Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1262 tas-27 ta’ Ġunju 2025 dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni ta’ ċerti sustanzi attivi għall-użu fil-prodotti bijoċidali f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Grade B
mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.
Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1262@2025-06-27/mt
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, u b’mod partikolari l-Artikolu 89(1), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Billi:
(1) Fl-Anness II tiegħu, ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 jistabbilixxi lista tal-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott inklużi fil-programm ta’ rieżami tas-sustanzi attivi eżistenti li jinsabu fil-prodotti bijoċidali.
(2) Għal għadd ta’ kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott inklużi f’dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw, jew jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin.
(3) F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-Aġenzija) ippubblikat sejħa miftuħa biex jittieħed ir-rwol ta’ parteċipant għal dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant ma kienx ittieħed qabel. Għal dawk il-kombinamenti ma ġiet ippreżentata l-ebda notifika lill-Aġenzija fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1062/2014. Għalhekk, dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (b), ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega, jenħtieġ li ma jiġux approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott huma dawn li ġejjin:
(3)
(a) żingu piritijon (tipi ta’ prodott 2, 10);
(b) prodotti tar-reazzjoni ta’ 5,5-dimetilidantoina, 5-etil-5-metilidantoina mal-bromu u mal-kloru (DCDMH) (tip ta’ prodott 11);
(c) prodotti tar-reazzjoni ta’ 5,5-dimetilidantoina, 5-etil-5-metilidantoina mal-kloru (DCEMH) (tip ta’ prodott 11).
(4) Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 12(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni b’dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li għalihom il-parteċipanti kollha rtiraw, jew jitqiesu li rtiraw, l-appoġġ tagħhom fil-ħin, u li għalihom ir-rwol ta’ parteċipant kien ittieħed qabel. Dawk il-kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott li, f’konformità mal-Artikolu 20, l-ewwel paragrafu, il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament ta’ Delega, jenħtieġ ma jiġux approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali, huma dawn li ġejjin:
(4)
(a) 1,2-benżisotijażol-3(2H)-on (BIT) (tip ta’ prodott 2);
(b) diossidu tal-kloru (tip ta’ prodott 12).
(5) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1 Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness mhumiex approvati għat-tipi ta’ prodott indikati fih.
Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2025. Għall-Kummissjoni Il-President Ursula von der Leyen
ANNEX
ANNESS
Kombinamenti ta’ sustanza attiva/tip ta’ prodott mhux approvati: Numru tal-entrata fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1062/2014 Isem tas-sustanza Stat Membru relatur Numru KE Numru CAS Tip(i) ta’ prodott 339 1,2-Benżisotijażol-3(2H)-on (BIT) ES 220-120-9 2634-33-5 2 491 Diossidu tal-kloru DE 233-162-8 10049-04-4 12 522 Żingu piritijon SE 236-671-3 13463-41-7 2, 10 152 Prodotti tar-reazzjoni tal-5,5-dimetilidantoina, 5-etil-5-metilidantoina mal-bromu u mal-kloru (DCDMH) NL Mhux disponibbli Mhux disponibbli 11 777 Prodotti tar-reazzjoni bejn il-5,5-dimetilidantoina, il-5-etil-5-metilidantoina u l-kloru (DCEMH) NL Mhux disponibbli Mhux disponibbli 11