Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/789 tas-6 ta’ Marzu 2024 dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2024/789@2024-03-06/mt
Contents
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat il-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-qasam ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 4a(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Irlanda dwar ix-xewqa tagħha li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja,
Billi:
(1) Permezz ta’ ittra lill-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2023, l-Irlanda nnotifikat ix-xewqa tagħha, skont l-Artikoli 4 u 4a(1) tal-Protokoll Nru 21, li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844.
(2) Ix-xewqa tal-Irlanda li taċċetta u tkun marbuta bir-Regolament (UE) 2023/2844 tista’ tapplika biss fir-rigward tal-atti legali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2023/2844 li fihom tipparteċipa l-Irlanda u li hija marbuta bihom. Ma tapplikax għall-atti legali elenkati fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2023/2844 li fihom l-Irlanda għażlet li ma tipparteċipax, jiġifieri d-Direttiva 2011/99/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2014/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1103 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1104.
(3) Ma hemm l-ebda kundizzjoni speċifika marbuta mal-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844, u mhumiex meħtieġa miżuri tranżitorji.
(4) Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 tiġi kkonfermata.
(5) Sabiex l-Irlanda tkun tista’ tapplika r-Regolament (UE) 2023/2844 kemm jista’ jkun malajr, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Il-parteċipazzjoni tal-Irlanda fir-Regolament (UE) 2023/2844 hija kkonfermata.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2024. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen