Gelex

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1319 tad-29 ta' Lulju 2016 li temenda r-Rakkomandazzjoni 2006/576/KE dwar id-deossinivalenol, iz-zearalenon u l-okratossina A fl-ikel tal-annimali domestiċi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Version 2016-07-29
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2016/1319@2016-07-29/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. VALURI TA' GWIDA ———————————————————

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 292 tiegħu,

Billi,

(1) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/576/KE tistabbilixxi valuri ta' gwida għad-deossinivalenol, iz-zearalenon, l-okratossina A, il-fumoniżini B1 + B2 u t-tossini T-2 u HT-2 f'materjali tal-għalf u fl-għalf kompost.

(2) Il-livell ta' linja gwida attwali ta' deossinivalenol fl-għalf tal-klieb huwa ta' 5 mg/kg. B'kont meħud tal-informazzjoni li waslet riċentement fir-rigward tat-tossiċità tad-deossinivalenol fl-għalf tal-klieb u tal-opinjoni tal-EFSA dwar id-deossinivalenol fl-għalf, jidher li l-livell ta' linja gwida attwali ma jipprovdix garanziji biżżejjed fir-rigward tas-saħħa tal-annimali għall-klieb u għalhekk huwa xieraq li jitnaqqas il-livell ta' linja gwida tad-deossinivalenol fl-għalf tal-klieb.

(3) B'kont meħud tal-informazzjoni li waslet riċentement fir-rigward tat-tossiċità ta' zearalenone fl-għalf tal-qtates u tal-klieb, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta' linja gwida għaz-zearalenone fl-għalf tal-qtates u tal-klieb biex jipprovdi garanziji fir-rigward tas-saħħa tal-annimali għall-qtates u għall-klieb, sakemm issir valutazzjoni tar-riskju aġġornata, li għandha titwettaq mill-EFSA, dwar ir-riskji possibbli għas-saħħa tal-annimali minħabba l-preżenza ta' zearalenone fl-għalf.

(4) B'kont meħud tal-informazzjoni li waslet riċentement fir-rigward tat-tossiċità tal-okratossina A fl-għalf tal-qtates u tal-klieb u tal-opinjoni tal-EFSA dwar l-okratossina A fl-ikel, huwa xieraq li jiġi stabbilit livell ta' linja gwida għall-okratossina A fl-għalf tal-qtates u tal-klieb biex jipprovdi garanziji fir-rigward tas-saħħa tal-annimali għall-qtates u għall-klieb.

(5) Sabiex tinżamm il-leġġibbiltà tad-dispożizzjonijiet fir-Rakkomandazzjoni, huwa xieraq li l-Anness tar-Rakkomandazzjoni jiġi sostitwit b'Anness ġdid.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI: L-Anness tar-Rakkomandazzjoni 2006/576/KE jinbidel bl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni. Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Lulju 2016. Għall-Kummissjoni Vytenis Andriukaitis Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

VALURI TA' GWIDA ———————————————————

Mikotossina Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali Valur ta' gwida f'mg/kg (ppm) għall-għalf b'kontenut ta' umdità ta' 12 % Deossinivalenol Materjali tal-għalf Ċereali u prodotti taċ-ċereali ħlief il-prodotti sekondarji tal-qamħirrum 8 Prodotti sekondarji tal-qamħirrum 12 Għalf kompost ħlief 5 l-għalf kompost għall-ħnieżer 0,9 l-għalf kompost għall-għoġġiela (< 4 xhur), għall-ħrief, għall-gidjien u għall-klieb 2 Zearalenon Materjali tal-għalf Ċereali u prodotti taċ-ċereali ħlief il-prodotti sekondarji tal-qamħirrum 2 Prodotti sekondarji tal-qamħirrum 3 Għalf kompost għal: qżieqeż, ħnieżer żgħar (ħnieżer nisa żgħar), ġriewi, frieħ tal-qtates, klieb u qtates għar-riproduzzjoni 0,1 klieb u qtates adulti li mhumiex għar-riproduzzjoni 0,2 ħnieżer nisa u ħnieżer għat-tismin 0,25 għoġġiela, baqar tal-ħalib, nagħaġ (inklużi l-ħrief) u mogħoż (inklużi l-gidjien) 0,5 Okratossina A Materjali tal-għalf Ċereali u prodotti taċ-ċereali 0,25 Għalf kompost għal: ħnieżer 0,05 tjur 0,1 qtates u klieb 0,01 Fumoniżina B1 + B2 Materjali tal-għalf qamħirrum u prodotti tal-qamħirrum 60 Għalf kompost għal: ħnieżer, żwiemel (Equidae), fniek u annimali domestiċi 5 ħut 10 tjur, għoġġiela (< 4 xhur), ħrief u gidjien 20 ruminanti adulti (> 4 xhur) u mink 50 Tossini T-2 + HT-2 Għalf kompost għall-qtates 0,05

Versions

  1. 2016-07-29