Gelex

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1064 tad-19 ta’ Mejju 2025 dwar il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan ta’ prestazzjoni mressaq mill-Finlandja skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti tal-Ajru Uniku Ewropew (notifikata bid-dokument C(2025) 3005) (It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

In forceVersion 2025-05-19
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1064@2025-05-19/mt

Contents
  1. Preamble
  2. ANNEX
  3. IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA
  4. QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT
  5. IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ
  6. IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/2803 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 58(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/317 tal-11 ta’ Frar 2019 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni u imposti fl-Ajru Uniku Ewropew u li jħassar ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1) Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri jridu jfasslu pjanijiet, fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-blokok ta’ spazju tal-ajru funzjonali (FABs, Functional Airspace Blocks), li jinkludu miri ta’ prestazzjoni, għal kull perjodu ta’ referenza tal-iskema ta’ prestazzjoni u imposti għas-servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-network. Dawk il-pjanijiet għandhom jinkludu miri ta’ prestazzjoni lokali li huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-perjodu ta’ referenza kkonċernat.

(2) Il-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza (RP4, 2025-2029) ġew stabbiliti oriġinarjament fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1688.

(3) L-Istati Membri kollha fasslu u adottaw abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni għall-RP4, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni għall-valutazzjoni sal-1 ta’ Ottubru 2024. Wara l-verifika tal-kompletezza ta’ dawk l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni, il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jressqu abbozzi aġġornati tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni sal-15 ta’ Novembru 2024.

(4) Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ppreżentata f’din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq l-abbozz aġġornat tal-pjan ta’ prestazzjoni għall-RP4 ippreżentat mill-Finlandja (l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni).

(5) Il-Korp ta’ Analiżi tal-Prestazzjoni (PRB, Performance Review Body), li jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta’ prestazzjoni, ressaq rapport lill-Kummissjoni li fih il-parir tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni.

(6) F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni vvalutat il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni lokali inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, filwaqt li qieset iċ-ċirkostanzi lokali kull fejn rilevanti.

(7) Il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni b’rieżami tal-elementi stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Fir-rigward tal-punt 2.1(d)(vii) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tinnota li ma wettqitx, bħala parti minn dak ir-rieżami, analiżi dettaljata tal-metodoloġija użata mill-Finlandja għall-allokazzjoni tal-kostijiet bejn is-servizzi en route u fit-terminal fl-RP4. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, il-Kummissjoni ma waslet għall-ebda konklużjoni rigward il-konformità ta’ dik il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet mal-punti (e) u (f) tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mal-Artikolu 22(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(8) Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ġiet ivvalutata f’konformità mal-punt 1.1 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317.

(9) Il-miri ta’ prestazzjoni fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti mill-Finlandja rigward l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, imqassma skont l-objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza u espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, huma kif ġej: Finlandja Miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-EASA Fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza 2025 2026 2027 2028 2029 Fintraffic ANS Politika u objettivi tas-sikurezza C C C C C Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza C C C C D Assigurazzjoni tas-sikurezza C C C C C Promozzjoni tas-sikurezza C C C C C Kultura tas-sikurezza C C C C C

(10) Il-Kummissjoni tosserva li l-miri ta’ prestazzjoni tas-sikurezza proposti mill-Finlandja għall-fornitur tas-servizz ta’ navigazzjoni tal-ajru Fintraffic ANS huma ugwali għall-miri tas-sikurezza għall-Unjoni kollha għal kull sena kalendarja mill-2025 sal-2029, għajr għall-objettiv tal-ġestjoni tar-riskji għas-sikurezza li għalih il-livell tal-mira għall-Unjoni kollha huwa ppjanat li jintlaħaq fis-sena 2029.

(11) Il-Kummissjoni tinnota li l-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni jistabbilixxi miżuri għal Fintraffic ANS biex jintlaħqu l-miri tas-sikurezza lokali, bħad-definizzjoni ta’ livelli aċċettabbli ta’ riskji relatati mas-sikurezza, it-titjib tal-proċess ta’ rieżami tar-riskju għas-sikurezza u l-investimenti fis-sistema li jappoġġaw il-funzjonijiet tal-ġestjoni tas-sikurezza.

(12) Abbażi tas-sejbiet stabbiliti fil-premessi (9), (10) u (11) u meta jitqies li l-miri tal-prestazzjoni tas-sikurezza mal-Unjoni kollha stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688 iridu jintlaħqu sal-aħħar sena tal-RP4, jiġifieri l-2029, jenħtieġ li l-miri inklużi fl-abbozz rivedut tal-pjan tal-prestazzjoni jitqiesu konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tas-sikurezza.

(13) Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni rigward l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.2 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri ambjentali proposti tal-Finlandja tqabblu mal-valuri ta’ referenza al-effiċjenza tat-titjir en route orizzontali rilevanti stabbiliti fil-Pjan ta’ Titjib tan-Network Ewropew tar-Rotot (ERNIP), imfassal f’konformità mal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/123 u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024.

