Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1439 tal-15 ta’ Lulju 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

In forceVersion 2025-07-15from 2025-07-17
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1439@2025-07-15/mt

Contents
  1. Preamble

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fil-25 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319.

(2) Fit-28 ta’ Lulju 2023, fid-dawl tas-sitwazzjoni politika, ekonomika, umanitarja u ta’ sigurtà li qed tkompli tiddeterjora fil-Haiti, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1574, li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 u stabbiliet qafas ġdid ta’ miżuri restrittivi addizzjonali.

(3) Abbażi ta’ rieżami tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 2a(1) u l-Artikolu 3a(1) u (2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, u fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Haiti, jenħtieġ li dawk il-miżuri jiġġeddu sad-29 ta’ Lulju 2026.

(4) Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Fl-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2319, id-data 29 ta’ Lulju 2025 hija sostitwita bid-data 29 ta’ Lulju 2026.

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025. Għall-Kunsill Il-President K. Kallas

Versions

  1. 2025-07-15