Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1837 tat-28 ta' Ġunju 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 li tistabbilixxi miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina

In forceVersion 2024-06-28
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/1837@2024-06-28/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. ANNESS (1)(2)B.

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1) Fid-19 ta' Jannar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/385.

(2) Fid-dawl tat-theddida kontinwa mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina, jenħtieġ li sitt persuni u tliet entitajiet jiżdiedu mal-listi fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/385.

(3) Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 tiġi emendata skont dan.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ġunju 2024. Għall-Kunsill Il-President H. Lahbib

ANNEX

ANNESS (1)(2)B.

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 huwa emendat kif ġej: l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt is-subintestatura A. Persuni fiżiċi: Isem Informazzjoni għall-identifikazzjoni Dikjarazzjoni tar-raġunijiet Data tal-elenkar 7. Jamil Yusuf Ahmad Aliyan Data tat-twelid: 1.1.1955 Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Uffiċjal tal-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina u mexxej tal-Fondazzjoni Muhjat alQuds Jamil Yusuf Ahmad Aliyan huwa uffiċjal tal-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (PIJ) u mexxej tal-Fondazzjoni Muhjat alQuds. Il-Fondazzjoni Muhjat alQuds hija organizzazzjoni mmexxija mill-PIJ u ffinanzjata mill-Iran li l-missjoni primarja tagħha hija li tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-familji tal-ġellieda u l-priġunieri tal-PIJ. Barra minn hekk, Aliyan serva fil-kumitat eżekuttiv tal-PIJ, u b'hekk issorvelja l-finanzi tal-PIJ. Għalhekk, Jamil Yusuf Ahmad Aliyan jipparteċipa fil-finanzjament tal-PIJ. 28.6.2024 8. Ahmed Sharif Abdallah Odeh Data tat-twelid: 20.2.1951 Post tat-twelid: Jordan Nazzjonalità: Ġordanjana Sess: raġel Funzjoni: Eks maniġer tal-investimenti barranin tal-Ħamas u relatur attwali għall-Kunsill Shura Ahmed Sharif Abdallah Odeh imexxi l-attivitajiet ta' investiment barrani tal-Ħamas. Huwa ilu involut fil-portafoll tal-investiment barrani tal-grupp għal snin sħaħ. Huwa kien l-ewwel li kellu f'idejh il-ġestjoni ta' kuljum tal-portafoll tal-investiment, u issa jissorvelja dan f'isem il-Kunsill Shura tal-Ħamas. Barra minn hekk, huwa azzjonist u membru tal-bord ta' diversi kumpaniji faċċata għall-Ħamas. Għalhekk, Ahmed Sharif Abdallah Odeh jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. 28.6.2024 9. Ali Morshed Shirazi Data tat-twelid: 7.2.1969 Post tat-twelid: Najaf, Iraq Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel Funzjoni: Uffiċjal għoli tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika – Forza Quds Ali Morshed Shirazi huwa uffiċjal għoli tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika – Forza Quds (IRGC-QF) li jservi bħala Kap tal-Uffiċċju tal-Fergħa tal-Palestina, li jopera mil-Libanu. L-IRGC-QF jipprovdi appoġġ finanzjarju, kif ukoll taħriġ, intelligence, u forom oħra ta' assistenza lill-Ħamas u lill-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina (PIJ). Fi ħdan l-organizzazzjoni tiegħu, Shirazi huwa inkarigat mill-unità ta' monitoraġġ u kontroll responsabbli għall-eżekuzzjoni ta' operazzjonijiet militari. Flimkien mal-mexxej tal-Fergħa tal-Palestina tal-IRGC-QF Sa'id Izadi, huwa jopera wkoll iċ-Ċiberunità, li tgħin lill-operazzjonijiet tal-Ħamas bl-estrazzjoni ta' informazzjoni mit-telefowns tas-suldati Iżraeljani. Barra minn hekk, huwa talab l-assistenza tal-unità teknika tal-IRGC-QF (Unità 340) biex tappoġġa lill-PIJ. Għalhekk, Ali Morshed Shirazi jipparteċipa fl-abilitazzjoni ta' azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-PIJ. 28.6.2024 10. Zuheir Shamlakh Data tat-twelid: 15.11.1980 Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Sarraf tal-flus u faċilitatur finanzjarju għall-kriptovaluti tal-Ħamas Zuheir Shamlakh huwa faċilitatur finanzjarju u sarraf tal-flus li jippermetti trasferimenti finanzjarji mill-Iran lejn il-Ħamas. Huwa juża l-kumpaniji tiegħu Al-Markaziya li-Siarafa u Arab China Trading Company biex jgħaddi fondi lill-Brigati Izz al-Din al Qassam, il-fergħa militari tal-Ħamas. Zuheir Shamlakh kien strumentali fil-bidla tal-Ħamas lejn kriptovaluti biex jiġi evitat li jiġi identifikat mill-awtoritajiet Iżraeljani. Għalhekk, Zuheir Shamlakh jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. 