(14) Il-miri ta’ prestazzjoni ambjentali proposti mill-Finlandja għall-RP4 u l-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti mill-ERNIP, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali, huma kif ġej: Finlandja 2025 2026 2027 2028 2029 Il-miri fil-qasam ta’ prestazzjoni ewlieni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali 3,38 % 3,37 % 3,36 % 3,35 % 3,34 % Valuri ta’ referenza 3,38 % 3,37 % 3,36 % 3,35 % 3,34 %

(15) Il-Kummissjoni tosserva li l-miri ambjentali proposti mill-Finlandja huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4.

(16) Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni, il-Finlandja ppreżentat miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-ambjent lokali li jinkludu l-implimentazzjoni tal-ispazju tal-ajru transfruntier b’rotot liberi man-Norveġja, il-Latvja, l-Estonja, id-Danimarka, u l-Iżvezja.

(17) Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (14), (15) u (16), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-ambjent inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

(18) Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tad-dewmien medju fil-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru (ATFM, Air Traffic Flow Management) en route għal kull titjira ġie vvalutat abbażi tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.3 tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Għaldaqstant, il-miri tal-kapaċità en route proposti tal-Finlandja tqabblu mal-valuri ta’ referenza rilevanti stabbiliti fil-Pjan Operazzjonali tan-Network, imfassal f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/123 u disponibbli fiż-żmien tal-adozzjoni tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4, jiġifieri fit-2 ta’ Lulju 2024.

(19) Il-miri tal-kapaċità en route proposti mill-Finlandja għall-RP4, espressi f’minuti ta’ dewmien tal-ATFM għal kull titjira, u l-valuri ta’ referenza korrispondenti mill-Pjan Operazzjonali tan-Network huma kif ġej: Finlandja 2025 2026 2027 2028 2029 Il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira 0,05 0,04 0,03 0,02 0,02 Valuri ta’ referenza 0,05 0,04 0,03 0,02 0,02

(20) Il-Kummissjoni tosserva li l-miri tal-kapaċità en route proposti mill-Finlandja huma ugwali għall-valuri ta’ referenza nazzjonali korrispondenti għal kull sena kalendarja tal-RP4.

(21) Il-Kummissjoni tinnota li fl-abbozz tal-pjan tal-prestazzjoni, il-Finlandja ppreżentat miżuri biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità lokali en route, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u l-ġestjoni tas-sitwazzjonijiet tad-domanda massima tat-traffiku.

(22) Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (19), (20) u (21), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

(23) F’konformità mal-punt 2.1(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni billi rrieżaminat il-miri ta’ prestazzjoni tal-kapaċità għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti rigward l-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri ma jagħtux lok għal tħassib.

(24) Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-konsistenza tal-miri inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-kost unitarju ddeterminat (DUC, Determined Unit Cost) għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route ġiet ivvalutata abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-punti 1.4(a), (b) u (c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317. Dawk il-kriterji jikkonsistu mix-xejra tad-DUC matul l-RP4, mix-xejra fit-tul tad-DUC matul it-tielet perjodu referenzjarju (RP3) u l-RP4 (2020-2029), u mill-valur bażi għad-DUC fil-livell taż-żona tal-imposti mqabbel mal-valur medju taż-żoni tal-imposti fejn il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom ambjent operazzjonali u ekonomiku simili.

(25) Il-miri tal-kosteffiċjenza en route proposti mill-Finlandja għall-RP4, u l-valuri ta’ referenza relatati, huma kif ġej: Żona tal-imposti en route tal-Finlandja Valur ta’ referenza tal-2019 Valur ta’ referenza tal-2024 2025 2026 2027 2028 2029 Il-miri u l-valuri ta’ referenza fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022) EUR 46,78 EUR 59,68 EUR 60,29 EUR 62,72 EUR 64,28 EUR 63,93 EUR 65,66

(26) Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(a) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra tad-DUC tal-Finlandja fil-livell taż-żona tal-imposti ta’ + 1.9 % matul l-RP4 hija inqas mix-xejra mal-Unjoni kollha ta’ -1,2 % matul l-istess perjodu.

(27) Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-punt 1.4(b) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li x-xejra fit-tul tad-DUC tal-Finlandja fil-livell taż-żona tal-imposti matul l-RP3 u l-RP4 ta’ +3,8 % ija aktar baxxa mix-xejra fit-tul għall-Unjoni kollha ta’ -1,0 % matul l-istess perjodu.

(28) Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Finlandja tilfet, bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, sehem sinifikanti mit-titjiriet li għaddiet minnhom li storikament kienet isservi. Dak it-tnaqqis tat-traffiku jkompli matul l-RP4 biex ikollu impatt konsiderevoli fuq il-prestazzjoni tal-kosteffiċjenza tal-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għandu, b’mod partikolari, effett negattiv fuq ix-xejra fit-tul tad-DUC tal-Finlandja.

