Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2923 tal-20 ta’ Novembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja (notifikata bid-dokument C(2024) 8308) (It-test bil-Grieg biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2024-11-20
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/2923@2024-11-20/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1 Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132
  3. Artikolu 2 Destinatarju
  4. ANNEX
  5. A.
  6. B.

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati kif ukoll fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u b’hekk tfixkel il-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2) F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li din il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u ddefinit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882. L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija kkategorizzata bħala marda tal-kategorija A fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. L-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu, b’mod partikolari, l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2132 ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Greċja. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandu jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħat ta’ dik il-marda, iridu jkunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(5) Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini. B’riżultat ta’ dan, l-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni ġie emendat biex jitqiesu dawk it-tifqigħat addizzjonali.

(6) Mill-aktar emenda reċenti tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 ’l hawn, il-Greċja nnotifikat lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat ġodda tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu l-annimali ovini u kaprini: waħda fl-unità reġjonali ta’ Corinthia u oħra fl-unità reġjonali ta’ Ilia. Dawn iż-żewġ tifqigħat il-ġodda jinsabu fil-limiti tal-perimetri taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri li diġà kienu stabbiliti minħabba t-tifqigħat preċedenti fl-istess żoni.

(7) Għalhekk, filwaqt li jitqies it-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Greċja fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar sabiex jiġi evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda fil-Greċja u lejn il-bqija tal-Unjoni. Id-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom jenħtieġ li tiġi aġġustata wkoll.

(8) Id-daqs u l-post taż-żoni ta’ protezzjoni, taż-żoni ta’ sorveljanza u taż-żoni ristretti ulterjuri, u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn din il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat minn din il-marda, kif ukoll il-livell tar-riskju li tkompli tinxtered. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health). Fis-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali, hemm riskju kbir li l-marda tkompli tinxtered minħabba l-fatt li t-tifqigħat il-ġodda ġew irrapportati aktar minn 11-il ġimgħa wara li ġew ikkonfermati l-ewwel tifqigħat fl-istess unitajiet reġjonali, u dan jindika l-persistenza taċ-ċirkolazzjoni tal-marda.

(9) Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq il-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132.

(10) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132

L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2132 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2024. Għall-Kummissjoni Stella Kyriakides Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

A.

