Gelex

Formola tal-għajnuna legali Il-Qorti Ġenerali

Version 2015-06-18
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2015/152/02@2015-06-18/mt

Contents
  1. Preamble

Kull persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk irrappreżentata minn avukat u kemm jekk le, li għandha l-intenzjoni titlob l-għajnuna legali bil-għan li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali jew fil-kuntest ta' kawża li fiha hija parti hija mistiedna tieħu konoxxenza tal-informazzjoni segwenti qabel ma timla d-diversi partijiet tal-formola Il-kuntest ġuridiku Id-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna legali jinsabu fir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (Artikoli 146 sa 150) u fid-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (punti 16 sa 18, 31, 48, 54, 133, 134 u 238 sa 248). Ir-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali u d-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali huma aċċessibbli fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (http://curia.europa.eu), taħt it-titolu Il-Qorti Ġenerali/Proċedura. Regoli dwar ir-rappreżentanza quddiem il-Qorti Ġenerali Sabiex tippreżenta rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, kull persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun irrappreżentata minn avukat awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta' Stat Membru jew ta' Stat ieħor parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Artikolu 51 tar-Regoli tal-Proċedura). Din ir-regola tistabbilixxi l-prinċipju ta' rappreżentanza obbligatorja tar-rikorrent minn avukat. Jekk din il-persuna, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħha, ma tkunx tista' tħallas l-ispejjeż kollha tal-istanza jew parti minnhom, ir-Regoli tal-Proċedura jipprovdu li din il-persuna għandha d-dritt li tibbenefika mill-għajnuna legali [Artikolu 146(1) tar-Regoli tal-Proċedura]. B'differenza mir-rikors, li għandu jiġi ppreżentat minn avukat li jkun qiegħed jirrappreżenta lir-rikorrent, it-talba għal għajnuna legali tista' titressaq kemm bl-assistenza ta' avukat u kemm mingħajrha. Kompetenzi tal-Qorti Ġenerali u kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà L-għajnuna legali ma tistax tingħata mill-Qorti Ġenerali jekk din il-qorti manifestament ma jkollhiex kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża li fir-rigward tagħha tintalab l-għajnuna [Artikolu 146(2) tar-Regoli tal-Proċedura]. Skont it-Trattati u l-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali għandha kompetenza sabiex tiddeċiedi dwar:

ir-rikorsi diretti ppreżentati mill-individwi u mill-Istati Membri u intiżi sabiex jinkiseb l-annullament ta' att tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni, sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni min-naħa ta' dawn tal-aħħar jew sabiex jinkiseb kumpens għal dannu mġarrab u r-rikorsi bbażati fuq klawżola ta' arbitraġġ;

ir-rikorsi intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), kif ukoll tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO);

l-appelli mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea.

Minn dan jirriżulta li talba għal għajnuna legali tiġi rrifjutata minħabba n-nuqqas ta' kompetenza tal-Qorti Ġenerali li tiddeċiedi dwar ir-rikors jekk din it-talba titressaq sabiex:

tiġi kkontestata l-legalità ta' att adottat mill-awtoritajiet nazzjonali (irrispettivament minn jekk dawn ikunux awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji);

tiġi kkontestata deċiżjoni meħuda minn entità internazzjonali li ma tagħmilx parti mis-sistema istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea (pereżempju mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem).

