Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2657 tas-26 ta’ Settembru 2024 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li żżid att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor

In forceVersion 2024-09-26
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2657@2024-09-26/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-Ħruġ) ġie konkluż mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020.

(2) Skont l-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor, li jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 164(1) tiegħu (il-Kumitat Konġunt) għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet biex jemenda l-Annessi rilevanti tal-Qafas ta’ Windsor billi jżid atti tal-Unjoni li jkunu għadhom kif ġew adottati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor, iżda li la jemendaw u lanqas jissostitwixxu l-atti tal-Unjoni elenkati fl-Annessi tal-Qafas ta’ Windsor.

(3) Filwaqt li l-Artikoli 40, 41 u 43 tar-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma applikabbli skont l-Artikolu 13(3) tal-Qafas ta’ Windsor, il-bqija tad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 sa 27, 30, 35, 36, 37, 42, 45 u l-Artikolu 44(1) sa (5), tiegħu, huma dispożizzjonijiet ta’ att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas ta’ Windsor u li jenħtieġ li jinżdied mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor.

(4) Il-Kumitat Konġunt, fil-laqgħa tiegħu li jmiss, jenħtieġ li jadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 13(4) tal-Qafas ta’ Windsor li żżid dan l-att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 5 sa 27, 30, 35, 36, 37, 42, 45 u l-Artikolu 44(1) sa (5), tiegħu, mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor.

(5) Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni li żżid l-att tal-Unjoni li għadu kif ġie adottat mal-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit bl-Artikolu 164(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Kumitat Konġunt) għandha tiġi stabbilita fl-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Settembru 2024. Għall-Kunsill Il-President Lóga M.

Versions

  1. 2024-09-26