Gelex

Emendi għad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

In forceVersion 2016-07-13from 2016-09-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/act/oj/L/2016/217/12@2016-07-13/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. 11.

IL-QORTI ĠENERALI,

wara li rat l-Artikolu 224 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha;

wara li rat id-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

TADOTTA DAWN L-EMENDI GĦAD-DISPOŻIZZJONIJIET PRATTIĊI GĦALL-IMPLEMENTAZZJONI TAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-QORTI ĠENERALI:

Artikolu 1 Id-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali huma emendati kif ġej:

Artikolu 1

1. Fil-punt 14, il-frazi fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut u fl-Artikolu 8(1) tal-Anness ta' dan l-Istatut, id-data tal-preżentata tal-att proċedurali quddiem ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja jew quddiem ir-Reġistratur tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. hija ssostitwita bil-frażi fil-każijiet previsti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54 tal-Istatut, id-data tal-preżentata tal-att proċedurali quddiem ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja..

2.14a. Wara l-punt 14, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 14a: Skont l-Artikolu 125c tar-Regoli tal-Proċedura, l-annessi prodotti fil-kuntest tal-proċedura ta' ftehim bonarju prevista fl-Artikoli 125a sa 125d tar-Regoli tal-Proċedura għandhom jiġu rreġistrati f'reġistru speċifiku li ma għandux ikun suġġett għas-sistema prevista fl-Artikoli 36 u 37 tal-imsemmija Regoli.

3.24a. Wara l-punt 24, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 24a: L-annessi prodotti fil-kuntest ta' proċedura ta' ftehim bonarju fis-sens tal-Artikolu 125a tar-Regoli tal-Proċedura għandhom jinżammu fi proċess distint mill-proċess tal-kawża.

4.26. Fil-punt 26, l-ewwel sentenza hija ssostitwita bit-test segwenti: Wara li tintemm il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, ir-Reġistru għandu jiżgura l-għeluq u l-arkivjar tal-proċess tal-kawża kif ukoll tal-proċess previst fl-Artikolu 125c(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

5.33a. Wara l-punt 33, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 33a: Ir-regoli stabbiliti fil-punti 28 sa 33 iktar 'il fuq ma jikkonċernawx l-aċċess għall-proċess previst fl-Artikolu 125c(1) tar-Regoli tal-Proċedura. L-aċċess għal dan il-proċess speċifiku huwa rregolat minn din l-istess dispożizzjoni tar-Regoli tal-Proċedura.

6. Fil-punt 110, ir-riferiment għall-Artikolu 78(5) huwa ssostitwit b'riferiment għall-Artikolu 78(6).

7.114. Il-punt 114 huwa ssostitwit bit-test segwenti: Fir-rikorsi diretti fis-sens tal-Artikolu 1 tar-Regoli tal-Proċedura, in-numru massimu ta' paġni tan-noti huwa ffissat b'dan il-mod. Fil-każ tar-rikorsi diretti li ma humiex rikorsi ppreżentati skont l-Artikolu 270 TFUE: Fil-każ tar-rikorsi diretti ppreżentati skont l-Artikolu 270 TFUE:

50 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposta;

25 paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika;

20 paġna għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;

20 paġna għal nota ta' intervent u 15-il paġna għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.

30 paġna għar-rikors, kif ukoll għar-risposta;

15-il paġna għar-replika, kif ukoll għall-kontroreplika;

10 paġni għal nota li tqajjem eċċezzjoni ta' inammissibbiltà, kif ukoll għall-osservazzjonijiet dwarha;

10 paġni għal nota ta' intervent u 5 paġni għall-osservazzjonijiet dwar din in-nota.

8.140a Wara l-punt 140, it-test segwenti huwa introdott bħala l-punt 140a: Fil-kawżi mressqa skont l-Artikolu 270 TFUE, huwa mixtieq li l-istituzzjonijiet jannettu mar-risposta l-atti ta' portata ġenerali ċċitati li ma jkunux is-suġġett ta' pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'indikazzjoni tad-dati tal-adozzjoni tagħhom, tad-dħul fis-seħħ u, jekk ikun il-każ, tat-tħassir tagħhom.

9. Fil-punt 243, ir-riferiment għall-Artikolu 78(3) huwa ssostitwit b'riferiment għall-Artikolu 78(4).

10. Fil-punt 264, ir-riferiment għall-Artikolu 156(4) huwa ssostitwit b'riferiment għall-Artikolu 156(5).

11. L-Anness 1 huwa emendat kif ġej:

11.

(a) fil-parti tal-bidu, ir-riferiment għall-Artikolu 78(5) huwa ssostitwit b'riferiment għall-Artikolu 78(6);

(b) fil-punt b), ir-riferiment fl-ewwel kolonna għall-Artikolu 78(3) huwa ssostitwit b'riferiment għall-Artikolu 78(4);

(c) il-punti e) sa g) isiru l-punti f) sa h);

(d)(e) it-test segwenti huwa introdott fl-ewwel kolonna bħala l-punt e): produzzjoni tal-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tad-deċiżjoni li tagħti risposta għall-ilment [Artikolu 78(2) tar-Regoli tal-Proċedura];

(e) fil-punt e), li jsir il-punt f), ir-riferiment fl-ewwel kolonna għall-Artikolu 78(2) hija ssostitwita b'riferiment għall-Artikolu 78(3);

(f)(h) it-test segwenti huwa introdott fl-ewwel kolonna bħala l-punt h): indikazzjoni tad-dati tat-tressiq tal-ilment fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u tan-notifika tad-deċiżjoni li tagħti risposta għall-ilment [Artikolu 78(2) tar-Regoli tal-Proċedura].

Artikolu 2 Dawn l-emendi għad-Dispożizzjonijiet prattiċi għall-implementazzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huma għandhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2016.

Magħmul il-Lussemburgu, it-13 ta' Lulju 2016. Ir-Reġistratur E. Coulon Il-President M. Jaeger

Versions

  1. 2016-07-13