L-għajnuna legali lanqas ma tista' tingħata jekk il-kawża li fir-rigward tagħha tintalab tkun tidher manifestament inammissibbli jew manifestament infondata fid-dritt [Artikolu 146(2) tar-Regoli tal-Proċedura]. Minn dan jirriżulta b'mod partikolari li talba mressqa qabel ir-rikors li għalih tirreferi, iżda wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata tal-imsemmi rikors, tiġi miċħuda sa fejn ir-rikors ser jiġi miċħud bħala inammissibbli minħabba li jkun ġie ppreżentat tard. Formola tal-għajnuna legali obbligatorja Il-formola tal-għajnuna legali, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, hija disponibbli fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, taħt it-titolu Il-Qorti Ġenerali/Proċedura. L-użu ta' din il-formola huwa obbligatorju sabiex tintalab l-għajnuna legali, kemm qabel jiġi ppreżentat rikors u kemm fil-kuntest ta' kawża pendenti. Talba għal għajnuna legali mressqa mingħajr il-formola ma tittiħidx inkunsiderazzjoni (Artikolu 147 tar-Regoli tal-Proċedura u punt 238 tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali). Talba għal għajnuna legali mressqa wara li l-Qorti Ġenerali tkun tat id-deċiżjoni dwar ir-rikors li għalih tirreferi din it-talba ma tittiħidx inkunsiderazzjoni. Kontenut tat-talba għal għajnuna legali u dokumenti ta' sostenn Il-formola tal-għajnuna legali hija intiża li tippermetti lill-Qorti Ġenerali jkollha, inkonformità mal-Artikolu 147(3) u (4) tar-Regoli tal-Proċedura, l-informazzjoni neċessarja sabiex tiddeċiedi effettivament dwar it-talba għal għajnuna legali. Din l-informazzjoni tirrigwarda:

informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li tressaq it-talba u,

fil-każ li r-rikors ikun għadu ma ġiex ippreżentat, informazzjoni dwar is-suġġett tal-imsemmi rikors, dwar il-fatti inkwistjoni u dwar l-argumenti relatati (punt 241 tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali).

Sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li tressaq it-talba It-talba għal għajnuna legali għandha tinkludi l-informazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn kollha li permezz tagħhom tkun tista' tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li qed tressaqha, bħal ma jista' jkun ċertifikat maħruġ minn awtorità nazzjonali kompetenti li jattesta din is-sitwazzjoni ekonomika [Artikolu 147(3) tar-Regoli tal-Proċedura]. Il-kapaċità finanzjarja tal-persuna li tressaq it-talba tiġi evalwata fuq il-bażi ta' elementi li jipprovaw li tinsab f'sitwazzjoni li ma tistax tħallas l-ispejjeż:

għaldaqstant, persuna fiżika ma tistax sempliċement tippreżenta lill-Qorti Ġenerali indikazzjonijiet dwar id-dħul tagħha, iżda għandha tipproduċi wkoll, pereżempju, dikjarazzjonijiet tat-taxxa, rendikonti tas-salarju, dikjarazzjonijiet mid-dipartiment tal-għajnuna soċjali jew tal-assigurazzjoni kontra l-qgħad, dikjarazzjonijiet bankarji jew rendikont bankarju kif ukoll informazzjoni li permezz tagħha jkun jista' jiġi stmat il-kapital tagħha (valur ta' beni mobbli jew immobbli);

persuna ġuridika ma tistax sempliċement tinvoka l-inkapaċità tagħha li tħallas iżda għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-forma ġuridika tagħha, dwar l-iskop ta' lukru jew le tagħha, dwar il-kapaċità finanzjarja tas-soċju/i jew tal-azzjonisti tagħha u għandha tipproduċi, bħala eżempju, karti tal-bilanċ kontabbli jew kull dokument ieħor li jiġġustifika s-sitwazzjoni kontabbli tagħha, kif ukoll kull prova li tissostanzja allegazzjoni ta' sitwazzjoni ta' falliment, ta' amministrazzjoni ġudizzjarja, ta' waqfien ta' pagamenti jew ta' stralċ ġudizzjarju.

