar-regoli dwar l-akkwist, li l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni huma obbligati jirrispettaw; Jinnota li l-Kunsill ma ta l-ebda tweġiba ulterjuri għar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar kontrolli xierqa u gwida aħjar tal-proċeduri ta’ akkwist; Jiddispjaċih dwar id-diffikultajiet li nstabu fil-proċeduri ta’ kwittanza għas-snin finanzjarji tal-2007, l-2008, l-2009 u l-2010, li kienu dovuti għal nuqqas ta’ kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jindika li l-Parlament ċaħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill għas-snin finanzjarji 2009 u 2010 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011, tal-25 ta’ Ottubru 2011, tal-10 ta’ Mejju 2012 u tat-23 ta’ Ottubru 2012; Jistenna li r-rapporti annwali tal-attività futuri li jirċievu l-Parlament u mill-Kunsill ikunu jinkludu ħarsa ġenerali komprensiva tar-riżorsi umani kollha mqassmin skont il-kategoriji, il-grad, il-ġeneru, in-nazzjonalità u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll id-deċiżjonijiet baġitarji interni tal-Kunsill; Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandu jinfired b’mod li jingħata kontribut għat-trasparenza tal-ġestjoni finanzjarja tagħhom u li tiġi żgurata responsabbiltà aħjar taż-żewġ istituzzjonijiet; Itenni li l-Kunsill għandu jipprovdi spjegazzjoni bir-reqqa bil-miktub li tispeċifika l-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini Résidence Palace, il-partiti baġitarji li minnhom insiltu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s’issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini; Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu jirrifjuta li jwieġeb għall-mistoqsijiet tal-Parlament; Itenni li għadu qed jistenna tweġiba mingħand il-Kunsill għall-mistoqsijiet u t-talba għal dokumenti stipulata fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012; jistieden lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jipprovdi lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament bi tweġibiet komprensivi bil-miktub għal dawn il-mistoqsijiet; Jinsisti li l-infiq tal-Kunsill irid jitqiegħed taħt l-istess skrutinju bħal dak ta’ istituzzjonijiet oħra; huwa tal-opinjoni li l-elementi fundamentali ta’ skrutinju ta’ dan it-tip huma stabbiliti fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2012; Jilqa’, madankollu, il-fatt li l-Presidenza fil-kariga tal-Kunsill aċċettat l-istedina tal-Parlament għad-dibattitu li sar fil-plenarja nhar is-16 ta’ April 2013 dwar ir-rapporti ta’ kwittanza għall-2011; japprova l-fatt li l-Presidenza kienet disponibbli għall-iżvilupp ta’ kooperazzjoni benefika bejn il-Parlament u l-Kunsill; Jinnota l-proposta tal-Presidenza Irlandiża li jitwaqqaf grupp ta’ ħidma interistituzzjonali biex jinnegozja s-soluzzjonijiet possibbli għall-kwittanza tal-Kunsill; jistenna proposta speċifika mingħand il-Presidenza Litwana tal-Kunsill; Jenfasizza l-prerogattivi tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-TFUE, bi qbil mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b’mod individwali b’mod li jinżammu t-trasparenza u r-responsabilità demokratika fir-rigward tal-kontribwenti tal-Unjoni; Ifakkar li l-Kummissjoni, fit-tweġiba tagħha tal-25 ta’ Novembru 2011 għall-ittra tal-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, kitbet li huwa mixtieq li l-Parlament ikompli jagħti, jiddiferixxi jew jiċħad il-kwittanza lill-istituzzjonijiet l-oħra, inkluż il-Kunsill, kif kien il-każ s’issa; Hu tal-fehma li, fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li ssir valutazzjoni tal-ġestjoni tal-Kunsill bħala istituzzjoni tal-Unjoni matul is-sena li qed tiġi eżaminata, biex b’hekk jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-Parlament, l-aktar l-assigurazzjoni tar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni; Jemmen, għaldaqstant, li jkun jista’ jinkiseb xi progress jekk il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu jifformulaw flimkien lista ta’ dokumenti li jkunu jridu jiġu skambjati sabiex jissodisfaw ir-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess ta’ kwittanza; Iqis li, kooperazzjoni sodisfaċenti bejn iż-żewġ istituzzjonijiet, li tieħu sura fi proċedura ta’ djalogu miftuħ u formali, tista’ tagħti sinjal pożittiv liċ-ċittadini tal-Unjoni f’dawn iż-żminijiet diffiċli.