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1 Data sa meta applikabbli L-unità reġjonali ta’ Ilia GR-PPR-2024-00089 Protection zone: Those parts of the regional unit of Ilia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.851508, Long. 21.234786 (2024/89) 23.11.2024 Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Ilia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.851508, Long. 21.234786 (2024/89) excluding the areas contained in the protection zone 3.12.2024 Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Ilia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.851508, Long. 21.234786 (2024/89) 24.11.2024 – 3.12.2024 L-unità reġjonali ta’ Corinthia GR-PPR-2024-00017 GR-PPR-2024-00026 GR-PPR-2024-00030 GR-PPR-2024-00036 GR-PPR-2024-00037 GR-PPR-2024-00038 GR-PPR-2024-00040 GR-PPR-2024-00041 GR-PPR-2024-00042 GR-PPR-2024-00053 GR-PPR-2024-00055 GR-PPR-2024-00056 GR-PPR-2024-00057 GR-PPR-2024-00059 GR-PPR-2024-00065 GR-PPR-2024-00066 GR-PPR-2024-00068 GR-PPR-2024-00069 GR-PPR-2024-00073 GR-PPR-2024-00077 GR-PPR-2024-00078 GR-PPR-2024-00079 GR-PPR-2024-00080 GR-PPR-2024-00082 GR-PPR-2024-00083 GR-PPR-2024-00086 GR-PPR-2024-00087 GR-PPR-2024-00088 Protection zone: Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66), Lat. 37.911767, Long. 22.329639 (2024/68), Lat. 37.900379, Long. 22.333505 (2024/69), Lat. 37.83345649, Long. 22.41428781 (2024/73), Lat. 37.917366, Long. 22.329963 (2024/77), Lat. 37.885097, Long. 22.338061 (2024/78), Lat. 37.911, Long. 22.3326 (2024/79), Lat. 37.902798, Long. 22.331295 (2024/80), Lat. 37.88572766, Long. 22.33428451 (2024/82), Lat. 37.88195842, Long. 22.5035147 (2024/83), Lat. 37.87550833, Long. 22.50396438 (2024/86), Lat. 37.89548333, Long. 22.481 (2024/87), Lat. 37.916877, Long. 22.331464 (2024/88). 20.11.2024 Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66), Lat. 37.911767, Long. 22.329639 (2024/68), Lat. 37.900379, Long. 22.333505 (2024/69), Lat. 37.83345649, Long. 22.41428781 (2024/73), Lat. 37.917366, Long. 22.329963 (2024/77), Lat. 37.885097, Long. 22.338061 (2024/78), Lat. 37.911, Long. 22.3326 (2024/79), Lat. 37.902798, Long. 22.331295 (2024/80), Lat. 37.88572766, Long. 22.33428451 (2024/82), Lat. 37.88195842, Long. 22.5035147 (2024/83), Lat. 37.87550833, Long. 22.50396438 (2024/86), Lat. 37.89548333, Long. 22.481 (2024/87), Lat. 37.916877, Long. 22.331464 (2024/88) excluding the areas contained in the protection zone 29.11.2024 Surveillance zone: Those parts of the regional unit of Corinthia, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 37.90655, Long. 22.32409 (2024/17), Lat. 37.90738197, Long. 22.32509902 (2024/26), Lat. 37.90916879, Long. 22.32662611 (2024/30), Lat. 37.90743928, Long. 22.3292836 (2024/36), Lat. 37.90524584, Long. 22.32466505 (2024/37), Lat. 37.90346352, Long. 22.32520695 (2024/38), Lat. 37.84748286, Long. 22.4120991 (2024/40), Lat. 37.84859, Long. 22.41390 (2024/41), Lat. 37.8460599, Long. 22.40909057 (2024/42), Lat. 37.91329163, Long. 22.32857931 (2024/53), Lat. 37.906098, Long. 22.335104 (2024/55), Lat. 37.899091, Long. 22.324823 (2024/56), Lat. 37.906063, Long. 22.330503 (2024/57), Lat. 37.9088889, Long. 22.32611111 (2024/59), Lat. 37.904721, Long. 22.317336 (2024/65), Lat. 37.9097114, Long. 22.3310094 (2024/66), Lat. 37.911767, Long. 22.329639 (2024/68), Lat. 37.900379, Long. 22.333505 (2024/69), Lat. 37.83345649, Long. 22.41428781 (2024/73), Lat. 37.917366, Long. 22.329963 (2024/77), Lat. 37.885097, Long. 22.338061 (2024/78), Lat. 37.911, Long. 22.3326 (2024/79), Lat. 37.902798, Long. 22.331295 (2024/80), Lat. 37.88572766, Long. 22.33428451 (2024/82) Lat. 37.88195842, Long. 22.5035147 (2024/83), Lat. 37.87550833, Long. 22.50396438 (2024/86), Lat. 37.89548333, Long. 22.481 (2024/87), Lat. 37.916877, Long. 22.331464 (2024/88). 21.11.2024 – 29.11.2024

B.

Żoni ristretti ulterjuri Reġjun Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fil-Greċja kif imsemmi fl-Artikolu 1 Data sa meta applikabbli Ir-Reġjun ta’ Thessaly The regional unit of Larisa 4.11.2024 – 16.12.2024 The following regional units: 25.11.2024 Ir-Reġjun ta’ Peloponnese excluding the areas included in any protection or surveillance zone. 29.11.2024 30.11.2024 – 29.12.2024 Ir-Reġjun tal-Greċja tal-Punent In the regional unit of Achaea the following municipal units: excluding the areas included in any protection or surveillance zone. 29.11.2024 In the regional unit of Achaea the following municipal units: 30.11.2024 – 29.12.2024 The regional unit of Ilia, excluding the areas included in any protection or surveillance zone. 2.12.2024 The regional unit of Ilia 3.12.2024 – 1.1.2025

Trikala

Karditsa

In the regional unit of Corinthia, the following municipalities:

Sikyona

Xylokastro-Evrostina

Velo-Vocha

Nemea

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

In the regional unit of Corinthia, the following municipalities:

Sikyona

Xylokastro-Evrostina

Velo-Vocha

Nemea

In the regional unit of Arcadia, the municipal unit of Levidi and the municipality of Gortynia

In the regional unit of Argolis, the municipal unit of Alea

Aigeira

Akrata

Kleitoria

Aigeira

Akrata

Kleitoria

Versions

  1. 2024-11-20