28.6.2024 11. Ismail Barhoum Data tat-twelid: 23.12.1968 Post tat-twelid: Rafah Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas f'Gaża u l-Kunsill Shura governattiv tiegħu, Kap tal-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Karità tal-Ħamas Ismail Barhoum huwa membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas u tal-Kunsill Shura tal-Ħamas. Huwa wkoll il-Kap tal-Assoċjazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Karità tal-Ħamas, li tissorvelja 400 organizzazzjoni tal-karità. Dawk l-organizzazzjonijiet tal-karità jintużaw biex jidderieġu l-fondi lejn il-Ħamas. Għalhekk, Ismail Barhoum jipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. 28.6.2024 12. Maher Rebhi Obeid Data tat-twelid: 10.3.1958 Post tat-twelid: Amman, Jordan Nazzjonalità: Palestinjana Sess: raġel Funzjoni: Mexxej politiku tal-Ħamas u membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas Maher Rebhi Obeid ilu membru tal-Bureau Politiku tal-Ħamas mill-2010. Obeid huwa inkarigat mill-Kwartieri Ġenerali tax-Xatt tal-Punent tal-Ħamas, li huwa responsabbli għat-tmexxija tal-operat terroristiku tal-Ħamas fix-Xatt tal-Punent, għat-tmexxija ta' attakki terroristiċi, għall-bini ta' infrastrutturi terroristiċi u għall-ħruġ ta' struzzjonijiet għal attakki terroristiċi kontra Iżrael u l-Awtorità Palestinjana. Maher Rebhi Obeid għalhekk jipparteċipa fl-ippjanar u t-tħejjija ta' azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas, u jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu s-sigurtà ta' Iżrael taħt isem il-Ħamas. 28.6.2024 tiżdied is-subintestatura u l-entrati li ġejjin: Persuni ġuridiċi, gruppi, entitajiet u korpi Isem Informazzjoni għall-identifikazzjoni Dikjarazzjoni tar-raġunijiet Data tal-elenkar 1. Zawaya Group for Development and Investment Co Ltd Magħrufa wkoll bħala: Zawaya Group Co; Zawaya Group for Development and Investment; Zawaya Group for Development and Investment Co; Zawaya Group for Development and Investment Company Reġjuni attivi: Sudan Sid u president: Hamza Abdelbasit Zawaya Group for Development and Investment Co Ltd hija kumpanija Sudaniża. Hija proprjetà ta' u kkontrollata mill-finanzjatur tal-Ħamas Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair Hamza u hija marbuta mal-portafoll tal-investiment tal-Ħamas. L-entità stabbiliet kumpaniji faċċata għall-Ħamas biex teżegwixxi kuntratti tal-gvern, u ntużat minn Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair Hamza biex iżżomm uħud mill-investimenti l-oħra tiegħu li jħallu l-qligħ, użati għall-finanzjament tal-Ħamas. Għalhekk, Zawaya Group for Development and Investment Co Ltd tipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. 28.6.2024 2. Al Zawaya Group for Development and Investment Sociedad limitada Reġjuni attivi: Spanja Sid u president: Hamza Abdelbasit Al Zawaya Group for Development and Investment Sociedad limitada hija kumpanija immobiljari Spanjola. Hija proprjetà ta' u kkontrollata mill-finanzjatur tal-Ħamas Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair Hamza, tippermetti l-attivitajiet tiegħu, u hija marbuta mal-portafoll tal-investiment tal-Ħamas. Din isservi bħala kumpanija faċċata biex tiffaċilita l-flussi finanzjarji tal-Ħamas. Għalhekk, Al Zawaya Group for Development and Investment Sociedad limitada tipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. 28.6.2024 3. Larrycom for Investment Ltd. Reġjuni attivi: Sudan Sid u president: Hamza Abdelbasit Larrycom for Investment Ltd. hija kumpanija Sudaniża. Hija proprjetà ta' u kkontrollata mill-finanzjatur tal-Ħamas Abdelbasit Hamza permezz ta' Zawaya Group for Development and Investment Co. Ltd. Larrycom tinvesti f'industriji li jvarjaw mit-telekomunikazzjoni u l-kostruzzjoni, għal riżorsi naturali vitali bħaż-żejt, id-deheb u l-gomma. Larrycom tiġġenera dħul mill-investimenti tagħha, li mbagħad jintużaw minn Abdelbasit Elhassan Mohamed Khair Hamza għall-finanzjament tal-Ħamas. Għalhekk, Larrycom for Investment Ltd. tipparteċipa fil-finanzjament tal-Ħamas. 28.6.2024

Versions

  1. 2024-06-28