Gelex

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1160 tal-5 ta’ Ġunju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 (notifikata bid-dokument C(2025) 3705) (It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

In forceVersion 2025-06-05
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1160@2025-06-05/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. ANNEX
  4. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,

Billi:

(1) Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, billi tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(2) F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini.

(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882. B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom.

(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/948 ġiet adottata, fil-15 ta’ Mejju 2025, fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija applikabbli sas-7 ta’ Ġunju 2025.

(5) B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza li jridu jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru, wara tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

(6) Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni b’żewġ tifqigħat addizzjonali ta’ infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbilimenti fejn kienu jinżammu annimali ovini u kaprini, li jinsabu fil-provinċja ta’ Haskovo.

(7) Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li tikkonċerna l-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija, u b’mod partikolari meta jitqiesu dawk iż-żewġ tifqigħat il-ġodda, il-miżuri ta’ emerġenza interim previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 jenħtieġ li jiġu aġġustati, kemm fl-ispazju kif ukoll fiż-żmien, u jitkomplew sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fil-Bulgarija jew lejn il-bqija tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista aġġornata taż-żoni fejn trid tiġi stabbilita żona ristretta fil-Bulgarija fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-mogħoż, kif ukoll id-durata prevista ta’ dawn iż-żoni, jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(8) Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u d-durata tal-miżuri li se jiġu applikati fihom huma bbażati fuq il-kriterji stipulati fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fl-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda kif ukoll il-livell ta’ riskju għal tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda, u huma konformi mar-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Id-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health).

(9) Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni.

(10) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Il-Bulgarija għandha tiżgura li:

Artikolu 1

(a) żona ristretta, li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, tiġi stabbilita minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b) iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza msemmija fil-punt (a) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(c) il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2 Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/948 titħassar.

Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2025. Għall-Kummissjoni Olivér Várhelyi Membru tal-Kummissjoni

ANNEX

ANNESS

Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati

Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 Data sa meta applikabbli Ir-reġjun ta’ Haskovo BG-CAPRIPOX-2025-00004 BG-CAPRIPOX-2025-00005 Protection zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.7231, Long. 26.3188 (2025/4), Lat. 41.7171, Long. 26.316 (2025/5). 18.6.2025 Surveillance zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.7231, Long. 26.3188 (2025/4), Lat. 41.7171, Long. 26.316 (2025/5), excluding the areas contained in the protection zone. 27.6.2025 Surveillance zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 41.7231, Long. 26.3188 (2025/4), Lat. 41.7171, Long. 26.316 (2025/5). 19.6.2025–27.6.2025 Ir-reġjun ta’ Haskovo BG-CAPRIPOX-2025-00006 Protection zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.1161, Long. 26.182 (2025/6). 18.6.2025 Surveillance zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.1161, Long. 26.182 (2025/6), excluding the areas contained in the protection zone. 27.6.2025 Surveillance zone: Those parts of the region of Haskovo, contained within a circle of a radius of 3 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.1161, Long. 26.182 (2025/6). 19.6.2025–27.6.2025

Versions

  1. 2025-06-05