Gelex

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2024/2667 tat-8 ta’ Ottubru 2024 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 (BiH/38/2024)

In forceVersion 2024-10-08from 2025-01-21
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2667@2024-10-08/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta’ Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1) Fit-12 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, li stabbiliet operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA).

(2) Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA.

(3) Fis-26 ta’ Settembru 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 li taħtar lill-Ġeneral Maġġur László STICZ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA mill-21 ta’ Jannar 2024.

(4) Fis-26 ta’ Lulju 2024, l-awtoritajiet militari Rumeni pproponewil-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Florin-Marian BARBU biex jieħu post il-Ġeneral Maġġur László STICZ bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA (il-ħatra proposta). Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ Operazzjoni ALTHEA appoġġa l-ħatra proposta.

(5) Fit-3 ta’ Settembru 2024, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Maġġur Ġeneral Florin-Marian BARBU jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA.

(6) Għandha tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Maġġur Ġeneral Florin-Marian BARBU bħala Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Operazzjoni ALTHEA.

(7) Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 titħassar.

(8) Fit-12 u t-13 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen adotta dikjarazzjoni li ssostni li l-arranġamenti Berlin plus u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma wkoll membri tan-NATO jew partijiet għas-Sħubija għall-Paċi, u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Ġeneral Maġġur Florin-Marian BARBU huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) mill-21 ta’ Jannar 2025.

Artikolu 2 Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2130 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Jannar 2025.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024. Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Il-President D. Pronk

Versions

  1. 2024-10-08