Dikjarazzjonijiet fuq l-unur mimlija u ffirmati mill-persuna li tressaq it-talba stess ma humiex biżżejjed sabiex tiġi stabbilita l-prova tal-fatt li din il-persuna tinsab f'sitwazzjoni li ma tistax tħallas. L-informazzjoni indikata fil-formola dwar is-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li tressaq it-talba u d-dokumenti ta' sostenn ippreżentati sabiex tiġi ssostanzjata din l-informazzjoni huma intiżi li jipprovdu stampa sħiħa tas-sitwazzjoni ekonomika tagħha. Talba li ma tiġġustifikax b'mod suffiċjenti fid-dritt l-inkapaċità tal-persuna li tressaq it-talba li tħallas l-ispejjeż tal-kawża tiġi miċħuda. Suġġett tar-rikors maħsub Jekk it-talba għal għajnuna legali titressaq qabel ma jkun ġie ppreżentat ir-rikors li għalih tirreferi din it-talba, il-persuna li tressaq it-talba għandha tesponi fil-qasir is-suġġett ta' dan ir-rikors, il-fatti inkwistjoni u l-argumenti li jkollha l-intenzjoni tressaq insostenn tar-rikors tagħha. Parti mill-formola tal-għajnuna legali hija ddedikata għal dan il-għan. Għandha tiġi annessa kopja ta' kull dokument ta' sostenn rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà u tal-fondatezza tar-rikors li jkun għad irid jiġi ppreżentat. Pereżempju, tista' tiġi annessa l-korrispondenza mal-eventwali konvenut jew, fil-każ ta' rikors għal annullament, id-deċiżjoni li l-legalità tagħha tkun qiegħda tiġi kkontestata. Il-formola tal-għajnuna legali debitament mimlija u d-dokumenti ta' sostenn għandhom ikunu jistgħu jinftiehmu fihom innifishom. Addenda It-talba għal għajnuna legali ma tistax tiġi kkompletata bil-preżentata sussegwenti ta' addenda. Jekk jiġu ppreżentati mingħajr ma jkunu ntalbu mill-Qorti Ġenerali, tali addenda jiġu rrifjutati. Għaldaqstant, huwa essenzjali li fil-formola tiġi inkluża l-informazzjoni kollha neċessarja u li tiġi annessa kopja ta' kull dokument ta' natura li jipprova din l-informazzjoni. Madankollu, f'każijiet eċċezzjonali, dokumenti ta' sostenn intiżi li jipprovaw li l-persuna li tkun qiegħda tressaq it-talba ma tkunx tista' tħallas jistgħu jiġu aċċettati sussegwentement, permezz ta' spjegazzjoni adegwata tal-produzzjoni tardiva tagħhom (punt 246 tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura). Preżentata tat-talba Mill-persuna li tressaq it-talba stess Il-persuna li tressaq it-talba li ma tkunx irrappreżentata minn avukat għandha tittrażmetti jew tippreżenta l-verżjoni stampata tal-formola debitament mimlija u ffirmata, kif ukoll id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fiha, fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, li l-indirizz tiegħu huwa s-segwenti: Greffe du Tribunal de l'Union européenne Rue du Fort Niedergrünewald L-2925 Luxembourg It-trażmissjoni jew il-preżentata fil-post tal-verżjoni stampata tal-formola debitament mimlija u ffirmata jistgħu jkunu ppreċeduti bit-trażmissjoni ta' dan id-dokument permezz ta' faks fuq in-numru segwenti: + 352 43032100. Meta l-formola debitament mimlija u ffirmata tintbagħat permezz ta' faks:

il-formola tiġi ttrattata biss mill-mument li r-Reġistru jirċievi l-oriġinal;

id-data tal-preżentata permezz ta' faks titqies li hija d-data tal-preżentata tal-formola, bil-kundizzjoni li l-oriġinal, li jkun jinkludi l-firma bl-idejn u li kien is-suġġett tat-trażmissjoni permezz ta' faks, jasal fir-Reġistru sa mhux iktar tard minn għaxart ijiem wara din it-trażmissjoni; fil-każ li dan l-oriġinal ma jiġix ippreżentat f'dan it-terminu ta' għaxart ijiem, id-data tal-preżentata tkun dik ta' meta r-Reġistru effettivament jirċievi l-oriġinal;

il-formola għandha tintbagħat mingħajr ebda dewmien, immedjatament wara li tkun intbagħtet permezz ta' faks, mingħajr ma jsirulha korrezzjonijiet jew emendi, lanqas dawk minuri;

fil-każ ta' differenza bejn il-formola oriġinali ffirmata bl-idejn u l-kopja li tkun waslet preċedentement fir-Reġistru permezz ta' faks, id-data tal-preżentata tkun dik tal-preżentata tal-formola oriġinali ffirmata.

