Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/2752 tal-21 ta’ Ottubru 2024 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2752@2024-10-21/mt
Contents
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,
Billi:
(1) Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.
(2) Fit-18 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/1348, li taħtar żewġ membri u żewġ membri supplenti, proposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(3) Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Isolde RIES sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.
(4) Il-Gvern Ġermaniż ippropona, abbażi ta’ mandat nazzjonali differenti, lis-Sa Isolde RIES, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Mitglied im Bezirksrat West von Saarbrücken (Membru tal-Kunsill Distrettwali tal-Punent ta’ Saarbrücken), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-Sa Isolde REIS, rappreżentanta ta’ korp lokali li għandha mandat elettorali, Mitglied im Bezirksrat West von Saarbrücken (Membru tal-Kunsill Distrettwali tal-Punent ta’ Saarbrücken) (bidla fil-mandat), hija b’dan maħtura bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ottubru 2024. Għall-Kunsill Il-President Nagy I.