Gelex

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/1450 tal-15 ta’ Lulju 2025 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2080

In forceVersion 2025-07-15
Grade B

mapped from publisher markup. A grade says how a document's structure was obtained, not how reliable the law is.

Ask Gelex about this law

Address https://gelex.eu/eli/EU/decision/2025/1450@2025-07-15/mt

Contents
  1. Preamble
  2. Artikolu 1
  3. (1)
  4. Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 33, flimkien mal-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1) Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kunsill qabel li jaħtar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia.

(2) Fis-26 ta’ Lulju 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2080, li ħatret lis-Sa Magdalena GRONO bħala r-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia. Il-mandat tar-RSUE jiskadi fil-31 ta’ Awwissu 2025.

(3) Jenħtieġ li l-mandat tar-RSUE jiġi estiż għal perjodu ta’ 24 xahar u li jiġi stabbilit ammont ta’ referenza finanzjarja ġdid għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2025 sal-31 ta’ Awwissu 2027.

(4) Ir-RSUE ser timplimenta l-mandat fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1 Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/2080 hija emendata kif ġej:

Artikolu 1

(1) L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: ;

(1)

Artikolu 1 Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sa Magdalena GRONO hija b’dan maħtura bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia mill-1 ta’ Settembru 2024 sal-31 ta’ Awwissu 2025. Il-mandat tas-Sa Magdalena GRONO bħala RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia huwa estiż sal-31 ta’ Awwissu 2027. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm aktar kmieni, abbażi ta’ valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ).

(2) fl-Artikolu 5(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej: L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2025 sal-31 ta’ Awwissu 2027 għandu jkun ta’ EUR 5330208. ;

(3) fl-Artikolu 14, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej: Ir-RSUE għandha, sal-31 ta’ Mejju 2027, tippreżenta lill-Kunsill, lir-RGħ u lill-Kummissjoni rapporti regolari ta’ progress u rapport komprensiv finali dwar l-implimentazzjoni tal-mandat..

Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025. Għall-Kunsill Il-President K. Kallas

Versions

  1. 2025-07-15