Korriġendum għall-azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/998/PESK tal-21 ta' diċembru 2006 li temenda l-azzjoni konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea (Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 405 tat-30 ta' Diċembru 2006)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/corrigendum/oj/L/2007/29/06@2007-02-03/mt
Contents
- Preamble
- Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/998/PESK tal-21 ta' Diċembru 2006 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea
- Artikolu 1
- 1)
- Artikolu 2 Missjoni
- 2.
- 2)
- 3)
- Artikolu 11 Programm ta' ħidma
- 4)
- 5)
- 6)
- Artikolu 13 Il-proċedura baġitarja
- 7)
- Artikolu 17 Sekondar
- 8)
- Artikolu 20 a Assoċjazzjoni tal-Kummissjoni
- 9)
- Artikolu 22 Ir-rappurtar
L-Azzjoni Konġunta 2006/998/PESK għandha taqra hekk:
Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2006/998/PESK tal-21 ta' Diċembru 2006 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14, tiegħu,
Billi:
(1) Fl-20 ta' Lulju 2001, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari ta' l-Unjoni Ewropea.
(2) Fit-28 ta' Lulju 2006, is-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli, konformement ma' l-Artikolu 22 ta' dik l-Azzjoni Konġunta, ippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta bil-ħsieb ta' reviżjoni possibbli tagħha.
(3) Fit-22 ta' Settembru 2006 l-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), fir-rwol tiegħu li jeżerċita superviżjoni politika fuq l-attivitajiet taċ-Ċentru, ħa nota ta' dak ir-rapport u rrakkomanda li l-Kunsill jemenda l-Azzjoni Konġunta kif xieraq fid-dawl tar-rapport.
(4) L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1 L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
Artikolu 1
1) L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
1)
Artikolu 2 Missjoni
1. Iċ-Ċentru għandu, b'koerenza ma' l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà, jappoġġa t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea, fil-qasam tal-PESK, b'mod partikolari tal-PESD, inklużi l-operazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea ta' maniġġar ta' kriżijiet, billi jipprovdi, kif xieraq, prodotti li jirriżultaw mill-analiżi ta' xbihat satelletari u data kollaterali, inkluż xbihat mill-ajru u servizzi relatati, skond l-Artikoli 3 u 4.
2. Fil-qafas ta' din il-missjoni, is-Segretarju-Ġenerali/ir-Rappreżentant Għoli, sejjer, ma talba korrispondenti u jekk il-kapaċità taċ-Ċentru hekk tippermetti, jiddirieġi ċ-Ċentru sabiex jipprovdi prodotti jew servizzi għal:
2.
(i) Stat Membru jew il-Kummissjoni;
(ii) Stati Terzi li qablu mad-Dispożizzjonijiet imniżżla fl-anness dwar l-assoċjazzjoni ma' l-attivitajiet taċ-Ċentru;
(iii) jekk it-talba tkun rilevanti fil-qasam tal-PESK, b'mod partikolari tal-PESD, organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Uniti (NU), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tan-Nord Atlantiku (NATO).
2) L-Artikolu 8 (2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
2)
2. Id-Direttur għandu jaħtar Viċi Direttur taċ-Ċentru wara approvazzjoni mill-Bord. Il-Viċi Direttur għandu jinħatar għal perjodu ta' tliet snin, bl-estensjoni possibbli ta' terminu wieħed ta' tliet snin. Id-Direttur għandu jkun responsabbli mir-reklutaġġ tal-persunal l-ieħor kollu taċ-Ċentru.;
3) L-Artikolu 11 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
3)
Artikolu 11 Programm ta' ħidma
1. Sat-30 ta' Settembru kull sena, id-Direttur għandu jistabbilixxi abbozz ta' programm ta' ħidma għas-sena ta' wara akkumpanjat minn abbozz ta' programm ta' ħidma għall-perjodu fit-tul li jkun fih perspettivi indikattivi għal sentejn addizzjonali, u għandu jippreżentah lill-Bord.
2. Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Bord għandu japprova l-programm ta' ħidma annwali u dak għall-perjodu fit-tul.;
4) L-Artikolu 12 (3) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
4)
3. Id-dħul taċ-Ċentru għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri minbarra d-Danimarka skond l-iskala tad-dħul gross domestiku (GNI), il-pagamenti jitwettqu bħala ħlas għal servizzi mogħtija u dħul ieħor.;
5) L-Artikolu 12 (4) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
5)
4. It-talbiet għat-twettiq ta' kompiti mwettqa skond l-Artikolu 2(2) jistgħu jkunu soġġetti għal ħlasijiet ta' rkupru ta' speejjeż skond il-linji gwida stabbiliti fir-Regoli Finanzjarji taċ-Ċentru msemmija fl-Artikolu 15.;
6) L-Artikolu 13 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
6)
Artikolu 13 Il-proċedura baġitarja
1. Sat-30 ta' Settembru kull sena, id-Direttur għandu jippreżenta lill-Bord abbozz ta' baġit annwali għaċ-Ċentru li jkopri nfiq amministrattiv, infiq operattiv u dħul mistenni għas-sena finanzjarja li jkun imiss kif ukoll estimi indikattivi għall-perjodu fit-tul dwar infiq u dħul bil-ħsieb ta' l-abbozz tal-programm ta' ħidma għall-perjodu fit-tul.
2. Sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, il-Bord għandu japprova l-baġit annwali taċ-Ċentru b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.
3. Fil-każ ta' ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, id-Direttur jista' jipproponi lill-Bord abbozz ta' baġit emendatorju. Il-Bord, bil-konsiderazzjoni dovuta ta' kwalunkwe emerġenza, għandu japprova l-baġit emendatorju b'unanimità tar-rappreżentanti ta' l-Istati Membri.;
7) L-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
7)
Artikolu 17 Sekondar
1. Bi ftehim mad-Direttur, jistgħu jiġu ssekondati għaċ-Ċentru, esperti minn Stati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali kif ukoll uffiċjali mill-istituzzjonijiet jew l-aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea, għal perjodu fiss jew għal postijiet fl-istruttura organizzattiva taċ-Ċentru u/jew għal kompiti u proġetti speċifiċi.
2. Fil-każ ta' kriżi, iċ-Ċentru jista' jiġi riinfurzat minn persunal speċjalizzat, issekondat mill-Istati Membri, mill-Kummissjoni jew mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill. Il-ħtieġa għal, u t-tul ta', tali sekondar għandhom jiġu ddeterminati mis-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli f'konsultazzjoni mad-Direttur taċ-Ċentru.
3. Id-dispożizzjonijiet relatati mas-sekondar għandhom jiġu adottati mill-Bord fuq proposta mid-Direttur.
4. Il-membri tal-persunal jistgħu jiġu ssekondati għal perjodu fiss fl-interess tas-servizz għal post barra ċ-Ċentru, skond id-dispożizzjonijiet relatati mal-persunal taċ-Ċentru.;
8) Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
8)
Artikolu 20 a Assoċjazzjoni tal-Kummissjoni
Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata bis-sħiħ mal-ħidma taċ-Ċentru. Iċ-Ċentru għandu jistabbilixxi mal-Kummissjoni l-arranġamenti amministrattivi u r-relazzjonijiet ta' ħidma meħtieġa, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn bl-iskambju ta' kompetenzi u pariri f'dawk l-oqsma fejn l-attivitajiet tal-Komunità għandhom influwenza fuq il-missjoni taċ-Ċentru u fejn l-attivitajiet taċ-Ċentru huma rilevanti għal dawk tal-Komunità.;
9) L-Artikolu 22 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
9)
Artikolu 22 Ir-rappurtar
Sal-31 ta' Lulju 2011, is-Segretarjat-Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jippreżenta rapport lill-Kunsill dwar it-tħaddim taċ-Ċentru akkumpanjat, jekk meħtieġ, minn rakkomandazzjonijiet xierqa bil-ħsieb ta' aktar żvilupp tiegħu.;
10) L-Artikolu 1(3), it-tieni sentenza ta' l-Artikolu 9(1), l-Artikoli 12(5) u 23(1), (2), (4), (5) u (6) għandhom jiġu mħassra.
Artikolu 2 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3 Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 21 ta' Diċembru 2006. Għall-Kunsill Il-President J. Korkeaoja