Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/1348 tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija-Ħerzegovina

In forceVersion 2025-01-27
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1348@2025-01-27/mt

Contents
  1. Preamble
  2. DIKJARAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA U L-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 77(2), il-punti (b) u (d), u l-Artikolu 79(2), il-punt (c), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea

Billi:

(1) Fit-18 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-Bożnija-Ħerzegovina għal ftehim dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija-Ħerzegovina (il-Ftehim). In-negozjati ġew konklużi b’suċċess.

(2) Skont l-Artikolu 73(3) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, f’ċirkostanzi li jirrikjedu l-istazzjonament ta’ timijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri mill-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta f’pajjiż terz li fih il-membri tat-timijiet ser jeżerċitaw setgħat eżekuttivi, jeħtieġ li jiġi konkluż ftehim dwar l-istatus mill-Unjoni mal-pajjiż terz ikkonċernat abbażi tal-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(3) Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhix qed tieħu sehem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE; għalhekk l-Irlanda mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(4) F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Ladarba din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(5) Jenħtieġ li l-Ftehim jiġi ffirmat u li d-Dikjarazzjoni mehmuża fir-rigward tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein tiġi approvata, f’isem l-Unjoni.

(6) Bil-ħsieb li tiġi żgurata l-possibbiltà ta’ skjerament urġenti tal-korp permanenti tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta fit-territorju tal-Bożnija-Ħerzegovina, jenħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat b’mod proviżorju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija-Ħerzegovina (il-Ftehim) huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim.

Artikolu 2 Id-Dikjarazzjoni mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi approvata f’isem l-Unjoni.

Artikolu 3 Il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju, f’konformità mal-Artikolu 22(3) tal-Ftehim, mid-data tal-firma tiegħu, sakemm jidħol fis-seħħ.

Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2025. Għall-Kunsill Il-President C. Siekierski

DIKJARAZZJONI FIR-RIGWARD TAL-IŻLANDA, IR-RENJU TAN-NORVEĠJA, IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA U L-PRINĊIPAT TAL-LIECHTENSTEIN

Il-Partijiet għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija-Ħerzegovina jieħdu nota tar-relazzjoni mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u l-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, b’mod partikolari bis-saħħa, rispettivament, tal-Ftehimiet tat-18 ta’ Mejju 1999 u tas-26 ta’ Ottubru 2004 u l-Protokoll tat-28 ta’ Frar 2008 dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. F’ċirkostanzi bħal dawn huwa mixtieq li l-awtoritajiet tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, jikkonkludu, mingħajr dewmien, ftehimiet bilaterali dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija-Ħerzegovina f’termini simili għal dawk tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina dwar attivitajiet operazzjonali mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-Bożnija-Ħerzegovina.

Versions

  1. 2025-01-27