Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2181 tas-27 ta’ Awwissu 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1790 (EUMAM Mozambique/1/2024)

In forceVersion 2024-08-27from 2024-09-11
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2181@2024-08-27/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1143 tat-12 ta’ Lulju 2021 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/1143, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) jieħu d-deċiżjonijiet dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUTM Mozambique, inkluż id-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra ta’ Kmandanti tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.

(2) Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1790, il-KPS ħatar lill-Brigadier Ġeneral João Carlos de BASTOS JORGE GONÇALVES bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-EUTM Mozambique.

(3) Fl-14 ta’ Mejju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1354, li temenda l-mandat tal-EUTM Mozambique u tipprevedi li l-Missjoni tissejjaħ il-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique) mill-1 ta’ Settembru 2024.

(4) Fl-1 ta’ Awwissu 2024, l-awtoritajiet Portugiżi pproponew lill-Brigadier Ġeneral Luís Fernando MACHADO BARROSO biex jieħu post il-Brigadier Ġeneral João Carlos de BASTOS JORGE GONÇALVES bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal EUMAM Mozambique.

(5) Fit-2 ta’ Awwissu 2024, il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE rrakkomanda li l-Brigadier Ġeneral Luís Fernando MACHADO BARROSO jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Mozambique mill-11 ta’ Settembru 2024.

(6) Fil-5 ta’ Awwissu 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa din ir-rakkomandazzjoni.

(7) Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Brigadier Ġeneral Luís Fernando MACHADO BARROSO bħala Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE mill-11 ta’ Settembru 2024 u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1790 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Brigadier Ġeneral Luís Fernando MACHADO BARROSO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għall-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUMAM Mozambique) mill-11 ta’ Settembru 2024.

Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1790 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Settembru 2024.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Awwissu 2024. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President D. Pronk

Versions

  1. 2024-08-27