Mill-avukat tal-persuna li tressaq it-talba Meta l-persuna li titlob l-għajnuna legali tkun irrappreżentata minn avukat meta tiġi ppreżentata l-formola tal-għajnuna legali, dan tal-aħħar jista' jippreżenta l-formola fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali jew f'verżjoni stampata, jekk ikun il-każ wara t-trażmissjoni ta' din il-formola permezz ta' faks, jew permezz tal-applikazzjoni e-Curia, b'osservanza tar-rekwiżiti previsti fil-Kundizzjoni ta' użu tal-applikazzjoni e-Curia (punt 240 tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali). Meta l-formola debitament mimlija u ffirmata tintbagħat permezz ta' faks, l-informazzjoni inkluża fil-punt (a) preċedenti hija applikabbli. Iffirmar tal-formola Bla ħsara għall-preżentata tal-formola minn avukat permezz tal-applikazzjoni e-Curia, il-formola għandha tkun iffirmata bl-idejn mill-persuna li tressaq it-talba jekk din il-formola tkun ippreżentata minnha stess jew, meta din tkun irrappreżentata minn avukat, minn dan l-avukat. Fin-nuqqas ta' firma bl-idejn, il-formola ma tiġix ittrattata. Sospensjoni u tkomplija tat-terminu għall-preżentata ta' rikors It-tressiq ta' talba għal għajnuna legali jissospendi, fir-rigward tal-persuna li tkun ressqitha, it-terminu previst għall-preżentata tar-rikors sad-data tan-notifika tad-digriet li permezz tiegħu tittieħed id-deċiżjoni dwar din it-talba jew, fil-każ li f'dan id-digriet ma jiġix innominat avukat sabiex jirrappreżenta lill-persuna li tkun ressqet it-talba għal għajnuna legali, sad-data tan-notifika tad-digriet li jinnomina avukat sabiex jirrappreżentaha [Artikolu 147(7) tar-Regoli tal-Proċedura]. Għaldaqstant, it-terminu għall-preżentata ta' rikors ma jiddekorrix matul il-perijodu li fih il-Qorti Ġenerali tkun qiegħda teżamina t-talba għal għajnuna legali. Wara n-notifika tad-digriet li permezz tiegħu tittieħed id-deċiżjoni dwar it-talba għal għajnuna legali jew, fil-każ li f'dan id-digriet ma jiġix innominat avukat sabiex jirrappreżenta lill-persuna li tkun ressqet it-talba għal għajnuna legali, tad-digriet li jinnomina avukat sabiex jirrappreżentaha, it-terminu għall-preżentata ta' rikors li jkun fadal sabiex jiġi ppreżentat ir-rikors jista' jkun qasir ħafna. Għaldaqstant, huwa rrakkomandat li l-persuna li tibbenefika mill-għajnuna legali, debitament irrappreżentata minn avukat, tagħti attenzjoni partikolari lill-osservanza tat-terminu legali (punt 248 tad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali). Preċiżazzjoni addizzjonali L-oriġinali tad-dokumenti ta' sostenn ippreżentati ma humiex ser jingħataw lura. Għaldaqstant, huwa rrakkomandat li jiġu pprovduti kopji tad-dokumenti ta' sostenn. Is-Sinjura Is-Sur Il-kunjom tiegħek: … L-isem/ismijiet tiegħek: … L-indirizz tiegħek: … Kodiċi postali: … Belt: … Pajjiż: … Numru tat-telefon (fakultattiv): … Numru tal-faks (fakultattiv): … Posta elettronika (fakultattiva): … Il-professjoni jew is-sitwazzjoni attwali tiegħek: … Isem kummerċjali: … Forma ġuridika: … Entità bi skop ta' lukru: ☐ Iva ☐ Le Indirizz: … Kodiċi postali: … Belt: … Pajjiż: … Numru tat-telefon (fakultattiv): … Numru tal-faks (fakultattiv): … Posta elettronika (fakultattiva): … Qiegħda terġa' tinġibidlek l-attenzjoni għall-fatt li l-Qorti Ġenerali hija kompetenti tieħu konjizzjoni ta' rikorsi bejn persuni fiżiċi jew ġuridiċi u istituzzjoni, korp jew organu tal-Unjoni. Il-Qorti Ġenerali ma tistax tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjonijiet meħuda minn:

entitajiet internazzjonali li ma jagħmlux parti mis-sistema istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, bħalma hija l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,

awtoritajiet nazzjonali ta' Stat Membru,

qrati nazzjonali.

