Gelex

Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2023/2581 tat-12 ta’ Settembru 2023 li tikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tad-Deċiżjoni 2000/532/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2023-09-12from 2023-12-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2023/2581@2023-09-12/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/955/UE emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE li tistabbilixxi l-lista ta’ skart skont id-Direttiva 2008/98/KE.

(2) Il-verżjoni bil-lingwa Daniża tad-Deċiżjoni 2000/532/KE fiha l-iżbalji fl-Anness, it-Taqsima Definizzjonijiet, il-punti 2 u 4, it-Taqsima Valutazzjoni u Klassifikazzjoni, il-punt 1, ir-raba’ sentenza, il-punt 2, it-tieni paragrafu, il-ħames inċiż, is-sentenza introduttorja, kif ukoll l-iżbalji fit-tabella kollha fit-Taqsima Lista ta’ Skart. Dawk l-iżbalji jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(3) Il-verżjoni bil-lingwa Griega tad-Deċiżjoni 2000/532/KE fiha l-iżbalji fl-Anness, it-Taqsima Lista ta’ Skart, it-tabella, l-ewwel kolonna, ir-ringieli 01 03 99, 01 04 08 u 06 02 li jbiddlu t-tifsira tad-dispożizzjonijiet.

(4) Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Daniża u dik Griega tad-Deċiżjoni 2000/532/KE jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Settembru 2023. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen

Versions

  1. 2023-09-12