(29) Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi eżaminat, għall-fini tal-kriterju ta’ valutazzjoni msemmi fil-premessa (27), jekk il-Finlandja tissodisfax ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha fin-nuqqas taċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa (28).

(30) Għal dan l-għan, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid ix-xejra fit-tul tad-DUC fid-dawl tat-telf strutturali stmat tat-traffiku għall-Finlandja bħala konsegwenza tal-gwerra fl-Ukrajna, imkejla f’unitajiet ta’ servizz en route. Dak il-kalkolu mill-ġdid jirriżulta f’xejra aġġustata fit-tul tad-DUC għall-Finlandja ta’ -1,3 %, li tisboq ix-xejra fit-tul tad-DUC mal-Unjoni kollha ta’ -1,0 %. Għalhekk, huwa konkluż li l-Finlandja tissodisfa l-kriterju ta’ valutazzjoni msemmi fil-premessa (27) wara li tqis l-effett tat-tnaqqis sinifikanti tat-traffiku li jirriżulta mill-gwerra fl-Ukrajna.

(31) Fir-rigward tal-kriterju ta’ valutazzjoni stabbilit fil-punt 1.4(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni tosserva li l-valur ta’ referenza tad-DUC ta’ EUR 59,68 tal-Finlandja f’termini reali fi prezzijiet tal-2022 (EUR 2022) huwa 8,7 % aktar baxx mill-valur ta’ referenza medju ta’ EUR 65,36 f’EUR2022 tal-grupp komparatur rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

(32) Meta jiġi eskluż l-impatt negattiv tal-bidliet fit-traffiku li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa ċar li l-Finlandja tilħaq ix-xejra fit-tul tad-DUC. B’referenza għall-premessa (31), il-Finlandja turi wkoll valur bażi aktar baxx għad-DUC meta mqabbel mal-valur medju tal-grupp komparatur rilevanti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li d-devjazzjoni mix-xejra tad-DUC fit-tul għall-Unjoni kollha għall-RP4 imsemmija fil-premessa (26) ma tipprekludix il-konsistenza tal-Finlandja mal-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għall-Unjoni kollha.

(33) Għalhekk, abbażi tas-sejbiet fil-premessi (25) sa (32), il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni jenħtieġ li jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4.

(34) F’konformità mal-punt 2.1(c) tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/317, il-Kummissjoni kkumplimentat il-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni billi rrieżaminat il-miri ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal stabbiliti rigward l-ajruporti msemmija fl-Artikoli 1(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Instab li dawk il-miri ma jagħtux lok għal tħassib.

(35) Fid-dawl ta’ dan kollu, jenħtieġ li l-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-Finlandja jitqiesu konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-miri ta’ prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni ppreżentat mill-Finlandja għar-raba’ perjodu ta’ referenza (RP4), elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma konsistenti mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għall-RP4 stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1688.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2025. Għall-Kummissjoni Apostolos Tzitzikostas Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS Miri tal-prestazzjoni inklużi fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni tal-Finlandja, misjuba li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għar-raba’ perjodu ta’ referenza

IL-QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAS-SIKUREZZA

Finlandja Il-miri dwar l-effettività tal-ġestjoni tas-sikurezza, espressi bħala livell ta’ implimentazzjoni, li jvarjaw mil-livell A sa D tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA) Fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru Objettiv tal-ġestjoni tas-sikurezza 2025 2026 2027 2028 2029 Fintraffic ANS Politika u objettivi għas-sikurezza C C C C C Ġestjoni tar-riskju għas-sikurezza C C C C D Assigurazzjoni għas-sikurezza C C C C C Promozzjoni tas-sikurezza C C C C C Kultura tas-sikurezza C C C C C

QASAM EWLIENI TAL-PRESTAZZJONI TAL-AMBJENT

Finlandja 2025 2026 2027 2028 2029 Il-miri fil-qasam ewlieni tal-prestazzjoni tal-ambjent, espressi bħala l-effiċjenza tat-titjir medja orizzontali en route tat-trajettorja reali 3,38 % 3,37 % 3,36 % 3,35 % 3,34 %

IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KAPAĊITÀ

Finlandja 2025 2026 2027 2028 2029 Il-miri fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kapaċità, espressi f’minuti ta’ dewmien en route tal-ATFM għal kull titjira 0,05 0,04 0,03 0,02 0,02

IL-QASAM EWLIENI TA’ PRESTAZZJONI TAL-KOSTEFFIĊJENZA

Żona tal-imposti en route tal-Finlandja Valur ta’ referenza tal-2019 Valur ta’ referenza tal-2024 2025 2026 2027 2028 2029 Il-miri u l-valuri ta’ referenza fil-qasam ewlieni ta’ prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, espressi bħala kost unitarju ddeterminat (f’termini reali bil-prezzijiet tal-2022) EUR 46,78 EUR 59,68 EUR 60,29 EUR 62,72 EUR 64,28 EUR 63,93 EUR 65,66

Versions

  1. 2025-05-19