Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2502 tat-23 ta’ Settembru 2024 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

In forceVersion 2024-09-23from 2024-09-25
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2502@2024-09-23/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK tal-31 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u b’mod partikolari l-Artikolu 30(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fil-31 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(2) Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-209/22, jenħtieġ li titħassar entrata waħda mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK.

(3) Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/255/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024. Għall-Kunsill Il-President Z. Feldman

ANNEX

ANNESS

L-entrata li ġejja titħassar mil-lista li tinsab fit-Taqsima A (Persuni) tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK:

320. Shalaa Mohammed MAKHLOUF.

Versions

  1. 2024-09-23