Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2702 tal-14 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Niġer
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2702@2024-10-14/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) Fit-23 ta’ Ottubru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287.
(2) Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 tapplika sal-24 ta’ Ottubru 2024. Abbażi ta’ rieżami ta’ dik id-Deċiżjoni, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi stabbiliti fiha jiġu estiżi sal-24 ta’ Ottubru 2025.
(3) Għaldaqstant jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287 tiġi emendata skont dan,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/2287, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-24 ta’ Ottubru 2025..
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-14 ta’ Ottubru 2024. Għall-Kunsill Il-President J. Borrell Fontelles