Speċifika l-parti jew il-partijiet li kontriha jew kontrihom ser jiġi ppreżentat ir-rikors maħsub: Fil-każ li ma jkollokx iktar spazju tista' tikkompleta din il-lista fuq karta bajda li għandek tehmeż mat-talba tiegħek. KONVENUT/A/I INDIRIZZ … … Jekk it-talba għal għajnuna legali titressaq qabel il-preżentata tar-rikors, il-persuna li tressaqha għandha tinkludi espożizzjoni fil-qosor tas-suġġett tar-rikors li tkun qiegħda tikkunsidra li tippreżenta, tal-fatti inkwistjoni u tal-argumenti insostenn tar-rikors. Mat-talba għandhom jitressqu dokumenti ta' sostenn f'dan ir-rigward [Artikolu 147(4) tar-Regoli tal-Proċedura]. Jekk jogħġbok iddeskrivi s-suġġett tar-rikors li għandek l-intenzjoni tippreżenta, il-fatti inkwistjoni u l-argumenti insostenn tar-rikors: Kull dokument ta' sostenn rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà u tal-fondatezza tar-rikors maħsub għandu jiġi anness ma' din il-formola u inkluż fil-lista tad-dokumenti ta' sostenn. L-oriġinali tad-dokumenti ta' sostenn ippreżentati ma humiex ser jingħataw lura. It-talba għal għajnuna legali għandha tinkludi l-informazzjoni u d-dokumenti ta' sostenn kollha li permezz tagħhom tkun tista' tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li qed tressaqha, bħal ma jista' jkun ċertifikat maħruġ minn awtorità nazzjonali kompetenti li jattesta din is-sitwazzjoni ekonomika [Artikolu 147(3) tar-Regoli tal-Proċedura].

Jekk, meta tressaq it-talba tiegħek, ir-riżorsi tiegħek ma jkunux inbidlu mis-sena li għaddiet, ir-riżorsi meħuda inkunsiderazzjoni ser ikunu dawk li inti ddikjarajt lill-awtoritajiet nazzjonali għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru tas-sena li għaddiet.

Jekk is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek inbidlet, ser jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżorsi attwali tiegħek, b'effett mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena sad-data tat-talba tiegħek.

