Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2503 tat-23 ta’ Settembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Jemen
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2503@2024-09-23/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fit-18 ta’ Settembru 2018, abbażi ta’ talba mill-Mekkaniżmu ta’ Verifika u Spezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Jemen (UNVIM), il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1249 dwar azzjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-UNVIM.
(2) Fit-12 ta’ Ottubru 2020, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 u ġedded l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar.
(3) Fit-28 ta’ Settembru 2023, abbażi ta’ talba mill-UNVIM, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2095 u ġedded ulterjorment l-azzjoni tal-Unjoni b’appoġġ għall-UNVIM għal perjodu ta’ 12-il xahar, sat-30 ta’ Settembru 2024.
(4) Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2722 (2024) ikkundanna l-forniment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip lill-Houthis, bi ksur tal-UNSCR 2216 (2015), u appella għal kooperazzjoni prattika addizzjonali biex l-Houthis ma jitħalliex jakkwista l-materjal meħtieġ biex iwettaq aktar attakki.
(5) Il-UNSCR 2742 (2024) estendiet il-mandat tal-Missjoni tan-Nazzjonijiet Uniti li tappoġġa l-Ftehim ta’ Hodeidah sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-ftehim dwar il-Belt ta’ Hodeidah u l-portijiet ta’ Hodeidah, Saleef u Ras Issa stabbilit fil-Ftehim ta’ Stokkolma konkluż fit-13 ta’ Diċembru 2018 mill-partijiet għall-kunflitt fil-Jemen, u approvat mill-UNSCR 2451 (2018) u l-UNSCR 2452 (2019).
(6) Il-UNVIM talab aktar appoġġ mill-Unjoni għal sena.
(7) Jenħtieġ li l-Unjoni ġġedded l-appoġġ tagħha għall-UNVIM għal sena għall-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.
(8) Jenħtieġ li jiżdied ammont ta’ referenza finanzjarja biex ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2024 sat-30 ta’ Settembru 2025.
(9) Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1465 hija b’dan emendata kif ġej:
Artikolu 1
(1) fl-Artikolu 3(1), jinżdied l-inċiż li ġej: ;
(1) —
EUR 2200000 għall-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2024 sat-30 ta’ Settembru 2025.
(2) fl-Artikolu 5, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Għandha tiskadi fit-30 ta’ Settembru 2025..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Għandha tapplika mill-1 ta’ Ottubru 2024.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2024. Għall-Kunsill Il-President Z. Feldman