Gelex

Deċiżjoni (UE) 2023/2815 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta’ Diċembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2010/29 dwar il-ħruġ ta' karti tal-euro (BĊE/2023/35)

In forceVersion 2023-12-07from 2024-01-01
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2023/2815@2023-12-07/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi
  3. Artikolu 2 Dħul fis-seħħ
  4. ANNEX
  5. ANNESS I SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2024

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni (UE) 2023/2811 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2023/31) tipprovdi għall-aġġustament tal-iskema għas-sottoskrizzjoni għall-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (iktar 'il quddiem l-iskema tal-kapital) skont l-Artikolu 29.3 u l-Artikolu 29.4 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u tistabbilixxi, b'effett mill-1 ta’ Jannar 2024, ponderazzjonijiet ġodda assenjati lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema tal-kapital aġġustata (iktar 'il quddiem il-ponderazzjonijiet tal-iskema tal-kapital).

(2) L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2010/29 tal-Bank Ċentrali Ewropew jiddefinixxi l-[i]skema ta' distribuzzjoni ta' karti tal-flus u jirreferi għall-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema għall-allokazzjoni tal-karti tal-flus li tapplika sa mill-1 ta' Jannar 2023. Peress li mill-1 ta’ Jannar 2024 se jibdew japplikaw ponderazzjonijiet ġodda tal-iskema tal-kapital, id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 għandha tiġi emendata sabiex tiddetermina l-iskema ta’ distribuzzjoni tal-karti tal-flus li tapplika minn dik id-data,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 hija emendata kif ġej:

1. L-aħħar sentenza tal-Artikolu 1(d) hija ssostitwita b’dan li ġej: L-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema għad-distribuzzjoni tal-karti tal-flus li għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2024.;

2. L-Anness I huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-1 ta' Jannar 2024.

Magħmula fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Diċembru 2023. Il-President tal-BĊE Christine Lagarde

ANNEX

ANNESS

ANNESS I SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TAL-KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2024

Il-Bank Ċentrali Ewropew 8,0000 % Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique 3,3760 % Deutsche Bundesbank 24,4995 % Eesti Pank 0,2740 % Central Bank of Ireland 2,0040 % Bank of Greece 2,0785 % Banco de España 10,8790 % Banque de France 18,4045 % Hrvatska narodna banka 0,7120 % Banca d’Italia 14,7385 % Central Bank of Cyprus 0,2025 % Latvijas Banka 0,3565 % Lietuvos bankas 0,5430 % Banque centrale du Luxembourg 0,3350 % Central Bank of Malta 0,1190 % De Nederlandsche Bank 5,4350 % Oesterreichische Nationalbank 2,7200 % Banco de Portugal 2,1395 % Banka Slovenije 0,4545 % Národná banka Slovenska 1,0580 % Suomen Pankki 1,6710 % TOTAL 100,0000 %

Versions

  1. 2023-12-07