Fil-każ li ma jkollokx iktar spazju tista' tikkompleta din il-lista fuq karta bajda li għandek tehmeż mat-talba tiegħek. Ir-riżorsi tiegħek Ir-riżorsi tal-konjuġi tiegħek, tas-sieħeb/sieħba tiegħek jew tal-persuna li tikkoabita miegħek Ir-riżorsi ta' persuna oħra li tgħix abitwalment fl-istess dar (minuri jew persuna dipendenti). Speċifika: … a. Ebda dħul b. Pagi, salarji netti taxxabbli (kif indikati fuq ir-rendikonti tar-remunerazzjoni tiegħek) c. Dħul mhux minn pagi (dħul agrikolu, industrijali jew kummerċjali jew mhux kummerċjali) d. Allowances tal-familja e. Allowances tal-qgħad f. Allowances ta' kuljum (mard, maternità, marda kkaġunata mix-xogħol, inċident fuq il-post tax-xogħol) g. Pensjonijiet, pensjonijiet tal-irtirar, pensjonijiet oħra u pensjonijiet tal-irtirar kmieni h. Manteniment (ammont li effettivament irċevejt) i. Riżorsi oħra (p.eż.: kirjiet li tirċievi, dħul minn kapital, dħul minn titoli mobbli …) Jekk jogħġbok indika n-natura u l-valur tal-beni mobbli (azzjonijiet, obbligi, kapital …) u l-indirizz u l-valur tal-beni immobbli (dar, art …) anki jekk ma jikkontribwixxux għad-dħul tiegħek: Jekk jogħġbok indika l-minuri u l-persuni dipendenti fuqek jew li jgħixu abitwalment miegħek: Fil-każ li ma jkollokx iktar spazju tista' tikkompleta din il-lista fuq karta bajda li għandek tehmeż mat-talba tiegħek. Kunjom/Kunjomijiet u isem/ismijiet Relazzjoni (p.eż.: tifel, neputi, omm) Data tat-twelid (jj/xx/ssss) … … …/…/… … … …/…/… … … …/…/… … … …/…/… Jekk jogħġbok indika l-mantenimenti li inti tħallas lil terzi: Jekk tixtieq, tista' tipprovdi informazzjoni komplementari dwar is-sitwazzjoni tiegħek, kemm dwar ir-riżorsi u kemm dwar l-obbligi finanzjarji tiegħek: L-informazzjoni inkluża iktar 'il fuq għandha tkun issostanzjata permezz ta' dokumenti ta' sostenn li jippermettu l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tiegħek [Artikolu 147(3) tar-Regoli tal-Proċedura]. Il-lista tad-dokumenti ta' sostenn, inkluż, jekk ikun il-każ, ċertifikat ta' awtorità nazzjonali kompetenti li jiġġustifika din is-sitwazzjoni ekonomika, għandha tiġi annessa ma' din it-talba. L-oriġinali tad-dokumenti ta' sostenn ippreżentati ma humiex ser jingħataw lura. Meta l-għajnuna legali tintalab għal persuna ġuridika, jekk jogħġbok inkludi, ma' din it-talba, prova reċenti tal-eżistenza ġuridika tagħha (estratt mir-reġistru tal-kummerċ, estratt mir-reġistru tal-kumpanniji jew kwalunkwe dokument uffiċjali ieħor) [Artikolu 147(5) moqri flimkien mal-Artikolu 78(3) tar-Regoli tal-Proċedura]. Jekk jogħġbok iddeskrivi s-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li qiegħda tressaq it-talba kif ukoll, jekk ikun il-każ, tas-soċji jew azzjonisti tagħha: L-informazzjoni inkluża iktar 'il fuq għandha tkun issostanzjata permezz ta' dokumenti ta' sostenn li jippermettu l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-persuna li qiegħda tressaq it-talba u, jekk ikun il-każ, tas-soċju/i u tal-azzjonisti tagħha [Artikolu 147(3) tar-Regoli tal-Proċedura]. Il-lista tad-dokumenti ta' sostenn, inkluż, jekk ikun il-każ, ċertifikat ta' awtorità nazzjonali kompetenti li jiġġustifika din is-sitwazzjoni ekonomika, għandha tiġi annessa ma' din it-talba. L-oriġinali tad-dokumenti ta' sostenn ippreżentati ma humiex ser jingħataw lura. Fil-każ li tkun għażilt avukat awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta' Stat Membru jew ta' Stat ieħor parti fil-Ftehim ŻEE, hija meħtieġa l-informazzjoni segwenti:

Avukat: …

Indirizz: …

Kodiċi postali: … Belt: …

Pajjiż: …

Numru tat-telefon: …

Numru tal-faks (fakultattiv): …

Jiena niddikjara, fuq l-unur tiegħi, li l-informazzjoni pprovduta f'din it-talba għal għajnuna legali hija eżatta: Data: …/…/… Firma tal-persuna li tressaq it-talba jew tal-avukat tiegħek Dokumenti ta' sostenn li jippermettu l-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tiegħek:

…

…

…

…

…

…

…

…

…

…

…

…

Fil-każ li r-rikors għadu ma ġiex ippreżentat, dokument jew dokumenti ta' sostenn rilevanti għall-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà u tal-fondatezza tar-rikors maħsub:

…

…

…

…

…

…

…

…

…

…

…

…

Versions

  1. 2015-06-18