Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/460 tat-2 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe

In forceVersion 2024-02-02from 2024-02-06
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/460@2024-02-02/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fil-15 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/101/PESK, li tikkonċerna miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fiż-Żimbabwe.

(2) Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, il-miżuri restrittivi stabbiliti hemmhekk jenħtieġ li jiġġeddu sal-20 ta’ Frar 2025. Jenħtieġ li l-Kunsill ikompli jżomm dawk il-miżuri restrittivi taħt rieżami kostanti fid-dawl tal-iżviluppi politiċi u dawk fil-qasam tas-sigurtà fiż-Żimbabwe.

(3) Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/101/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: .

Artikolu 1

2. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-20 ta’ Frar 2025.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2024. Għall-Kunsill Il-President H. Lahbib

Versions

  1. 2024-02-02